Mużika, Proġetti u Amministrazzjoni
F’din l-ewwel ittra għas-sena 2021, qed niġu għandkom biex bħal kif dejjem għamilna nkomplu naġġornawkom b’dak li hu għaddej bħalissa fi ħdan is-Soċjeta’ Filar. Santa Marija. Nistgħu ngħidu li ħidmietna fis-sena 2021 ser tkompli tibni fuq dak li diġa hemm, bil-qofol ta’ kollox tkun l- amministrazzjoni tal-banda tagħna, t-tagħmir u manutenzjoni tal-Każin kif wkoll l-organizzazzjoni ta’ diversi attivitajiet ta’ natura kulturali, soċjali u edukattivi, ovvjament dejjem jekk possibli u skond id- direttivi mill-awtoritajiet tas-saħħa. Iżda bħal kull sena, qabel inkomplu b’ħidmietna, aħna lkoll obbligati nitolbu l-konferma tat-tesserati u l-membri. Infatti, dawk li jidhru bħala sempliċi rutini demokratiċi fil-ħajja annwali tas-Soċjetà, dawn jagħtu rinnovament lill-mekkaniżmi li bihom hija taħdem u tħaddem il-proġetti tagħha matul is-sena. Għaldaqstant hawn għandkom ssibu d-dettalji meħtieġa:
LAQGĦA ĠENERALI 2021…NHAR IL-ĠIMGĦA 12 TA’ MARZU 2021
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija hija obbligata bl-istatut tagħha, ssejjaħ laqgħa ġenerali fejn it- tesserati membri kollha jkunu mistiedna jattendu u jipparteċipaw. L-iskop ewlieni ta’ din il-laqgħa jkun li jingħataw rendikonti dettaljati amministrattivi u finanzjarji dwar dak li jkun seħħ fix-xhur ta’ qabel u dawn jiġu approvati minn awdituri indipendenti. Issir ukoll l-elezzjoni tal-membri fit-Tmexxija Eżekuttiva, jitressqu emendi għall-istatut u jiġu diskussi punti relatati mal-pjanijiet li s-Soċjeta’ tkun qiegħda tfassal għal ġejjieni. Għaldaqstant it-tmexxija eżekuttiva qiegħda ssejjaħ dan l-appuntament importanti nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021 fis-7:15pm. Biex jitnaqqas in-numru ta’ persuni miġbura flimkien u nżommu mall-pariri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa, din il-laqgħa ser tkun wkoll transmessa online permezz tal-pjattaforma diġitali ZOOM. Għal min ser isegwina online, ninfurmawkom li ser ikun qed jingħata link fuq il-paġna ta’ Facebook aktar ‘il quddiem.
Minbarra r-rapport finanzjarju dettaljat, segwit bi preżentazzjoni viżiva dwar id-dħul u l-infieq fl-aħħar 12-il xahar, ser jingħataw wkoll dettalji ta’ kemm ġew akkwistati fondi matul is-sena 2020. Ser jitħabbru wkoll dettalji dwar l-akkwist ta’ aktar fondi u tnedija ta’ proġetti u inizjattivi ġodda. Sadanittant, kulħadd għandu jħossu liberu li jwassal xi suġġerimenti jew jagħmel xi intervent/ilment waqt din il-laqgħa; dan biex infasslu u nwettqu ħidmietna fix-xhur li ġejjin…ilkoll flimkien!
Ninfurmawkom wkoll li fl-ittra li jmiss, bħal kull sena, ser ikun wkoll qed jingħata rendikont dettaljat tad- dħul u ħruġ finanzjarju matul is-sena 2020. Inħossu li dan huwa dmir u obbligu tagħna li tkunu aġġornati dwar il-finanzi tas-Soċjeta’ u tingħataw sodisfazzjoni sħiħ u trasparenti fejn qed jigu investit d-donazzjonijiet li kull wieħed u waħda minnkom tagħtu matul is-sena!
NOMINAZZJONIJIET GĦAL-MEMBRI ĠODDA FI ĦDAN IL-KUMITAT EŻEKUTTIV
Bejn it-Tnejn 1 ta’ Marzu u l-Erbgħa 10 ta’ Marzu 2021 ser jintlaqgħu nominazzjonijiet għall-membri fit- tmexxija eżekuttiva. Nominazzjonijiet għall-membri fit-tmexxija eżekuttiva u/jew emendi għar- regolamenti għandhom jintbagħtu lis-Segretarju bil-miktub billi jintefgħu fil-kaxxa tal ittri tagħna jew jintbgħatu permezz ta’ email: soc.filar.santa.marija@gmail.com. Importanti ħafna li dawn ikunu ssekondati minn żewġ membri tesserati. Nappellaw lil dawk interessati biex jitfgħu n-nominazzjoni tagħhom u b’hekk inkunu nistgħu nkomplu bit-tiġdid u nassiguraw kumitat eżekuttiv effettiv.
TESSERA 2021 – GRAZZI LI GĦAŻILT BIEX TKUN PARTI MILL-FAMILJA
Il-Kumitat Eżekuttiv jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li fil-jiem li għaddew għoġobhom iġeddu jew jidħlu bħala tesserati ġodda. Minkejja s-sitwazzjoni preżenti, aħna rridu sa’ fen possbli nkomplu bl- istess ritmu tas-snin l-imgħoddija u b’hekk inkomplu nkattru l-ġid fl-oqsma kollha li jifformaw parti mis- Soċ. Filar. Santa Marija u fl-istess ħin inkunu ta’ forċina u għajnuna kontinwa lill-Parroċċa u r-raħal tagħna. Għaldaqstant, jekk fadal min forsi ma sibnieħx id-dar u jixtieq iġedded it-tessera tiegħu jista jagħmel dan biex jikkuntattja lil xi membru tal-Kumitat u jgħaddilna d-dettalji tiegħu. Tistgħu wkoll tikkuntattjawna fuq 99228373 jew 79273580. Min irid jista wkoll jimposta d-dettalji tiegħu fil-letter box tal-każin. Kull tessera tiswa biss €2.50. Żammejna l-miżata baxxa kemm jista’ jkun biex bħas-snin li għaddew kulħadd ikollu l-opportunitaˋ jkun parti mill-familja tagħna. Tingħata rċevuta għal kull miżata li titħallas.
Grazzi speċali tmur wkoll lil dawk kollha li matul il-jiem li għaddew assistew fil-ġbir tat-tessera. Grazzi wkoll lil dawk kollha li minbarra l-miżata tat-tessera għoġobhom jgħaddulna xi donazzjoni.
IN FINEM DILEXIT EOS – KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA U MARĊI FUNEBRI
Kif wieħed jista jobsor, sfortunatament din is-sena, minħabba ċ-ċirkustanzi ta’ bħalissa [mhux ser ikunu jistgħu jsiru kemm il-Purċissjonijiet tad-Duluri, tal-Ġimgħa Mqaddsa u anqas id-Dimostrazzjoni tal-Għid. Dan kollhu flimkien ma’ numru t’attivitajiet oħra li bħala Soċjeta ma’ nistgħux norganizzaw. Għaldaqstant, għal din is-sena, bil-għajnuna tal-Gozo Cultural Heritage Directorate fi ħdan il-Minsteru għal Għawdex u bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa, nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu 2021 fis-7:00p.m. ser jitella’ il-Programm IN FINEM DILEXIT EOS. Dan il-kunċert ta’ mużika sagra u marċi funebri ser jitella’ ġewwa l-Knisja Parrokkjali u ser jinkludi wkoll riflessjonijiet qosra dwar il-Passjoni ta’ Kristu. Dan l- avveniment ser ikun imxandar live fuq il-paġni ta’ Facebook: Żebbuġ Gozo Parish u Tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Żebbuġ Għawdex, fuq Radju Għażżiela u XEJK TV.
Huma ġust li nsellmu u nirringrazzjaw lil Bandisti tagħna tal-kooperazzjoni u sehem tagħhom biex dan il-programm mużikali mmexxija mis-Surmast Mro. Joseph Grech. Ninfurmawkom wkoll li matul dan il- programm ser jindaqq għal ewwel darba arranġament tal-asst. surmast Mro. Franco Cefai, liema arranġament huwa parti minn proġett ħolistku b’risq il-Banda tagħna u li qed jaħdem fuqu Mro. Cefai.
Intennu li din l-attivita’ qed tigi organizzata skond il-linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. l- postijiet huma limitati u riservazzjoni hija rrikomandata fuq soc.filar.santa.marija@gmail.com jew sms fuq mowbajl: 79555150. Sadanittant, fl-assenza li din is-sena sfortunatament mhux ser ikun possibli li norganizzaw il-Mejda tal-Appostli u il-Wirja t’Arti Sagra [fuq rakommondazzjoni mill-awtoritajiet tas- saħħa], matul il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, fit-twieqi tal-Każin tal-Banda Santa Marija ser ikunu wkoll esebiti diversi statwi/arti sagra li jfakkru l-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
IŻ-ŻOGĦŻIJA MUŻIKALI…ILBIERAĦ, ILLUM U GĦADA!
Matul l-aħħar ġimgħat kompliet il-ħidma fuq skemi edukattivi b’risq l aljievi u l-bandisti tagħna. B’sodisfazzjoni, l-banda tagħna reġgħet ikkwalifikat għall-proġett ieħor mill-iskemi ta’ għajnuniet maħruġa minn Aġenzija Żgħażagħ. Permezz ta’ din l-għajnuna, s-Soċjeta’ tagħna ser tkompli tibbenefika minn fondi intiżi biex jgħinuna nsostnu parti mit-tagħlim tal-mużika. Sadanittnat, infakkru lil dawk il-ġenituri li għandhom lil uliedhom ta’ eta’ minn 7 snin il’fuq, li bħalissa qed nilqgħu l- applikazzjonijiet ta’ dawk li jixtiequ jibdew jitgħallmu l-mużika. Dawk interessati tirreġistraw lil uliedkom mitluba tavviċinaw lil xi membru tal Kumitat Eżekuttiv jew lil Franco Cefai fuq 79306538.
BEJN PROĠETT U IEĦOR…
Filwaqt li waqt il-laqgħa ġenerali li jmiss ser inkunu qed ninfurmawkom dwar proġetti ġodda li ser ikunu qed jitniedu, anke grazzi għal skemi ta’ fondi li ġew mirbuħa matul l-aħħar ġimgħat; sadanittant bħalissa wasalna fl-aħħar fażijiet kemm fuq il-proġett tal-vetrina tal-arkivju mużikali kif wkoll fuq il- ġwarniċun tad-daħla tal-każin. Dawn mistennija jkunu kompluti fil-ġimgħat li ġejjin. Tlestew u ġew installati wkoll żewġ sopraporti [kkummissjonati minn benefattur] biex jikkumplimentaw l-għamara tal- klassijiet li kienet saret aktar kmieni. Sadanittant, miexi sew wkoll ix-xogħol preparatorju marbut mall- proġett imħabbar iktar kmieni li fih ser inkunu qed natrezzaw aktar is-sala tal-każin. Il-pjan huwa lix- xogħol ikun jista jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Xejn ma jsir kumbinazzjoni jew mingħajr taħbit! Dak li naraw huwa biss sehem zgħir mix-xogħol li jsir minn wara l-kwinti minn ħafna vountiera. Grazzi partikoari tmur lil dawk il-voluntiera kollha għax huwa biss permezz tal-ħidma tagħhom li diversi proġetti saru realta’. Fl-aħħar imma mhux l-inqas, intennu l-pożizzjoni tal-Kumitat, dik li proġetti ġodda qed isiru biss ladarba dawn ikunu koperti minn skemi ta’ fondi. Qed insostnu li nkomplu fuq din il-prassi biex b’hekk il-qagħda finanzjarja tas-Soċjeta’ tibqa’ waħda sostennibli, bil-priorita’ assoluta tkun it-tagħlim tal-mużika u l-funzjonijiet effettivi tal-Banda Santa Marija.
ĦSIEB MID-DIRETTUR SPIRITWALI….TAGĦLIMA GĦAL ĦAJJITNA!!
F’din is-Sena Marjana fid-Djoċesi t’Għawdex, aħna mistiedna ma’ nibzgħux nieħdu għandna lil Marija. San Luigi Marija De Montfort, fit-trattat dwar il vera devozzjoni, jghidilna: Marija hija t-Triq l- aktar facli, qasira, perfetta u zgura li twassalna għand Kristu.
Tislijiet,
Marnol Sultana
Segretarju