
L-isfida tkompli…aktar Proġetti u Pjanijiet
Kien nhar is-Sibt 18 ta’ Frar 2017, meta s-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija laqqgħet lit-tesserat membri tagħha biex kif jobbligana l-istatut, saret il-Laqgħa Ġenerali. Matul din il-laqgħa ġew ippreżentati numru ta’ rapporti fosthom dak amministrattivi, rapport mis-Sezzjoni Nisa, mis-Sezzjoni Żgħażagħ u Kummissjoni Banda. Ġie ppreżentat ukoll rapport finanzjarju li jkopri s-sena 2016.
Twaqqif tal-Kumitat Eżekuttiv
Parti ewlenija tal-Laqgħa Ġenerali kienet il-ħatra tal-Kumitat Eżekuttiv. Din is-sena rċivejna disa’ nominazzjonijiet għall-membri tal-Kumitat u nomina waħda għall-kariga ta’ President. In- nominazzjonijiet ġew ilkoll approvati u kkonfermati unanimament mill-membri kollha preżenti kif imniżżel hawn taħt:
President Soċjeta` Filarmonika Santa Marija:
- Anthony Dimech M.D.
Membri tal-Kumitat Eżekuttiv:
- Is-Sur Marnol Sultana Segretarju Eżekuttiv
- Is-Sinjorina Judith Zammit Teżoriera
- Il-Kan. Dun Noel Saliba Direttur Spiritwali
- Is-Sinjorina Diane Calleja Uffiċċjal għal Relazzjonijiet Pubbliċi (PRO), Kultura u Drama
- Is-Sinjorina Analise Cini Asst. Segretarja/Uffiċjal Amministrattiv
- Is-Sur Michael Cini Delegat tal-Bandisti u Chairman Kummissjoni Banda
- Is-Sur Rupert Zammit Delegat tal-Każin u proġetti/Rapp. Sezzjoni Żgħażagħ
- Is-Sinjura Salvina Zammit Rapp. Sezzjoni Nisa
- Is-Sur Martin Calleja Uffiċjal responsabbli minn skemi ta’ fondi
Direzzjoni Mużikali u tagħlim:
- Joseph Grech Surmast Direttur
- Is-Sur Franco Cefai Asst. Surmast/għalliem tat-teorija
Sezzjonijiet/Sotto-Kumitati:
- Sezzjoni Nisa
- Sezzjoni Żgħażagħ
- Kummissjoni Banda
Ma’ dawn ġew unnanimament ikkonfermati ukoll dawn il-karigi [ilkoll volontarji]:
- Is-Sur Leli Cini Konsulent fuq proġetti marbuta mal-każin
- Is-Sur Michael Joe Cini tmexxija tal-Mobile Application
- Is-Sinjura Mary Ann Sammut Reviżitatura [awditriċi] Interna
- Is-Sinjorina Katia Cini Reviżitatura [awditriċi] Interna
Ta’ min insemmu li s-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija hija msieħba/rreġistrata wkoll f’dawn l-entitajiet, speċifikament fl-Għaqda Baned Maltin u Għawdxin, fl-Assoċċazzjoni tal-NGOs Għawdxin; Kummissarju ghal-Volontarjat, MEUSEC, Malta Council for Voluntary Sector, Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Malti għall-kwalifiki. Dawn ilkoll jitolbu numru ta’ laqgħat kontinwi [wħud ġewwa Malta] u sottomissjonijiet ta’ rapporti.
Element importanti fil-Laqgħa Ġenerali kien ir-rapport finanzjarju li ngħata mit-Teżoriera. Bħal kull sena, ingħataw dettalji sħaħ dwar l-infiq u d-dħul kollu ta’ kull xahar fis-sena 2016. Biex kullħadd jingħata sodisfazzjon ta’ fejn il-kontribuzzjonijiet tiegħu/tagħha qegħdin jiġu investiti, ma’ din l-ittra, fl- aħħar paġna hemm id-dettalji kollha. Min jkun jixtieq jikjarifika xi punti jew jixtieq aktar dettalji, tiddejqu xejn tkellmu lit-Teżoriera jew lil xi membru tal-Kumitat Eżekkuttiv. Ninfurmawkom li dawn ir-rendikonti ġew iċċertifikati mir-Reviżitaturi [Awdituri Interni] tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija. L- istess rapport finanzjarju jiġi wkoll iċċertifikat minn Accountant kwalifikat u mgħoddi lill-uffiċċju tal- Kummissarju tal-Volontarjat ġewwa Malta skond l-att tal-liġi li tirregola lill-organizzazzjonijiet volontarji u non-governattivi rreġistrati.
Fondi ġodda li ser jissarfu f’proġetti b’risq ir-raħal tagħna
Bħala Kumitat qed naħdmu biex fejn possibli napplikaw għal għajnuniet ta’ fondi. L-iskop ewlieni huwa li nġibu lejn ir-raħal tagħna opportunitajiet u proġetti ġodda mingħajr ma niddependu totalment fuq il-ġenerożita tagħhkom familji Żebbuġin. Matul l-aħħar ġimgħat ħdimna fuq divers applikazzjonijiet li jissarfu f’proġetti li minħabba l-valur u l-ispejjeż, li kieku ma jkunux dawn il-fondi jibqgħu ħolma. Ir-rebħ ta’ fondi m’hix kumbinazzjoni imma frott tal-ħidma kbira ta’ diversi membri għal xhur sħaħ. Bi pjaċir inħabbrulkom dawn l-proġetti u fondi ġodda [madwar €25,000]:
VOLstory.ORG…the living experience: Workshops, Klassijiet u Website ġdida
Wasalna fl-aħħar rapport amministrattiv biex b’hekk inkunu għalaqna il-progett ARTruistic360, proġett li issa nistgħu nibqgħu ingawdu minnhu l-palk u s-sala ġdida tal-Każin tagħna. Fl- aħħar jiem rċivejna l-aħbar li dan il-progett gie ivvutatat bħala wieħed mill-aktar proġetti li b’suċċess laħqu il-miri tal-skema.
U issa, għalikom għadna l-proġett ġdid, din id-darba bl-isem VOLstory.org. Dan il-progett ser ikun kontinwazzjoni fejn jkopri numru ta’ workshops u investiment kapitali. Infatti, permezz tal- programm Voluntary Organisations Project Scheme, ħarsitna ser ddur fuq it-tagħmir tal- klassijiet tat-tagħlim. Wara konsultazzjoni mas-Surmast u Asst. Surmast, fl-aħħar jiem bdejna bix-xogħol fuq id-disinn tal-klassijiet il-ġodda, liema proġett ser ikun għal darb’oħra fdat f’idejn is-Sur Leli Cini. Dan ser ikun pass il-quddiem biex l-istudenti tagħna ikollhom post adegwat fejn jitgħallmu l-mużika. Ser isir wkoll investiment f’sistema ta’ dawl għall-palk il-ġdid kif wkoll sistema ta’ sound għas-Sala tal-Każin, bl-iskop aħħari ikun li s-sala tkun attrezzata b’dak kollu li hu meħtieġ biex ikunu jistgħu jsiru konferenzi, seminars u attivitajiet/ċeremonji simili.
VOLstory.org ma tieqafx hawn. Infatti, permezz tal-istess skema, s-Soc. Filar, Santa Marija ser tkun wkoll qed tibni mill-ġdid is-sit elettroniku tagħha www.bandasantamarija.com. Dan is- sit ser jiġi ddisinjat mill-ġdid bil-għan li jkun jista’ jakkomoda l-esiġenzi tas-Soċjeta’ tagħna u fi żmien fejn it-teknoloġija u l-komunikazzjoni soċjali qed isiru dejjem aktar dinamiċi ma’ kull jum li jgħaddi. Filfatt, wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ dan is-sit il-ġdid ser ikun li jagħmilha aktar faċli sabiex wieħed jaċċessa l-informazzjoni kollha bżonnjuża minn kullimkien u b’kull apparat elettroniku, fosthom minn fuq mobiles u tablets.
MusiCARE…restawr u konverżjoni b’mod diġitali tal-partituri tal-Innu l-Kbir
Il-Kumitat Eżekuttiv minn żmien għal żmien qed iniedi inizjattivi li fihom inkunu qed nieħdu ħsieb il-wirt li ħallewlna dawk ta’ qabilna. L-ewwel pass kien il-proġett tal-arkivju, proġett li resqin biex wara diversi xhur naslu biex nilqgħu din l-opra unika fil-każin tagħna, opra li fiha ser inkunu qed nikkonservaw diversi biċċiet mużikali akkwistati mill-banda tagħna tul dawn l- għoxrin sena. U issa, hekk kif imħabbar waqt il-laqgħa ġenerali, permezz tal-programm Small Initiatives Scheme, maħruġ mill-Malta Council for the Voluntary Sector, ġew akkwistati wkoll fondi ġodda biex tkun tista’ tiġi rrestawrata l-mużika oriġinali tal-Innu l-Kbir u fl-istess ħin l- mużika ser tinkiteb b’mod diġitali, bil-bandisti tagħna ikunu jistgħu jesegwixxu dan l-innu tant għal qalbna ż-Żebbuġin b’aktar kumdita’ u mingħajr ma’ niddependu fuq il-biċċiet oriġinali li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jiddeterjoraw fil-kundizzjoni. Bl-istess proġett, fuq suġġeriment tas-surmast direttur tagħna, ser inkunu wkoll qed ninvestu biex isiru ‘music folders’ tal-ġilda biex jintużaw mill-bandisti fuq il-leġiji għaż-żamma tal-mużika waqt il-kuncerti.
IŻ-ŻOGĦŻIJA MUŻIKALI – Ilbieraħ, Illum u Għada
Ħdimna wkoll fuq skemi edukattivi b’risq il-bandisti tagħna. B’sodisfazzjoni, l-banda tagħna reġgħet ikkwalifikat għall-proġett ieħor mill-iskemi ta’ għajnuniet maħruġa minn Aġenzija Żgħażagħ. Permezz ta’ din l-għajnuna ser nibbenefikaw minn fondi, żgħar iżda importanti, intiżi biex jgħinu lill-aljievi u l-bandisti ż-żgħar tagħna. Nżommukom aġġornati.
Dawn huma opportuntijiet li mportanti li nkomplu nisfruttaw biex b’hekk ikunu jistgħu isiru aktar proġetti utli għal komunita’ tagħna. Inkomplu insostnu u mportanti ħafna li niċċaraw li b’dawn il-fondi allokati, jridu jintużaw biss għall-proġett sottomess u bl-ebda mod ma jistgħu jintużaw xi fondi għal għanijiet oħra. Fl-aħħar mill-aħħar dan kien possibli grazzi għall-fiduċja, għajnuna u d-donazzjonijiet kontinwi tagħkom. Nitolbukom biex l-għajnuna u d-donazzjonijiet tagħkom jibqgħu kontinwi u tkomplu tkunu ġenerużi mas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija biex b’hekk ilkoll flimkien ikollna ir-riżorsi, l- organizzazzjoni u l-garanziji finanzjarji meħtieġa biex nisfruttaw opportunitajiet simili b’risq il-ġid komuni tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija u r-raħal tagħna għażiż taż-Żebbuġ.
QALB KBIRA U ĠENERUŻA….aktar proġetti kkummisjonati minn BENEFATTURI!!
Wara li fl-aħħar xhur konna infurmajnikom dwar ix-xewqa ta’ persuna li tikkummissjona proġett tal- kamra tal-Kumitat u tinqix tal-arkivju, b’sorpriża, grazzi għall-ġenerożita ta’ individwi benefatturi, matul ix-xhur li ġejjin ser ikunu qed jitwettqu wkoll dawn iż-żewġ proġetti, mill-ġdid taħt id-direzzjoni tas-Sur Leli Cini:
Bieb Prinċipali tal-Każin.
Dan huwa proġett li jaf il-bidu tiegħu ftit tas-snin ilu, fejn fuq inizjattiva u grazzi għas-sinjorina Rose Cini, s-Soċjeta’ tagħna kienet ġiet ppreżentata b’għotja għal dan il-proġett. Kien imbgħad ftit tax-xhur ilu, fejn il-kumitat ġie avviċinat minn benefattur/benefattriċi li esprima x- xewqa li nkomplu nibnu fuq din l-inizjattiva u jiġi ikkummissjonat il-kumplament tal-bieb. Wara evalwazzjoni interna fi ħdan il-Kumitat, dan il-proġett ġie approvat bid-disinn ppreżentat fil- Laqgħa Ġenerali li għaddiet. Grazzi wkoll lil diversi voluntiera li diġa offrew xi xogħlijiet gratis marbuta ma’ dan il-proġett. Aktar dettalji fil-ġimgħat li ġejjin.
Taraġ Prinċipali tal-Każin – SKEMA ‘TARĠA, TARĠA…FLIMKIEN’
Fuq inizjattiva tas-sinjuri Nicholas u Ritienne Cini [propjetarji ta’ Santa Marija Snack Bar], bdejna wkoll bit-tħejjijiet biex fix-xhur li ġejjin jibda xogħol marbut mat-taraġ prinċipali li jagħti għas-sala, liema proġett qed ikun nofsu kkummissjonat mis-sinjuri Cini [donazzjoni ta’ €3,000]. Nirringrazzjaw wkoll lis-Sur Fredu Saliba u Paul Saliba tal-għajnuna sħiħa u x- xogħolijiet kollha li jagħmlu fil-każin gratis. Sadanittant, jekk hawn xi individwi/familji li jixtiequ jikkontribwixxu għal-ispejjeż li jifdal [madwar €3000 oħra], jistgħu jgħaddu d- donazzjonijiet tagħhom lil xi membru tal-Kumitat. GRAZZI ILKOLL!!!!
F’isem il-Kumitat Eżekuttiv, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawn l-individwi benefatturi tal-fiduċja sħiħa fit- tmexxija tas-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija. Minn naħa tagħna, proġetti bħal dawn qegħdin ikunu implimentati xejn differenti minn proġetti oħra li għalihom niksbu l-fondi, fejn kumitat qabel li tiġi addattata proċedura fejn il-benefatturi u individwi li jkunu kkummissjonaw dawn it-tipi ta’ proġetti jingħataw kopji tal-irċevuti kollha tal-ħlasijiet li jkunu saru marbuta mall-proġett rispettiv, dan biex anke l-persuna/i involuti jingħataw is-sodisfazzjoni mistħoqq.
Xhur ta’ Preparazzjoni…5 t’ijiem ta’ Renju…Riżultati Suċċess!
Il-Karnival 2017 kien wieħed mill-aktar impenjattiv dan għaliex minbarra s-solitu servizzi bandistiċi, dħalna wkoll għall-proġett ta’ kostumi ġodda għal bandisti tagħna. Kien ilu s-snin jinħass il-bżonn li jsiru sett ta’ kostumi ġodda dan peress li dawk antiki kienu ddeterjoraw mhux ħażin fil-kundizzjoni tagħhom. Kienet sfida, iżda bl-għajnuna ta’ diversi ħajjata u voluntiera lestejna fil-ħin madwar 65 kostum! Ir-riżultat jitkellem waħdu, fejn nistqarru li kellna reazzjonijiet ferm pożittivi kemm mill-bandisti kif wkoll mill- pubbliku kemm ġewwa r-raħal tagħna u anke barranin. Jixraq li nirringrazzjaw lill-ħajjata u voluntiera: Salvina Cini, Bernardette Caruana, Cetta Saliba , Kunsilja Cini, Judith Zammit u Carmen Mifsud. Grazzi wkoll lil Rupert Zammit, Josef Vella, Micheal Cini, Joseph Saliba, Joey Zammit u Analise Cini li ħadmu l-kpiepel kollha. Grazzi lkoll!
Fl-istess waqt, flimkien mal-imsemmija sfida, permezz tas-Sezzjoni Żgħażagħ, ġiet organizzata wkoll Żifna Hilarious. Din kienet suċċess ieħor fejn ingħatat 14-il rappreżentazzjoni barra r-raħal tagħna. Min hawn ngħidu prosit u grazzi kbira liż-Żgħażagħ kollha li ħadu sehem, fejn għal sigħat twal, lura minn Diċembru li għadda kienu jiltaqgħu ġewwa l-Każin għal-provi. Impossibli insemmu lil kullħadd, iżda jixraq grazzi speċjali lil Diane Calleja u Graziella Cini tal-koregrafija u direzzjoni.
Ħsieb mid-Direttur Spiritwali….!!
Il-fidi hija bħal żerrigħa: tikber u tagħti l-frott skont kemm issib art tajba u kkultivata
Tislijiet
Marnol Sultana
Segretarju
RAPPORT FINANZJARAJRU 2016
DĦUL 2016 – Dettalji (€)
Donazzjonijiet Personali 6103.00
Organizzazzjoni ta’ Lotteriji 2528.00
Dħul minn Coffee Morning/Tea Nights/Ħargiet 9030.76
Ġabriet [Strina u Kunċert Festa] 1,600.68
Ħlasijiet ta' Marċijiet* [Kunsill Lokali/Parroċċa/Uffiċju tal-Kultura/Parroċċi Għawdxin/Sezzjoni Żgħażagħ [Marċ] 15,209.00
Tessera 2016 539.00
Bank Interest 48.11
Sponsors għal-attivitajiet u reklami 3138.50
Kiri Bottegin Każin/ Kiri Spazju għal-Radio Antenna*/Kiri Sala Każin/Billiard 5,520.00
Grants minn Skemi ta' Fondi (Proġett VOPS –ARTrusitic: €17,850; Proġett SIS – Trilogy: €2,830; Proġett Agenzija Zghazagh: €3,141; Progett: Malta Arts Funds: €3,860; Progett Good Causes Funds – Arkivju: €21,000). Eskluż €5,920 li għadhom iridu jigu mgħoddija lis-Soċ. Filar. Santa Marija wara li jiġu approvati r-rapporti finali 42,761.00
ĦRUG 2016 – Dettalji (€)
Tagħlim tal-Mużika, Xiri ta' Kotba u Biċċiet Mużikali , strumenti ġodda u tiswijiet ta’ strumenti 4694.50
Spejjeż marbuta ma’ Ikel, rigali, kiri t'apparat għal-attivtiajiet varji, rigali għal-lotteriji, 4,089.75
Ħlas lil bandisti [fis-servizz tal-paroċċa, il-bandisti tal-post/Żebbuġin jaghtu s-servizz mingħajr ħlas]. Is-Soċ. Filar. Santa Marija tkopri wkoll l-ispejjez kollha marbuta mas-servizzi ta’ Kristu Rxoxt u Purċissjoni tal-Milied, inkluż l- ispejjeż tal-bandisti barranin. Is-Soċjeta’ kopriet wkoll l-ispejjeż kollha marbuta ma’ servizz speċjali. 12,405.53
Tifkiriet [Jum l-Omm, Jum il-Missier , rigali tfal u żjajar lil dawk li jitqarbnu/joqogħdu waħidhom] etc. etc. 825.45
Reg.Fees/Permessi Pulizija /Telephone/Dawl Antenna/Posta/Stationery/Petty Cash [Materjal tat-tindif etc…] 1412.58
Xiri u tiswija ta’ Strumenti tal-mużika u Uniformijiet 689.70
Sound, dawl, kiri ta' siġġijiet u spejjeż varji marbuta mal-organizzazzjoni tal-Kunċert tal-Festa [esklużi spejjeż tal- Mużika u ħlas bandisti barranin] 839.00
Disinn u Printing ta' Posters /ittri/leaflets/inviti 886.85
Trasport 480.00
Ħlasijiet tal-marcijiet tal-Festa 2016 minn baned barranin 2,900.00
Servizzi ta’ fotografija/streaming/ Internet/Media/website hosting 385.23
Ħlasijiet ta' bejn kontijiet marbuta mal-kostruzzjoni tal-Każin, amortizzazzjoni apparat kċina u proġetti ġodda tal- każin inkluż dawk ffinanzjati minn diversi skemi ta’ fondi, fosthom: palk ġdid u komplut, esebizzjoni u tgħamir tas-sala, Projector, 100 siggu għas-sala, arkivju [u tinqix], kamra tal-kumitat, legiji, 100 kaxxa għall-arkivju, irħam kamra tal-arkivju, plakka ta’ ‘Ġieħ il-Banda’, store taħt il-palk u sistema ta’ cameras fil-basement tal-każin. 46,430.17
Spejjeż oħra mħallsa direttament minn Santa Marija Snack Bar [Kerrej tal-botteggin]
- Kontijiet tad-dawl u ilma tal-każin kollhu [inkluż tal-bankina]
- Kontijiet marbuta mal-internet fil-Każin kollhu, telephone tal-bottegin u Insurance coverage tal-Każin
- Reġistrazzjoni, manutenzjoni u upgrading tas-sistema tas-sigurta, fire alarm u cameras tal-każin
- Reġistrazzjoni annwali, servicing u manutenzjoni tal-lift tal-każin u tal-Water Reserviour
- Shutter ġdid li jgħalaq il-foyer tal-Bar
Aġġornament dwar il-kontijiet pendenti marbuta mall-bini u tagħmir tal-Każin
Kif spjegat waqt il-Laqgħa Ġenerali, l-ammont tal-kontijiet pendenti f’Jannar 2015 kien ta’ €48,974. Matul is-sena 2015, tħallsu [bejn kontijiet] €10,463 u fis-sena 2016 tħallsu [bejn kontijiet] €16,974 oħra. B’hekk l- ammont ta’ kontijiet pendenti bħalissa huwa ta’ €22,000.00c. il-PRIORITA’ tal-Kumitat tibqa’ li jitħallsu l- kontijiet fl-iqsar żmien possibli. PROĠETTI ĠODDA qed isiru biss jekk jingħataw fondi minn xi skema jew minn benefatturi b’intenzjonijiet speċifiki. GRAZZI kbira lil voluntiera kollha li matul is-sena jagħmlu ħafna xogħol b’xejn biex b’hekk niffrankaw eluf ta’ Euro. Nassigurawkom li qegħdin noqogħdu attenti ferm fl-infiq, għalkemm l-ispejjeż jibqgħu kbar! Kif għamiltu fl-aħħar snin, nitolbukom tkomplu tkunu ġenerużi magħna biex flimkien inkomplu nwettqu l-ħidma tagħna!