Ittra Kumitat Eżekuttiv – Lulju 2018

Melodija Waħda…ilkoll flimkien!

Bdejna l-ewwel ġimgħa ta’ Lulju, xahar fejn matulu tibda l-aħħar parti mill-mixja li twassalna lejn il-festa tagħna. Iż-żmien
qiegħed igerbeb u għalina lkoll membri fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija deħlin fil-perjodu l-aktar impenjattiv tas-
sajf. Dan minħabba d-diversi mpenji li jġib miegħu l-istaġun tal-festi. Sadanittant, xorta waħda ser inkomplu għaddejjin
b’numru t’attivitajiet soċjali, kulturali u ta’ divertiment għalikom ilkoll biex b’hekk inkunu nistgħu nsostnu l-progress tal-banda
tagħna. Dawn huma d-dettalji ta’ dak li għaddejjin minnu…

EJJA TGĦALLEM STRUMENT – u tkun parti mill-banda tagħna
Nistiednu lilkom studenti u ankeˋ kbar li intom interessati tibdew titgħallmu l-mużika biex tagħmlu l-ewwel pass u tavviċinaw
lill-Kumitat Eżekuttiv jew lis-Surmast/Asst. Surmast. Meta student jibda t-tagħlim tal-mużika mas-Soċjeta’ Filarmonika Santa
Marija, ma jfissirx biss li wieħed ikun qed ikabbar il-ħiliet u t-talent fil-mużika biss, imma issa awtomatikament dan it-tagħlim
qed jiġi rifless u dokumentat bħala suġġett [Informal Education] fl-school leaving certificate. Nemmnu li fid-dinja ta’ llum, il-
kwalifiki huma ta’ importanza kbira. Għaldaqstant, ser nibdew noffru ukoll tagħlim mużikali lil dawk interessati jagħtu eżamijiet
mal-Examination Boards internazzjonali fosthom it-Trinity College of Music, A.B.R.S.M. u L.C.M. [ekwivalenti għal ‘O’ level].
It-tagħlim ser jingħata kollu b’xejn u ma jfissirx li min irid jkun bandist irid jersaq għal dawn l-eżamijiet bilfors, iżda issa hemm
opportunita’ li wieħed jkun mħarreġ biżżejjed biex ikun jista’ jakkwista ċertifikat rikonoxxut fil-qasam tal-mużika. Nemmnu
ħafna fil-potenzjal tat-tfal, żgħażagħ u kbar fir-raħal tagħna u għalhekk iddeċidejna li nagħtu din l-opportunitaˋ lilkom ilkoll.
Nixtiequ li il-banda tkun avventura u skola fl-istess ħin, fejn il-bandisti tagħna minbarra li jieħdu gost u jipparteċipaw fil-festi u
okkażżjonijiet, fuq bażi personali jieħdu kwalifiki li jkunu għall-benefiċċju taghhom. Iddumx taħsiba…ejja u tgħallem strument
mal-banda tagħna!

DIVERTIMENT – IKEL – TOMBLA: SERATA FIL-BERAĦ 2018
Riesqa l-festa….u s-Soċ. Filar. Santa Marija għal sena oħra, eżattament dan is-Sibt 21 ta’ Lulju 2018 ser torganizza ‘Serata
fil-Beraħ 2018’ fit-8:00p.m. maġenb il-Każin. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, din is-sena erġajna ħsibna biex nagħtu aktar
spazju lit-talent lokali fejn magħna ser jingħaqdu Spiru Sillato, Il-Kor Regina Angelorum, kummiedja w ċajt kif wkoll bil-
parteċipazzjoni tal-Youth Band tagħna, fejn il-bandisti żgħażagħ ser ikunu qed idoqqu diversi siltiet mużikali. L-Ikel mhux ser
jonqos, u dan ser jinkludi apetizers, buffet bi tlett tipi ta’ għagin [size ta’ main course] kif wkoll deżerta! Dan kollhu għal €6
kbar u €4 iż-żgħar BISS! Bħas-soltu jkollna l-logħob tat-tombla [final house b’valur ta’ €100], ħafna rigali sbieħ x’jintrebħu u l-
lotterija speċjali tas-sajf, [biljetti qed jinġabru f’dawn il-ġranet]. Programm dettaljat jitqassam fil-ġimgħat li ġejjin. Nfakkrukom
li ser jigi pprovdut transport lura d-dar.

Mela żommu din id-data libera u ingħaqdu magħna. Din hija serata ewlenija b’risq il-banda tagħna, bid-dħul minnha jmur
kollu għat-tagħlim tal-mużika u spejjeż li l-banda tagħna jkollha b’mod speċjali fil-jiem tal-festa. Huwa biss is-sehem tagħkom
li jgħinna nkabbru il-jiem li ġejjin marbutin mal-festa tagħna Sadanittant, jekk hawn xi kantanti u/jew żeffiena [ta’ kull eta’] li
jixtiequ jipparteċipaw waqt din is-serata, huma ġentilment mitluba ikellmu lil PRO tas-Soċjeta’ Diane Calleja [mob: 9900
2544] jew lil xi membru tal-Kumitat Eżekuttiv. Titilfux din l-opportunita’

LOTTERIJA KBIRA TAS-SAJF B’RISQ IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA
Nixtiequ navżaw li l-membri mis-Sezzjoni tan-Nisa, Żgħażagħ u Kumitat ser jiġu jiġbru l-biljetti tal-lotterija tas-Sajf, bl-1
Premju ikun food-mixer; it-2 Premju: food-steamer u t-3 Premju: flixkun whisky. Biljetti ser jinġabru bejn l-14 u l-15 ta’ Lulju
2018 [Biljetti jitqassmu mall-bullettin]. Il-premji qegħdin għall-wiri fit-tieqa tal-każin. Din il-lotterija qed issir b’risq it-tagħlim tal-
mużika kif ukoll parti mill-finanzjament ta’ servizzi varji lill-paroċċa tagħna. Pakkett ta’ 10 biljetti jiswa €3.00. Nappellaw lill-
familji kollha biex jipparteċipaw. Il-lotterija titla’ nhar is-Sibt 21 ta’ Lulju, waqt is-Serata fil-Beraħ 2018

SEJĦA GĦAL RITRATTI MARBUTA MAR-RAĦAL TAGĦNA
Fix-xhur li ġejjin, is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija permezz tal-proġett ALLinTUNE ffinanzjat permezz taI-“iSmall
Initiatives Support Scheme” amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat” ser tkun qed tinstalla esebizzjoni
permanenti ġewwa l-Każin [fil-foyer tad-daħla tal-każin], bil-għan li nesebixxu l-karatteristiċi unici ta’ raħalna. Għaldaqstant,
qed ssir sejħa ġenerali biex min għandu ritratti [meħuda b’mod professjonali] marbuta mar-raħal tagħna taż-Żebbuġ u l-
madwar [inkluż bajjiet u postijiet relatati], huwa mistieden ikellem lil Annalise Cini [Mob: 79555150] jew lil xi membru tal-
Kumitat jew jibgħat e-mail fuq soc.filar.santa.marija@gmail.com . Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni hija l-31 ta’ Lulju
2018. Interessati wkoll nisselfu ritratti antiki, b’mod speċjali dawk marbuta mal-organizzazzjoni tal-festa fl-antik, snajjiet kif
wkoll karatteristiċi uniċi ta’ raħalna li forsi ntesew maż-żminijiet. Ir-ritratti sottomessi imbgħad jiġu evalwati minn bord
professjonali biex imbgħad jintgħażlu l-aħjar ritratti li ser ikunu qed jagħmlu parti minn din l-esebizzjoni permanenti.

IFFINALIZZAT IL-PROĠETT TAD-DIĠITALIZZAZZJONI TAL-INNU L-KBIR
B’dedikazzjoni kbira, tlesta fl-aħħar jiem ix-xogħol marbut mad-diġitalizzazzjoni tal-Innu l-Kbir mill-Asst. Surmast Mro. Franco
Cefai. Dan kien proġett varat mill-Kumitat Eżekuttiv madwar sena u nofs ilu, fejn minbarra l-enerġija fuq proġetti ġodda u ta’
natura kapitali, fl-istess waqt qegħdin naħdmu wkoll fuq inizjattivi li permezz tagħhom nieħdu ħsieb il-wirt mużikali ta’ raħalna
u l-parroċċa tagħna. B’hekk il-bandisti tagħna jingħataw aktar faċilitajiet fl-avventura mużikali tagħhom. Nassigurawkom li dan kien proġett impenjattiv u għaldaqstant nirringrazzaw mill-qalb lil Mro. Franco Cefai għad-dedikazzjoni u ħidma tiegħu matul
l-aħħar sena biex stajna laħħaqna dan il-proġett u b’hekk ikun jista’ jitgawda dan ix-xogħol sa’ mill-festa ta’ din is-sena stess!
Bħala inizjattiva din kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-istorja tal-banda tagħna u ferm bżonnjuża għax b’hekk il-kopji
oriġinali tal-Innu l-kbir issa jistgħu jiġu aktar protetti. Kommessi li bħala kumitat inkomplu naħdmu fuq inizjattivi simili!

BBQ MIS-SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ
Nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju 2018, is-Sezzjoni Żgħażagħ ser torganizza s-solitu BBQ ħdejn il-Belvedere. Inħeġġukom biex tattendu
u tipparteċipaw. L-appoġġ tagħkom liż-żgħażagħ huwa garanzija biex ikollna festa ikbar minn qatt qabel.

BEJN PROĠETT U IEĦOR…Ritmu Qawwi ta’ Volontarjat!
Wara li madwar xahar ilu inawgurajna l-proġett tal-klassijiet l-ġodda u riċentament tlesta l-proġett tal-Innu l-Kbir; fl-istess waqt
komplejna naħdmu fuq numru ta’ proġetti oħra mħabbra aktar kmieni. Ninfurmawkom li miexi b’ritmu tajjeb ix-xogħol fuq it-
taraġ ewlieni li jwassal għas-Sala tal-Każin. Nirringrazzaw b’mod speċjali lil Paul u Fredu Saliba tal-kooperazzjoni tagħhom
kif wkoll lil Santa Marija Snack Bar li ser ikopru parti mill-ispejjeż. Sadanittant, grazzi għall-ġenerożita ta’ benefattur/a, matul
il-ġimgħat li ġejjin ser ikunu wkoll qed jitlestew is-sett ta’ ħabbati tal-bronz għall-bieb prinċipali tal-każin. Ix-xogħol fil-bronż
qed ikun fondut ġewwa fabbrika f’Malta u ser ikun qed jikkumplimenta il-bieb li ġie inawgurat f’Awwissu li għadda. Dan ix-
xogħol qed isir taħt is-supervizjoni u disinn ta’ Leli Cini.

U wara s-sejħijet għal offerti ppublikati fl-aħħar ġimgħat [inkluż fl-aħħar ittra li bgħattna], bħalissa l-bordijiet ta’ evalwazzjoni
maħtura mill-awtoritajiet li minnhom akkwistajna l-fondi għaddejjin wkoll bl-evalwazzjoni tal-offerti marbuta kemm max-xogħol
ta’ stained glass kif wkoll xogħol għal ħadid tat-taraġ. Nisperaw li sakemm jitlesta ix-xogħol tal-irħam ikollna l-kuntratti
f’posthom biex ikun jista imbgħad jibdew dawn ix-xogħlijiet. Marbut mal-istess proġett, huwa ppjanat li fil-ġimgħat li ġejjin
isiru wkoll numru ta’ workshops u inizjattivi b’risq il-volontarjat. Dwar dan ninfurmawkom aktar il-quddiem.

Fl-aħħar u mhux l-anqas, beda wkoll ix-xogħol preparatorju [tħejjija ta’ disinji u xiri ta’ materjal] biex fix-xhur li ġejjin [wara l-
festa] jibda x-xogħol fil-foyer tad-daħla tal-każin; fejn minbarra l-esebizzjoni permanenti li semmejna aktar kmieni f’din l-ittra,
ser tiġi wkoll installata struttura fl-injam [coving] bl-iskop li tissaħħaħ l-akustika tal-post u tissebbaħ din il-parti tal-każin.
Kif tistgħu timmaġinaw, minbarra l-aspett bandistiku u l-kalendarju folt t’attivitajiet soċjali, edukattivi u kulturali; ħidmietna hija
mogħnija ferm bit-twettiq ta’ numru mhux żgħir u varjat ta’ proġetti li ilkoll warajhom jesiġu siegħat twal ta’ ħidma volontarja
minn diversi persuni. Għalkemm forsi l-għejja xi kultant tibda tinħass, minn naħa tal-kumitat determinati li nkomplu nisfruttaw
dawn l-opportunitajiet. Minn naħa tagħna m’aħna nitolbukom xejn għajr li tkomplu tkunu ġenerużi u ta’ sapport mas-Soċjeta’
tagħna biex b’hekk inkunu nistgħu inwettqu dawn il-proġetti, l-biċċa kbira ffinanzjati minn diversi skemi ta’ fondi.

APPELL U RINGRAZZJAMENTI – Sostenn kontinwu minnkom benefatturi u voluntiera!
Infakkru fl-iskema ‘TARĠA, TARĠA…FLIMKIEN’; fejn qegħdin jintlaqgħu donazzjonijiet marbuta mall-proġett tat-taraġ ewlieni
tal-Każin. Sadanittant, id-differenza bejn il-fondi akkwistati u l-istima ta’ kemm ser jiġi jiswa il-ħadid tat-taraġ hija ta’ madwar
€1800. Għaldaqstant, jekk hawn min ikun interessat, qegħdin jintlaqgħu donazzjonijiet għal dan il-għan. Konvinti li bl-
għajnuna u ġenerożita tagħkom, u kif dejjem sar, inwasslu wkoll dawn il-proġetti fi żmien qasir u kif ippjanat. Dawk
interessati huma mitluba jkellmu lil xi membru tal-Kumitat. Kulħadd milli jista!

Sadanittant, nirringrazzjaw lil dawk kollha li pparteċipaw fl-attivitajiet varji li ġew organizzati kemm mis-Sezzjoni Nisa u ankeˋ
mis-Sezzjoni Żgħażagħ. Grazzi wkoll lill-membri ta’ dawn is-sezzjonijiet tal-impenn u s-sapport. Grazzi wkoll lil diversi
ditti/sponsors tal-għajnuna tagħhom. Grazzi wkoll lil:

  • Dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu t’għajnuna fil-preparamenti u l-organizzazjoni tal-attivita’ li matula ġew inawgurati
    l-klassijiet il-ġodda tat-tagħlim u l-Voluntary Hub. Grazzi lil dawk kollha li attendew għal din l-attivita.
  • Għaqda tal-Armar li kkummissjonaw bieb għall-maħżen biex b’hekk tiġi żgurata aktar sigurta’ u s-sikurezza tal-post,
  • Diversi benefatturi/ġenituri li għaddewlna xi donazzjonijiet b’risq it-tagħlim tal-mużika. Grazzi u Naprezzaw.
  • Kunsill Lokali għal-opportunita’ biex ipparteċipajna fl-attivita’ kulturali ‘Gozo Alive’ aktar kmieni f’Mejju 2018 kif wkoll għal
    istedina għal-kunċert ta’ Jum iż-Żebbug u l-kooperazzjoni fid-diversi attivitajiet marbuta mall-festa 2018.
  • Bandisti li bħalissa għaddejjin bil-preparamenti meħtieġa għas-servizzi tas-sajf kif wkoll għall-Kunċert tal-Festa 2018.
  • Grazzi Kbira lil numru ta’ żgħażagħ u volontarji li matul il-jiem kollha qegħdin jinġabru u minn wara l-kwinti jaħdmu fuq
    diversi proġetti/attivitajiet/sorpriżi/preparazzjonijiet marbuta mall-festa ta’ din is-sena. Grazzi wkoll lil żgħażagħ oħrajn li
    qed jagħtu daqqa t’id kemm fit-tindif u fill-manutenzjoni tal-każin u anke fl-amministrazzjoni tal-arkivju mużikali. Prosit u Grazzi lil dawn iż-Żagħżagħ kollha! Il-Kumitat Eżekuttiv u s-Soċjeta’ tagħna qegħda tkun ta’ sapport kontinwu u qed
    noffru l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex insostnu dan ir-ritmu ta’ volontarjat imprezzabbli.

Ħsieb mid-Direttur Spiritwali….tagħlima għal ħajjitna!!

Meta l-Mulej igħaddik mill-prova,

ikun qiegħed iħejjik biex tiflaħ tirċievi ġid akbar mingħandu

Tislijiet
Marnol Sultana
Segretarju

Leave a comment