Ittra Kumitat Eżekuttiv – Novembru 2018

Qawsalla ta’ mpenji…

Bdejna l-ewwel jiem ta’ Novembru, xahar li għalina l-poplu taż-Żebbuġ, dak ta’ din is-sena, ser ikun wieħed ferm partikolari hekk kif ser inkunu qed niċċelebraw diversi festi b’impenn sħiħ mill-banda tagħna. Ewlieni ser ikun il-pussess tal-Arcipriet ġdid tagħna Dun Gwann Sultana nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru, fejn il-Banda Santa Marija ser tkun qed tilqa’ u takkumpanja b’servizz ta’ marċi brijużi minn ħdejn il-Każinfil-4:00p.m. Għaldaqstant nistiednu lil kulħadd biex jingħaqad magħna biex nagħtu merħba xierqa lill- Arċipriet ġdid tagħna. Sadanitant, nieħdu spunt u ningħaqdu mall-appell tal-Parroċċa biex nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru fil-10:30am bħala komunita’ nattendu għall-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr li ser jiċċelebra Dun Reuben għat-tnax il-sena tiegħu fostna bħala Arċipriet.

Infakkru wkoll lill-Banda Santa Marija bħal kull sena ser tkun qed tesegwixxi servizz fil-purcissjoni ta’ San Fortunatu. Din is-sena, din il-festa ser tiġi ċċelebrata nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru 2018 fejn fil-5:00p.m. ser nakkumpanjaw bil-purċissjoni li titlaq mill-Knisja.

NHAR IL-ĠIMGĦA 16 TA’ NOVEMBRU – “IL-FESTA TAL-ALJIEVI”                                       
Għas-sebgħa sena konsekuttiva, ser terġa’ tittella’ s-serata ‘Il-Festa tal-Aljievi’ fejn aħna flimkienmagħkom ser inkunu qed nesponu u napprezzaw it-talenti ta’ dawk li bħalissa qed jitgħallmu l-mużika u ankeˋ tal-bandisti żgħażagħ tagħna. Għalhekk, nagħmlu stedina lill-familji kollha Żebbuġin biex nhar il- Ġimgħa 16 ta’ Novembru 2018 fis-7:00p.m. tingħaqdu magħna fis-sala tal-każin għal din il-festa mużikali. Din is-serata qed tkun marbuta ma’ skema maħruġa din is-sena minn Aġenzija Żgħażagħ.

FESTA TA’ ĊEĊILJA – ĊELEBRAZZJONI SPEĊJALI NHAR IL-ĦADD 18 TA’ NOVEMBRU
Bi pjaċir ngħarrfukom li din is-sena jmiss lil każin tagħna biex norganizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mall-festa ta’ Santa Ċeċilja [patruna tal-mużiċisti]. Wara konsultazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda, hekk kif isir kull sena, din il-festa ser tinkludi Quddiesa mmexxija mill-Vigarju Ġenerali Mons. Tarcisio Camilleri fil-10:30a.m. Matul din il-Quddiesa ser ikollna magħna rappreżentanti mill-Każini tal-Baned Għawdxin kollha kif wkoll l-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda minn Malta. Wara nkomplu b’servizz bandistiku minn Pjazza l-Assunta lejn il-Każin akkumpanjat bl-istandardi tal-baned kollha. Aktar dettalji dwar programm sħiħ marbut ma’ din il-festa jitħabbru fil-jiem li ġejjin. Bi pjacir ninfurmakom li l-banda tagħna ġiet wkoll magħżula biex tipparteċipa f'festival ta' baned li ser isir ġewwa l-Għarb nhar il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 fid-9:30am. Bħalissa għaddejjin bid-diskussjonijiet u preparamenti meħtieġa. Dettalji fil-jiem li ġejjin.

IL-ERBGĦA 21 TA’ NOVEMBRU 2018: COFFEE MORNING B’RISQ IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tixtieq tavża li nhar il-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2018 fid-9:00a.m. ser jigi organizzat Coffee Morning fil-Kazin. Nħeggukom tattendu għax filwaqt li nqattgħu ftit ħin ta’ divertiment flimkien, intom tkunu ta’ għajnuna biex inkomplu bil-ħidma tagħna ddedikata lit-tagħlim u s- servizzi tal-mużika lir-raħal tagħna. Narawkom u grazzi lil dawk kollha, speċjalment membri tas-Sezzjoni Nisa li jgħinu biex jiġu organnizati dawn l-attivitajiet. Grazzi wkoll lil dawk li jagħtuna rigali, vouchers u oġġetti biex jintużaw bħala spot prizes!

IS-SIBT 24 TA’ NOVEMBRU 2018 – QUDDIESA SPEĊJALI
Permezz tad-Direttur Spiritwali ser norganizzaw quddiesa fiċ-Ċimiterju fl-4:30p.m. b’suffraġju tal-għeżież benefatturi, ex-bandisti u mużiċisti.  Fl-istess quddiesa infakkru wkoll l-erba’ Żebbuġin vittmi tal-gwerra u dawk li mietu waqt il-ħidma tagħhom ghall-festa.  Inħeġġukom tingħaqdu magħna biex bħala kommunita ningħaqdu u niftakru permezz tat-talba tal-Quddiesa f’dawk kollha li ħallewna. Ma ninsewx li dak li qegħdin ingawdu bħalissa huwa kollhu frott ta’ dak li stinkaw u ħadmu għalih ta’ qabilna.

PROĠETTI LI GĦAMLULNA UNUR… anke wara li tlestew!
Inħossuna ilkoll onorati bil-fatt li minbarra li wettaqna proġetti importanti permezz ta’ fondi, l-istess proġetti qed ikomplu jagħmlulna unur anke wara li tlestew. Bi pjaċir ninfurmawkom li wara l-promozzjoni li saret u twassil t’għarfien dwar l-Għażżiela permezz tal-proġett “l-Għażżiela,…jisimni Marija”; fl-aħħar ġimgħat is- Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija ġiet mgħarrfa li wara l-implimentazzjoni success tal-istess proġett, ser jinbeda process fejn din il-prattikka u t-tradizzjoni marbuta ma’ din il-festa ser tkun wkoll rikonoxxuta fl- inventarju nazzjonali bħala Wirt Kultura Intanġibbli f’Malta. Sadanittant, l-istess festa ser tkun wkoll waħda minn dawk Nominati għall-rikonoxximent mill-UNESCO għal elementi ta’ Wirt Kulturali Intanġibbli. Għalkemm għadna fi stadju bikri, għażilna li ninfurmawkom dwar dawn l-isviluppi, għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma fatti li jagħtu unur kemm lis-Soċjeta’ tagħna kif wkoll lilna ż-Żebbuġin. Il-Kumitat Eżekuttiv ser ikompli jaħdem biex iressaq lejn raħalna opportuntajiet simili.

IS-SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ F’OPERA IS GOZO
Grazzi għas-sehem ta’ diversi żeffiena żgħażagħ, is-Soċjeta’ u anke raħalna kien rapprezentant fil- programm Opera is Gozo, speċifikament fl-attivita’ Street Opera li saret ġewwa il-Belt Victoria. Nirringrazzaw liż-żeffiena kollha tal-impenn kif wkoll b’mod partikolari lil Diane Calleja li ħadet ħsieb it- tagħlim tad-danza kif wkoll lil Analise Cini tal-koordinament, speċjalment dak amministrattiv.

LENTI FUQ DIVERSI PROĠETTI
Hekk kif f’dawn il-jiem għandhu jitlesta xi xogħol fil-kċina tas-Sala [xogħol ta’ xkaffar]; l-proġett li jmiss huwa li fil-ġimgħat li ġejjin jitkompla x-xogħol marbut mat-taraġ kif wkoll beda t-tfassil biex eventwalment tiġi rħamata l-art fil-foyer tas-Sala prinċipali. Il-pjan huwa lix-xogħol jitlesta f’Novembru biex imbgħad ikun jista ikompli it-tfassil tal-ħadid tat-taraġ prinċipali, proġett li għalih diġa tlesta d-disinn. Fl-aħħar jiem tlestew wkoll id-disinni u pjanti meħtieġa marbuta ma’ xogħol fil-ġebel marbut mall-proġett biex eventwalment is-sena d-dieħla tibda tinħadem u tiġi installata opra artistika [fuq disinn tas-sur Leli Cini] magħmula minn stained glass.

Fl-istess ħin, wara li nxtara il-materjal meħtieġ, matul il-ġimgħat li ġejjin ser tibda tinħadem struttura ta' injam [coving] bl-iskop li tissaħħahħ l-akustika tal-post u titjieb il-kwalità tal-awdjo ġewwa l-każin tagħna, fid-dawl li dan il-post iservi ta’ skola mużikali. Dan il-proġett ser ikun wkoll ikkumplimentat b’esebizzjoni permaneneti fid-daħla tal-każin kif wkoll b’inizjattivi li bihom nattiraw aktar tfal żgħar u żgħażagħ jitħajru jirfsu l-għatba tal-volontarjat. Aktar dettalji fil-ġimgħat li ġejjin.

Nippreparaw għas-SERATA TAL-MILIED 2018.
Fi ftit tal-jiem oħra s-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija ser tkun qed tħabbar dettalji marbuta mal- programm varjat tas-Serata tal-Milied 2018, li din is-sena ser tkun organizzata nhar is-Sibt 22 ta’ Diċembru 2018. Għaldaqstant, dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem fil-farsa jew ‘sketches’ fuq il-palk huma ġentilment mitluba ikellmu lil PRO tas-Soċjeta’ Diane Calleja. U anke għal dawk kollha li għandhom xi talent u jixtiequ jipparteċipaw f’xi attivita’, nistednukom tikkuntatjawna. is-Soċjeta qiegħda tfittex tfal [bniet u subien] biex jieħdu sehem permezz ta’ poeżiji qosra. Dawk interessati huma ġentilment mitluba ikellmu lil Judith Żammit jew Analise Cini jew lil xi membru tal-Kumitat Eżekuttiv.

Sadanittant, bi preparazzjoni għal-priedka tat-Tifla għal-Milied 2018, il-Kumitat Ezekuttiv fi ħdan il-banda Santa Marija jistieden lil ġenituri tat-tfal bniet li din is-sena qegħdin year 5 u li huma residenti ż-Żebbuġ, biex min jixtieq jagħmel il-priedka, mitlub jikkuntattja lil Judith Zammit [Tel: 21 555 128] jew Annalise Cini [Mob: 79 555 150] sa nhar il-Erbgha 7 ta’ Novembru 2018.   F’kas li jkollna aktar minn tifla waħda li tixtieq tagħmel il-priedka, titella bix-xorti

NAPREZZAW l-għajnuna tagħkom…grazzi lil:

  •  Leli Ċini għad-disinni, direzzjoni u superviżjoni tal-proġetti kollha li qed jitwettqu ġewwa l-każin
  •  bandisti u aljievi [inkluż ġenituri tagħhom] li ta’ kull ġimgħa jattendu għal provi/lezzjonijiet.  Grazzi wkoll lil  membri tal-Kummissjoni Banda, Surmast u Asst. Surmast tal-impenn.
  • dawk li fl-aħħar ġimgħat għaddewlna donazzjonijiet b’risq it-tagħlim tal-mużika u proġetti fil-każin; fosthom donazzjoni sabiħa ta’ €100 b’risq il-proġett tat-taraġ tal-Każin. Jekk hawn xi individwi/familji li jixtiequ jikkontribwixxu għal-ispejjeż, jistgħu jgħaddu d-donazzjonijiet tagħhom lil xi membru tal- Kumitat. Mhux ser isiru ġabriet partikolari għal dan il-proġett, iżda għażilna li inħallu fil-liberta tagħkom l-benefatturi tagħna.
  • lilkom li pparteċipajtu fil-lotterija t’Ottubru.  Ir-rebbieħa huma Micheal Agius [Kuruna] ta' Triq Sagħtrija u Graziella Calleja [Inkwadru tal-Madonna] mill-Għasri.   Grazzi Kbira tmur lil dawk kollha li għenu biex jinġabru l-biljetti kif wkoll likom ilkoll li ktibtu w pparteċipajtu.
  • Santa Marija Snack Bar, Francesco Pizza, Zebbug Rovers Bar, lil Frankie Ċini tal-ħaxix, Jenny Cefai, u Toni tal-ħaxix li tawna diversi vouchers jew hampers għad-diversi attivitajiet li ġew organizzati.

Ħsieb mid-Direttur Spiritwali…tagħlima għal ħajjitna!

Naf kemm naf u għandi x’għandi…Biex nitkabbar m’għandi xejn
Għax kull m’hu sabiħ u tajjeb…Mingħand Alla kollu ġej.

Marnol Sultana
Segretarju

Leave a comment