Nimxu l-Mixja Flimkien…
F’din l-ewwel ittra għas-sena 2020, qed niġu għandkom biex bħal kif dejjem għamilna nkomplu naġġornawkom b’dak li hu għaddej bħalissa fi ħdan is-Soċjeta’ Filar. Santa Marija. Nistgħu ngħidu li ħidmietna fis-sena 2020 ser tkompli tibni fuq dak li diġa hemm, bil-qofol ta’ kollox tkun l- amministrazzjoni tal-banda tagħna, t-tagħmir u manutenzjoni tal-Każin kif wkoll l-organizzazzjoni ta’ diversi attivitajiet ta’ natura kulturali, soċjali u edukattivi. Iżda bħal kull sena, qabel inkomplu b’ħidmietna, aħna lkoll obbligati nitolbu l-konferma tat-tesserati u l-membri. Infatti, dawk li jidhru bħala sempliċi rutini demokratiċi fil-ħajja annwali tas-Soċjetà, dawn jagħtu rinnovament lill-mekkaniżmi li bihom hija taħdem u tħaddem il-proġetti tagħha matul is-sena. Għaldaqstant hawn għandkom ssibu d-dettalji meħtieġa:
Laqgħa Ġenerali 2020…Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2020
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija hija obbligata bl-istatut tagħha, ssejjaħ laqgħa ġenerali fejn it- tesserati membri kollha jkunu mistiedna jattendu u jipparteċipaw. L-iskop ewlieni ta’ din il-laqgħa jkun li jingħataw rendikonti dettaljati amministrattivi u finanzjarji dwar dak li jkun seħħ fix-xhur ta’ qabel u dawn jiġu approvati minn awdituri indipendenti. Issir ukoll l-elezzjoni tal-membri fit-Tmexxija Eżekuttiva, jitressqu emendi għall-istatut u jiġu diskussi punti relatati mal-pjanijiet li s-Soċjeta’ tkun qiegħda tfassal għal ġejjieni. Għaldaqstant it-tmexxija eżekuttiva qiegħda ssejjaħ dan l-appuntament importanti nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2020 fis-7:30pm fis-sala prinċipali tal-każin.
Minbarra r-rapport finanzjarju dettaljat, segwit bi preżentazzjoni viżiva dwar id-dħul u l-infieq fl-aħħar 12-il xahar, ser jingħataw wkoll dettalji ta’ kemm ġew akkwistati fondi matul is-sena 2019. Ser jitħabbru wkoll dettalji dwar l-akkwist ta’ aktar fondi u tnedija ta’ proġetti u Inizjattivi ġodda kif wkoll programm t’attivitajiet marbut mall-25 Sena Anniversarju mit-twaqqif tas-Socjeta’. Sadanittant, kulħadd għandu jħossu liberu li jwassal xi suġġerimenti jew jagħmel xi intervent/ilment waqt din il- laqgħa; dan biex infasslu u nwettqu ħidmietna fix-xhur li ġejjin…ilkoll flimkien!
Ninfurmawkom wkoll li fl-ittra li jmiss, bħal kull sena, ser ikun wkoll qed jingħata rendikont dettaljat tad-dħul u ħruġ finanzjarju matul is-sena 2019. Inħossu li dan huwa dmir u obbligu tagħna li tkunu aġġornati dwar il-finanzi tas-Soċjeta’ u tingħataw sodisfazzjoni sħiħ u trasparenti fejn qed jigu investiti d-donazzjonijiet li kull wieħed u waħda minnkom tagħtu matul is-sena!
Nominazzjonijiet għal-membri ġodda fi ħdan il-Kumitat Eżekuttiv
Bejn il-Ġimgħa 14 ta’ Frar u l-Erbgħa 26 ta’ Frar 2020 ser jintlaqgħu nominazzjonijiet għall-membri fit- tmexxija eżekuttiva. Nominazzjonijiet għall-membri fit-tmexxija eżekuttiva u/jew emendi għar- regolamenti għandhom jintbagħtu lis-Segretarju bil-miktub billi jintefgħu fil-kaxxa tal-ittri tagħna jew jintbgħatu permezz ta’ email: soc.filar.santa.marija@gmail.com. Importanti ħafna li dawn ikunu ssekondati minn żewġ membri tesserati. Nappellaw lil dawk interessati biex jitfgħu n-nominazzjoni tagħhom u b’hekk inkunu nistgħu nkomplu bit-tiġdid u nassiguraw kumitat eżekuttiv effettiv.
Aktar ħidma amministrattiva – jitlesta proċess t’awditjar fuq il-Binja tal-Każin.
Hekk kif konnha infurmajnikom fl-ittra ta’ wara l-festa [Settembru 2019], fl-aħħar xhur tlesta ‘awditjar’ sħiħ fuq il-binja tal-każin sabiex jiġu aġġornati l-pjanti skond l-użu eżistenti. Tgħidulna dan x’ridtuħ? Ma’ kontux għaddejjin? Huwa vera, konna għaddejjin, imma l-Kumitat Eżekuttiv itenni li aħna obbligati u nħossuna responsabbli mhux biss għat-tmexxija ta’ dak li qegħdin aħna preżenti fih, imma wkoll responsabbli minn dak li ser isibu quddiemhom dawk li ser jiġu jamministraw warajna. Nemmnu li fejn hemm lok ta’ titjib, irridu naħdmu fuq kull aspett biex naraw li kollox ikun konformi u regolat. Infakkru wkoll li minbarra kwistjonijiet ta’ konformita, dan l-eżerċizzju ser ifisser anke l-muftieħ biex bħala Soċjeta’ nkunu nistgħu inkomplu napplikaw għal aktar proġetti ta’ natura infrastrutturali u li jkunu ffinanzjati minn skemi ta’ fondi.
Infatti, waqt il-Laqgħa Ġenerali ser ikunu qed ngħatu dettalji sħaħ u nitolbu l-approvazzjoni għal pass li jmiss. Dan proċess li ser jirrikjedi anke sagriffiċċju finanzjarju. Iżda anke hawn, il-kumitat kien pro- attiv u ħadem biex stajna nakkwistaw allokazzjoni ta’ fondi li tkopri l-ispejjeż meħtieġa u b’hekk inkunu nistgħu nwettqu dan il-proċess amministrattiv bi pjan ċar u finanzjarjament sostenibbli. Aktar dettalji nkunu nistgħu naġġornawkom bihom fl-ittra li jmiss.
COFFEE MORNING TAL-KARNIVAL – Kompetizzjoni tal-isbaћ kostum
Nixtiequ navżaw li l-Coffee Morning tal-Karnival ser isir nhar it-Tlieta 25 ta’ Frar fid-9:00a.m. ġewwa is- Sala Principali tal-Każin. Nħeġġukom tattendu bi ħġarkom fejn minbarra il-logħob tat-tombla, bћal kull sena ser ikollna wkoll il-Kompetizzjoni tal-isbaћ kostum, b’ġurija professjonali magħmula minn persuni minbarra r-raћal tagћna. Għalhekk, din hija ukoll stedina speċjali lit-tfal u ġenituri biex jipparteċipaw.
Minbarra li din hija attivita’ ta’ divertiment għall-familja kollha, niftakru li l-qliegћ kollu jmur b’risq it-
tagħlim tal-mużika. Narawkom!
Il-Banda tagħna…Servizzi fil-Karnival 2020
Wara s-servizz ta’ San Pawl ġewwa Marslaforn nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar 2020, il-Banda Santa Marija ser tkompli bis-servizzi tagћha wara li ġiet mistiedna mill-Kunsill Lokali biex bћas-snin li gћaddew nipparteċipaw b’marċ brijuż fil-Karnival taż-Żebbuġ nhar il-Ħadd 23 ta’ Frar 202 fil-12:00pm minn ћdejn il-Każin. Imbagħad, Nhar it-Tlieta 25 ta’ Frar 2020, ser nipparteċipaw ukoll ġewwa l-Karnival t’Għawdex fejn ser inkunu parti mid-defile’ li jsir ġewwa Triq ir-Reppublika, r-Rabat Għawdex. Nirringrazzjaw lill-Kunsill Lokali kif ukoll lill-Kumitat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex tal- istediniet li għamlulna.
Aktar Unuri!
Inħossuna onorati lil-Festival Sweet Tooth organizzat mis-Soċ. Filar. Santa Marija bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex kklassifika bħala finalist fil-Gozo Cultural/Social Tourism Achievement Award 2019! Din kienet sorpriża għalina, fejn għalkemm kienet l-ewwel darba li l-Kumitat organizza dan l-avveniment, irnexxilna nilħqu livelli għoljin. Minn hawn niddedikaw dan ir-rikonoxximent lil numru ta’ voluntiera li b’suċċess ppreparaw u organizzaw dawn l-avveniment!
Iddeddika Marċ lil Familja jew għal Memorja ta’…
Hekk kif din is-sena s-Soċjeta’ tagħna ser tkun qed tfakkar il-25 sena mit-twaqqif tagħha, waħda mill-n inizjattivi ser tkun it-tnedija ta’ sett ġdid ta’ marċi brijużi. Bħalissa, bil-għajnuna tas-surmast Diretturntagħna qed jiġu mgħażula l-aħħar ftit marċi, fejn qed tingħata attenzjoni li ngħollu l-livell bandistiku u fl-istess ħin nolqtu l-widna ta’ kulħadd. Filwaqt li diġa għadna numru sabiħ ta’ benefatturi li offrew li jikkummissjonaw marċ, jekk hawn min jixtieq jiddedika marċ [kull wieħed jiswa €50] huwa mitlub ikellem jew lil Micheal Cini, delegat bandist jew lil xi membru tal-Kumitat [Mob: 79273580]. Ninfurmawkom wkoll li din is-sena ser jinkiteb b’mod esklussiv għal banda tagħna marċ ġdid biex jindaqq għall-ewwel darba fil-festa tagħna u jkun jista’ jindaqq biss mill-banda tagħna. Dan qed jinkiteb mis-Surmast Mro. Joseph Grech fid-dawl li l-istess surmast ser ikun qed wkoll jagħlaq 25 sena bħala surmast direttur tal-Banda tagħna. Dan huwa ċans ta’ darba…
Ringrazzjamenti mill-Qalb!!
Nibdew billi nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew għad-diversi attivitajiet li organizzajna fil-ġimgħat li għaddew, fosthom dawk marbuta mall-festi tal-Milied u l-ewwel tas-Sena. L-għajnuna u l- parteċipazzjoni timliena b’kuraġġ biex inkomplu intellgħu l-attivitajiet. Nirringrazzjaw b’mod speċjali lil:
- l-Arċipriet Dun Ġwann Sultana tal-għajnuna u l-appoġġ u lid-Direttur Spiritwali il-Kan. Dun Noel Saliba li kien strumentali waqt dawn l-appuntamenti: Żjarat lill-persuni kollha li jgħixu weħidhom fir-raħal tagħna, l-adorazzjoni tal-kwaranturi u l-Quddiesa Speċjali għal dawk li mietu fis-sena 2019
- dawk kollha li tawna d-donazzjonijiet fl-Istrina 2020, waqt iż-żjarat lil dawk li joqogħdu waħidhom kif wkoll waqt l-ikla tal-ewwel tas-sena, bis-somma miġbura hija dik ta’ €1,634.50c. Grazzi Grazzi mmens tal-fiduċja tagħkom. Grazzi wkoll lil dawk li tawna daqqa t’id biex ġbarna l-envelopes tal- istrina u anke l-biljetti tal-Lotterija tal-Milied. Ir-rebbieħa kienu: Katya Cini – Triq il-Knisja [Pasturi Kbar], Salvina Cardona – Triq Sant’ Indrija [Father Christmas] u Nina Dimech -Triq il-Ponta [Whisky]
- Sotto Kumitat tan-Nisa tal-għajnuna kontinwa fl-attivitajiet tal-Milied u lis-sotto Kumitat taż- Żgħażagħ tal-attivitajiet li organizzaw, fosthom l-farsa “Flat B16’’. Prosit speċjali lil atturi kollha u lil Diane Calleja tal-kitba u direzzjoni. Grazzi wkoll tmur lil Joseph Galea tal-għajnuna fis-sound.
- Atturi, kantanti, koristi, bandisti, mużiċisti u voluntiera li b’xi mod jew ieħor permezz tat-talenti tagħhom ipparteċipaw fid-diversi attivitajiet organizzati matul il-jiem tal-Milied.
- dawk li tawna oġġetti (fosthom numru sabiħ ta’ oġġetti, qsari, hampers, xorb u vouchers) kif wkoll lil diversi stabbilimenti ta’ raħalna li pprovdew l-ikel biex jitqassam waqt id-diversi attivitajiet.
- Grazzi lis-Soċjeta’ tad-Duttrina MUSEUM tal-għajnuna u kooperazzjoni sħiħa li sibna fl- organizzazzjoni tal-Purċissjoni bil-Bambin. B’rikonoxximent lejn il-ġenerożita tagħkom u lejn il- Parroċċa, s-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tkopri l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dan is-servizz.
- Grazzi lil Consiglia Cini tal-għajnuna biex inħadmu sett sheers għal-purtieri tas-Sala tal-Każin.
- Paul u Fredu Saliba, Mario Vella, William Camilleri, Ino Cini, Louis Zammit, Mario Portelli, Charlon Azzopardi, Sammy Camilleri, Melvin Cini, Gino Cini, Joe Saliba, Rupert Zammit, Nicholas Cini, Anthony Zammit u Leli Cini għal għajnuna u ħidma marbuta ma’ diversi proġetti li twettqu fl-aħħar ġimgħat jew li għaddejjin minnhom bħalissa fil-każin.
Ippruvajna ma ninsew lil ħadd…niskużaw rwieħna jekk ma semmejniex lil xi ħadd. Jekk ġara hekk, tiddejqu xejn tiġbdulna l-attenzjoni.
Ħsieb mid-Direttur Spiritwali….tagħlima għal ħajjitna!!
F’din is-Sena Marjana fid-Djoċesi t’Għawdex, aħna mistiedna ma’ nibzgħux nieħdu għandna lil Marija. San Luigi Marija De Montfort, fit-trattat dwar il-vera devozzjoni, jghidilna: Marija hija t-Triq l- aktar facli, qasira, perfetta u zgura li twassalna għand Kristu.
Tislijiet,
Marnol Sultana
Segretarju