Ittra Kumitat Eżekuttiv – Novembru 2017

NOTA T’AĠĠORNAMENT…

 

Bdejna it-tieni ġimgħa ta’ Novembru, fejn bil-mod il-mod is-sena 2017 qed tgħib wara x-xefaq. Iżda l-ħidma trid tibqa għadejja u l-istess għalina fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija; fejn għalkemm iż-żmien ta’ bħalissa ikun wieħed kemmxejn kajman meta mqabbel mas-sajf; minn naħa l-oħra l-kumitat jisfrutta dawn iż-żminijiet b’ħidma aktar intensiva marbuta mat-twettiq ta’ diversi proġetti. Infatti, hija l- intenzjoni ta’ din l-ittra, biex minbarra li nfakkrukom fl-attivitajiet li jmiss, nieħdu l-opportunita biex naġġornawkom dwar diversi proġetti li għaddejjin bħalissa. Dawn huma d-dettalji…

ECHOvolunteering…Attrezzar tas-sala prinċipali

Għalkemm għad m’għaddietx sena minn meta inawgurajna il-proġett tas-sala prinċipali, l-kumitat ma kkuntentax ruħu u bqajna nsegwu possibilitajiet ta’ fondi biex din is-sala inkomplu nattrezzawha. Infatti, fil-jiem li ġejjin ser tibda tiġi installata sistema ta’ coving mad-dawra tas-sala bl-iskop li din l-istruttura tipperfezjona l-ħsejjes fis-sala u b’hekk s-sala tkun tista tintuża waqt recordings tal-mużika. Dan il-proġett ser ikun kkumplimentat b’sett purtieri ġodda għall-istess sala kif wkoll struttura biex ‘l quddiem tkun tista titwaħħal antiporta fuq in-naħa ta’ ġewwa tas-sala, bil-għan lis-sala tkun aktar strutturata u attrezzata biex isiru fiha seminars u produzzjoni ta’ drama. Huwa l-ħsieb li dan il-proġett jitlesta sas-serata tal-Milied [16 ta’ Diċembru 2017], biex intom tkunu tistgħu tisfruttaw din l-attivita biex taraw t-tlestija ta’ dan il-proġett.

VOLstory. ORG – website ġdida, klassijiet ġodda u…

Dan huwa proġett ieħor, l-aktar wieħed impenjattiv anke mill-aspett amministrattiv peress li jinkorpora fih l-ikbar ammont ta’ fondi. Infatti, nibdew biex ninfurmawkom li beda ix-xogħol fuq s-sit eletroniku ġdid għall- banda tagħna, fejn wara numru ta’ laqgħat mat-tekniċi u programmers, tlesta l-abbozz ta’ kif ser tkun mqassma biex issa seta’ jibda x-xogħol ta’ programming. Minn naħa tagħna, bħala kumitat bdejna wkoll naħdmu fuq il-kontenut għas-sit il-ġdid, ħidma li tirrikjedi sigħat twal ta’ xogħol u ħsieb. Fil-ġimgħat li ġejjin ser titwaħħal ukoll sistema ta’ sound ġewwa s-Sala tal-Każin, bl-intenzjoni li din titlesta max-xogħol li qed isir fl-istess sala u li diġa rreferejna għalih aktar kmieni. U kif neħilsu x-xogħol fuq is-sala, ser imbad jibda dritt x-xogħol fuq il-klassijiet il-ġodda fil-basement tal-każin, fejn issa d-dħul tal-klassijiet ser ikun independenti mill-bqija tal-basement, u dan bl-għan li ntejbu l-aċċess u s-sigurta tal-istudenti/aljievi tagħna. Ta’ min insemmu lil klassijiet ser jiġu attrezzati b’diversi għodod u accessorji li jtejbu t-tagħlim. Dan il-proġett mbad ser ikun kkumplimentat ukoll bi struttura ta’ coving li ser tkun tifred il-kappella mill- bqija tal-basement kif wkoll ser issir esebizzjoni oħra permaneneti simili għal dik li saret fis-Sala tal-Każin.

MUSICare…reviving music

Permezz tal-iskema Small Initiative Scheme wasalna wkoll fl-aħħar fażi biex ngħalqu l-proġett li fih inkluda d-diġitalizzazzjoni tal-Innu l-Kbir kif wkoll x-xiri ta’ aktar leġiji u folders biex fihom tkun tista’ tinżamm l- mużika. Inizjattiva li anke ħadna bħala kumitat [fejn minn żmien għal żmien qed jittieħdu miżuri favur persuni b’disabilita] kienet li permezz ta’ parti mill-fondi, il-lirika tal-innu l-kbir inqalbet għall-lingwa tal- braille, bl-iskop li fil-futur anke persuni neqsin mid-dawl jkunu jistgħu ikantaw dan l-innu b’aktar faċilita.

QALB KBIRA U ĠENERUŻA….aktar proġetti kkummisjonati minn BENEFATTURI!!

Ftit tax-xhur ilu, l-kumitat ġie avviċinat minn benefattur li esprima x-xewqa li jiġu ikkummissjonati il- ħabbatiet tal-bieb. Wara li ġie approvat id-disinn tas-Sur Leli Ċini, issa beda x-xogħol fuq il-abbozz biex eventwalment minnu titieħed il-forma u jkunu jistgħu jsiru dawn il-ħabbatiet b’materjal tal-bronż mastizz. F’isem il-Kumitat Eżekuttiv, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawn l-individwi benefatturi tal-fiduċja sħiħa fit-tmexxija tas-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija. Sadanittant, infakkru fl-iskema ‘TARĠA, TARĠA…FLIMKIEN’; fejn fuq inizjattiva tas-sinjuri Nicholas u Ritienne Cini [l-inkwilini ta’ Santa Marija Snack Bar], u bil-għajnuna tas-Sur Fredu Saliba u Paul Saliba għaddejjin bil-kuntatti biex jinġab il-materjal sabiex ikun jista jibda x-xogħol marbut mat-taraġ priċipali li jwassal għas-sala u l-arkivju tas-Soċjeta’.

PROĠETTI LI GĦAMLULNA UNUR… anke wara li tlestew!

Inħossuna ilkoll onorati bil-fatt li minbarra li wettaqna proġetti importanti permezz ta’ fondi, l-istess proġetti qed ikomplu jagħmlulna unur anke wara li tlestew. Bi pjaċir ninfurmawkom li l-Arkivju tagħna gie magħzul biex jidher f’esebizzjoni nazzjonali ġewwa Malta marbuta mall-Artiġjanat Malti. Sadanittant, il-proġett ‘Waslet il-Banda…20 Sena Vjagg’, li din is-sena kien jinvolvi fost l-oħrajn il-kunċert bandistiku li sar ħdejn il-każin ġie wkoll innomminat għal-premju nazzjonali marbut ma’ proġetti fil-komunita. Nagħlqu mbagħad bil-progett ‘Artrusitic360; fejn fl-aħħar jiem konna onorati mill-aspett ta’ kif bħala kumitat amministrajna l- istess proġett, li kien relatat mal-palk u s-sala tal-każin. Għażilna li ninfurmawkom dwar dawn l-isviluppi, għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma fatti li jagħtu unur kemm lis-Soċjeta’ tagħna kif wkoll lilna ż-Żebbuġin.

IL-ĦADD 12 TA’ NOVEMBRU 2017 – QUDDIESA SPEĊJALI

Permezz tad-Direttur Spiritwali ser norganizzaw quddiesa fiċ-Ċimiterju fl-10:00a.m. b’suffraġju tal-għeżież benefatturi, ex-bandisti u mużiċisti. Fl-istess quddiesa infakkru wkoll l-erba’ Żebbuġin vittmi tal-gwerra u dawk li mietu waqt il-ġidma tagħhom ghall-festa. Inħeġġukom tingħaqdu magħna biex bħala kommunita ningħaqdu u niftakru permezz tat-talba tal-Quddiesa f’dawk kollha li ħallewna. Ma ninsewx li dak li qegħdin ingawdu bħalissa huwa kollhu il-frott ta’ dak li stinkaw u ħadmu għalih ta’ qabilna.

NHAR IL-ĠIMGĦA 17 TA’ NOVEMBRU – “IL-FESTA TAL-ALJIEVI”

Għas-sitt sena konsekuttiva, ser terġa’ tittella’ s-serata ‘Il-Festa tal-Aljievi’ fejn aħna flimkien magħkom ser inkunu qed nesponu u napprezzaw it-talenti ta’ dawk li bħalissa qed jitgħallmu l-mużika u ankeˋ tal- bandisti żgħażagħ tagħna. Għalhekk, nagħmlu stedina lill-familji kollha Żebbuġin biex nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru 2017 fis-7:00p.m. tingħaqdu magħna fis-sala tal-każin għal din il-festa mużikali. Din is- serata qed tkun marbuta ma’ skema maħruġa din is-sena minn Aġenzija Żgħażagħ.

FESTA TA’ SAN FORTUNATU u SANTA ĊEĊILJA 2017

Il-Banda Santa Marija bħal kull sena ser tesegwixxi servizz fil-purcissjoni ta’ San Fortunatu. Għaldaqstant nħeġġu b’mod partikolari lill-bandisti biex jattendu u nirringrazzjawhom bil-quddiem. Bi pjacir ninfurmakom li l-banda tagħna ġiet wkoll magħżula biex tipparteċipa f'festival ta' baned li ser isir ġewwa l-Għarb nhar il- Ħadd 26 ta' Novembru 2017 fid-9:00am. Il-banda tagħna ser tkun waħda mit-tlett baned għawdxin magħżula fejn wkoll f'din l-attivita’ ser ikun hemm tipparteċipa banda minn Malta, oħra minn Sqallija u banda oħra mill-Olanda. Minbarra s-servizz bandistiku, ser insegwu wkoll quddiesa tal-okkazjoni kkoncelebrata mill-. E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Dettalji fil-jiem li ġejjin.

NAPREZZAW l-għajnuna tagħkom…grazzi lil:

  • Leli Ċini għad-disinni, direzzjoni u superviżjoni tal-proġetti kollha li qed jitwettqu ġewwa l-każin
  • bandisti u aljievi [inkluż ġenituri tagħhom] li ta’ kull ġimgħa jattendu għal provi/lezzjonijiet. Grazzi wkoll lil membri tal-Kummissjoni Banda, Surmast u Asst. Surmast tal-impenn.
  • dawk li fl-aħħar ġimgħat għaddewlna donazzjonijiet b’risq it-tagħlim tal-mużika u proġetti fil-każin: b’mod speċjali lil membru tal-Kumitat li fl-aħħar jiem għaddielna donazzjoni sabiħa ta’ €500 b’risq il- proġett tat-taraġ tal-Każin. Jekk hawn xi individwi/familji li jixtiequ jikkontribwixxu għal-ispejjeż, jistgħu jgħaddu d-donazzjonijiet tagħhom lil xi membru tal-Kumitat. Mhux ser isiru ġabriet partikolari għal dan il-proġett, iżda għażilna li inħallu fil-liberta tagħkom l-benefatturi tagħna.
  • Persuna partikolari li ħallset l-ispejjeż biex saret diadema għal istatwa ta’ Kristu Rxoxt
  • lilkom li pparteċipajtu fil-lotterija t’Ottubru. Ir-rebbieħa huma Toni u Maria Farrugia [Kuruna] ta' Triq il-Mitħna u Amanda Dimech [Ikona] ta' Triq Għajn Mhelel.
  • Santa Marija Snack Bar, Francesco Pizza, Zebbug Rovers Bar, lil Frankie Ċini tal-ħaxix, Jenny Cefai, u Toni tal-ħaxix li tawna diversi vouchers jew hampers għad-diversi attivitajiet li ġew organizzati.
  • Għaqda Każini tal-Banda għad-donazzjoni ta’ €100 mill-marbuta mall-użu tas-Sala tal-Każin biex ġie organizzat seminar ddeddikat lil Baned Għawdxin aktar kmieni fix-xahar t’Ottubru

Sadanittant, il-kumitat Eżekuttiv flimkien mas-Sezzjoni Nisa, Sezzjoni Żgħażagħ, Kummissjoni Banda, Surmast, Asst. Surmast, Bandisti u Soċi tifraħ lill-President Dr. Anthony Dimech u lil mara tiegħu Bianca fl-okkażżjoni taż-żwieġ tagħhom fil-ġimgħat li għaddew. Nawgurawlhom…

 

Ħsieb mid-Direttur Spiritwali… tagħlima għal ħajjitna!

Naf kemm naf u għandi x’għandi…Biex nitkabbar m’għandi xejn

Għax kull m’hu sabiħ u tajjeb…Mingħand Alla kollu ġej.

 

Marnol Sultana

Segretarju

Leave a comment