Ittra Kumitat Eżekuttiv – Settembru 2018

Grazzi ta’ dak li Wettaqna…Flimkien għal aktar Ħidma!

Bħalissa bħala kommunita’ qed ngħixu żmien partikolari, hekk kif l-aħbar tal-ħatra ta’ Arċipriet ġdid fil-Parroċċa tagħna tiżboq kull
ħaġa oħra. Għalhekk, hekk kif inhu xieraq b’tislima speċjali nagħtu…

MERĦBA LIL ARĊIPRIET DUN ĠWANN SULTANA…
Tifraħ is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija bl-aħbar tal-ħatra tal-Kan. Dun Ġwann Sultana, bħala l-Arċipriet il-ġdid għall-Parroċċa
tagħna. Kull tħabbira ta’ Arċipriet ġdid tiftaħ beraħ kapitlu ġdid fl-istorja tal-parroċċa, li l-ktieb tal-ġrajjiet tagħha huwa għani
u mimli b’ħidmiet ta’ qassisin li tul il-mijiet ta’ snin, indukraw bħal ragħajja twajba l-merħla li ġiet fdata lilhom. Huma dawn
ilkoll kapitli li jinsġu fil-profond l-ħajja ta’ raħalna. Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija twiegħed is-sapport u l-għajnuna kollha
lil Arcipriet il-ġdid tagħna! Nawgurawlek Dun Gwann u nwegħduk it-talb, ħidma u kooperazzjoni sħiħa tagħna! Il-missjoni ta’

Arcipriet ma’ hix waħda ħafifa, u għaldaqstant ilkoll għadna naħdmu id f’id u noffru s-sapport meħtieg (speċjalment f’dan iż-
żmien ta’ tranżizzjoni) biex inkomplu nkabbru isem raħalna ad unur Ommna l-Assunta!

…U GRAZZI LIL KAN. REUBEN MICALLEF!
Iġġib magħha ukoll, din it-tħabbira, t-tmiem tal-Arċipretura tal-Kan. Reuben Micallef, li tul dawn it-tnax il-sena ta’ ħidma tiegħu, ilkoll ħadna mingħandu turija ta’ tjieba nisranija li sawbet il-ġid fuq il-parroċċa. Kienu snin ta’ ħidma kbira u sinċiera b’risq ir-
raħal tagħna u ta’ dan aħna lkoll għadna nkunu grati. Konvinti li Dun Reuben ta’ saħħtu u dak kollhu li seta’ biex bħala parroċċa stajna nimxu l-quddiem…u ta’ dan aħna ilkoll fi ħdan il-banda tagħna xhud! Grazzi kbira wkoll tal-kooperazzjoni sħiħa u sapport
kontinwu (mingħajr ebda kundizzjonijiet) lil Banda tagħna f’kull jum matul dawn is-snin kollha, b’mod speċjali infakkru fiż-żmien
meta u biex tlesta, w eventwalment ġie inawgurat il-Każin tagħna! Imxejna dejjem id f’id u ta’ dan aħna ferm grati! Grazzi Kan.
Reuben Micallef. Nitolbu għalih u nawgurawlu fil-ħidma kemm saċerdotali u anke personali tiegħu! Ċerti li Ommna l-Assunta li
hu tant iħobb tkompli tgħinu f’ħidmitu!

L-GĦAŻŻIELA…JISIMINI MARIJA – NHAR IL-ĦADD 9 TA’ SETTEMBRU

Bil-għajnuna tal-Kunsill Malti ghall-Arti u l-fond Komunitajiet Kreattivi, bħala parti mill-proġett ‘L-Għażżiela…Jismini Marija’, s-
Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija nediet diversi inizjattivi bil-għan li jinxtered aktar għarfien dwar il-Festa tal-Madonna tal-
Għażżiela ġewwa r-raħal taż-Żebbuġ, Għawdex. Dan il-proġett jinkludi publikazzjoni qasira dwar l-oriġini u kif evolviet il-festa tal-
Għażżiela sal-lum, servizz awdjoviżwali dwar l-istess storja kif wkoll [permezz tal-istess skema ta’ fondi], l-Quddiesa Solenni ta’ nhar il-Ħadd fil-4:30pm ser tkun wkoll animata bis-sehem tal-bandisti żgħażagħ tagħna flimkien ma’ element ta’ orkesta bl-arranġament
u direzzjoni tal-Asst. Surmast Franco Cefai. l-investiment li sar permezz ta’ dan il-proġett huwa wieħed li jintiret minn ġenerazzjoni
għal oħra, fejn filwaqt li nxerrdu informazzjoni dwar din il-festa, fl-istess ħin, l-istess inizjattivi u fondi ser iservu bħala preservazzjoni
ta’ informazzjoni u materjal edukattiv għal uliedna. Il-Kumitat Eżekuttiv ser ikompli jaħdem biex jinkisbu aktar fondi simili bil-għan
li nieħdu ħsieb inżommu ħajjin drawwiet ta’ raħalna. Infakkru wkoll li bħala banda ser ngħalqu l-istaġun tal-festi għal din is-sena
billi ser inkunu qed nakkumpanjaw lil-Madonna tal-Għażżiel b’marċi proċessjonali. Nibdew minn Pjazza l-Assunta fil-5:15p.m.

INKOMPLU BIT-TAGĦLIM…IL-BANDA TAGĦNA SKOLA MUŻIKALI
Infakkru lil dawk l-istudenti tat-teorija tal-mużika li l-lezzjonijiet tagħhom ser jissoktaw mal-Assistent Surmast u għalliem tal-Aljievi
Franco Cefai. L-istudenti bl-istrumenti mitluba jkomplu jattendu b’mod regolari wkoll mas-Surmast Joseph Grech. Nistiednu lilkom
studenti u kbar li intom interessati tibdew titgħallmu l-mużika biex tagħmlu l-ewwel pass u tavviċinawna.

PROĠETTI LI TLESTEW…ĦARSITNA FUQ LI JMISS!

Din il-festa reġgħet kienet waħda ferm partikolari fejn komplejna lestejna diversi proġetti, fosthom il-ħabbati tal-bieb prinċipali tal-
Każin [Grazzi lil Matilda Vella li kkummissjonat dan il-proġett], it-taraġ li jwassal għas-sala, it-tkomplija tal-faldrappi fil-faċċata tal-
istess każin u t-tlestija ta’ sett purtieri mill-isbaħ fis-sala tal-Każin [Grazzi lil ħajjata kollha]. Ħarsitna issa ddur lejn il-futur fejn diġa bdejna naħdmu fuq proġetti ġodda fosthom ix-xogħol fuq iz-zokklatura u l-kument tat-taraġ u ssa wkoll il-foyer qabel tidħol fis-
sala; ħadid tat-taraġ prinċipali [proġett li ser isir wkoll b’stil artiġjanali] kif wkoll installazzjoni ta’ opra artistika [fuq disinn tas-sur Leli Cini] magħmula minn stained glass ġewwa l-każin tagħna. Kif tistgħu timmaġinaw, għalkemm deħlin f’perjodu fejn għalina il-
membri fi ħdan is-Soċjeta’ suppost jkun wieħed kemmxejn kajman wara l-ħidma bandistika intensiva li jkollna marbuta mal-istaġun tal-festi u b’mod partikolari il-festa tagħna; minn naħa l-oħra r-ritmu u x-xogħol fuq in-numru ta’ proġetti li għaddejjin ma’
jippermettix li nieqfu nistrieħu, anzi ser jintensifika fil-jiem li ġejjin biex nilħqu id-dati stabiliti sakemm iridu jitlestew il-proġetti. www.bandasantamarija.com

 

GRAZZI LILKOM VOLUNTIERA, BENEFATTURI U SOSTENITURI…!
Hija abitudni tagħna li fl-ewwel ittra ta’ wara l-festa, s-Socjeta’ tirringrazzja lil dawk kollha li kienu t’għajnuna matul l-aħħar xhur.
Niskużaw ruħna bil-quddiem jekk bi żvista insejna lil xi ħadd. Naprezzaw jekk tiġbdulna l-attenzjoni. Napprezzaw l-fatt li ħafna nies
u familji jiddedikaw ħafna ħin għall-banda. GRAZZI LKOLL! Sadanittant, grazzi partikolari tmur lil:
• Protagonisti ewlenin, jigifieri lill-bandisti kif wkoll lis-Surmast u Asst. Surmast li grazzi għall-impenn kontinwu u dedikazzjoni
tagħhom irnexxielna noffru servizzi li jagħmlu ġieħ lill-banda tagħna. l-attendenza tagħkom waqt l-attivitajiet u b’mod partikolari
waqt il-kunċert ‘Assumptafest’ ta’ nhar il-Erbgħa 8 t’Awwissu 2018 tqawwilna qalbna biex inkomplu bil-ħidma mużikali tagħna.
• Membri kollha tal-Kumitat Ezekuttiv tal-ħidma u koordinament matul il-festa kollha u għal-ħinijiet twal. Kellna sfida doppja
peress li waqt il-festa bqajna għaddejjin wkoll b’diversi proġetti. Għalhekk grazzi kbira u mistħoqqa lil kollegi President Dr.
Anthony Dimech, Rupert Zammit, Michael Cini, Diane Calleja, Analise Cini, Judith Zammit, Vic-Martin Calleja, Marlene Cini u
Salvina Zammit flimkien mad-Dir. Spiritwali tagħna Dun Noel Saliba.
• Sezzjoni Nisa tal-għajnuna kollha speċjalment fl-organizzazzjoni ta’ diversi attivitajiet biex b’hekk inkunu nistgħu nkomplu
nsostnu t-tagħlim tal-mużika. Nappella lilkom kollha biex tkomplu tipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ fund raising.
• Insellmu wkoll lill-membri kollha fis-Sezzjoni taż-Żgħażagħ tagħna għal ħafna xogħol u sagrifiċċju marbut mat-tisbiħ tal-każin u
l-briju fil-festa tagħna. Napprezzaw ħafna l-fatt li dawn iż-żgħażagħ minflok iddevertew biss, ħadmu bla heda flimkien għal
siegħat u iljieli twal minn ġewwa l-każin biex ikun kollox preparat. Prosit wkoll għar-rekord nazzjonali miksub għal itwal fistun
tad-dawl. Ta’ min insemmu li dan il-proġett twettaq fuq inizjattiva personali ta’ diversi żgħażagħ u individwi.
• Arċipriet [l-Kan. Dun Reuben Micallef] tal-għajnuna kbira li sibna fil-jiem tal-festa. Matul il-festa esperjenzajna katina ta’
volontarjat u għalhekk ma jonqosx ringrazzjament speċjali lill-għaqdiet kollha tal-paroċċa tal-kooperazzjoni.

• Sindku Nicky Saliba, Vici Sindku Daniel Cordina u Kunsilliera Carmelo Saliba, Sandra Grech u Christian Cassar flimkien mal-
ħaddiema kollha tal-Kunsill Lokali tal-għajnuna fid-diversi attivitajiet.

• Dawk kollha li għaddewlna xi donazzjonijiet fil-ġranet tal-festa u fix-xhur li għaddew, fosthom donazzjoni ferm ġeneruża ta’

€500 u oħra ta’ €300 [b’risq il-marċ ta’ filgħodu] u lil dawk kollha li kkontribwew u għenuna fil-ġabra tal-Kunċert Annwali. Is-
somma totali kienet ta’ €391. Grazzi wkoll lil diversi ushers tal-għajnuna waqt il-kunċert Assumptafest u lill-compere’ Diane

Calleja. Grazzi wkoll lill-Kunsill Lokali u lill-Ministeru għalGħawdex. Grazzi lil Paul Saliba għax-xogħol marbut mar-rikonoxximenti

• Sadanittant, nifirħu lis-sur Joseph Cini Curmi li ġie ppremmjat bl-unur ta’ ‘Gieħ il-Banda 2018’ u lil Francesco Curmi li ingħata l-
premju ‘Bandist tas-Sena’ waqt l-istess Kunċert. Grazzi lis-Sur Cini Curmi li rregala lil Każin disinn ta’ Statwa ġdida.

• Lil diversi individwi, ditti u ħwienet li għoġobhom jagħtu oġġetti, vouchers u rigali oħrajn biex setghu jintużaw waqt numru
t’attivitajiet fosthom Santa Marija Snack Bar, Francesco’s Pizza, Zebbug Rovers Club u The View Restaurant. Grazzi lil Santa
Marija Snack Bar u Francesco’s Pizza, tal-ikel li offrew gratis waqt il-bibita li kellna wara l-kunċert.

• lil Michael Cini u l-familja tiegħu għal-organizzazzjoni u t-tisjir kollu marbut mal-BBQ li jsir l-għada tal-festa għall-bandisti u l-
helpers. Lil Daniel Cordina li aktar kmieni dis-sena kkummissjona majjal marbut m’attivita organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ.

• Godwin u Matthew Ċini flimkien mas-Sinjura Jaqueline Vella għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-esekuzzjoni tal-Innu l-Kbir. Grazzi
wkoll lil Korijiet Regina Angelorum u Kor Santa Marija [u d-diriġenti tiegħu] għas-sehem u kooperazzjoni.

• Lil Micheal Cini tal-muntaġġ tal-Feature li sar mis-Sezzjoni Żgħażagħ fejn matulu ġie inawgurat Pavuljun ġdid tad-drapp mill-
Għaqda tal-Armar. Grazzi lil Rupert Zammit u Nicholas Cassar għar-ritratti u video clips. Grazzi wkoll lil Santa Marija Snack Bar

li bl-għajnuna ta’ diversi sponsors ħadu ħsieb jikkordinaw u flimkien mas-Sezzjoni Żgħażagħ kkummissjonaw l-ispettaklu li
inkluda it-3D Mapping fuq il-faċċata tal-każin waqt il-marċ tad-dimostrazzjoni. Prosit lil Carmelo Saliba li ħa ħsieb kiteb l-iscript
gratis. Grazzi lil dawk kollha benefatturi li offrew donazzjoni għal dan ir-rigward fosthom €100 minn Sandra Grech.

• Dawk kollha li bħal kull sena kontu ġenerużi u tajtu l-kontribuzzjoni tagħkom għall-marċ ta’ filgħodu kif wkoll lil dawk li ħaslu l-
kappella tal-każin u attrezzawha għat-translazzjoni lejliet il-festa. Grazzi wkoll lil Lorraine Curmi tal-għajnuna u tindif gratis waqt

li kien għaddej x-xogħol biex jitpoġġa t-taraġ tal-Każin. Grazzi wkoll lil Nicky Saliba li għamel l-arranġamenti meħtieġa għal
servizz fuq TVM dwar il-proġett u r-rekord nazzjonali tal-itwal festun tad-dawl tal-arblu.
• dawk ditti u ħwienet li għoġobhom jirrekklamaw fuq il-ktieb tal-Festa. Grazzi lil Rupert Zammit u Analise Cini tal-koordinament

• U grazzi lil diversi voluntiera li bħalissa komplew għaddejjin b’diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-każin, fosthom il-bibien tal-
faċċata u xogħolijiet oħra fil-kċina tas-Sala. Ilkoll għadna naprezzaw ix-xogħol ta’ dawn in-nies li qegħdin iqattgħu sigħat twal ta’ xogħol fis-skiet! Niskużaw ruħna ma’ dawk li qed jużaw is-sala għal kull inkonvenjent sakemm jitlestew x-xogħolijiet.

U NIFIRĦU MA’…
Sadanittant, is-Soċjeta’ Filarmonika’ Santa Marija tifraħ u tawgura lil Fabio Cini [li huwa wkoll bandist ferm attiv mall-Banda tagħna]
li ser ikun qed jibda s-sena Propadewtika fis-Seminarju Maġġuri wara li kien ressaq it-talba tiegħu biex jibda l-kors ta’ formazzjoni
għas-Saċerdozju. Nifirħu u nagħmlu kuraġġ lil Fabio u nwegħduh it-talb u s-sapport kollhu tagħna!

ĦSIEB MID-DIRETTUR SPIRITWALI…messaġġ għal ħajjitna!!

Kull ittra mportanti, għax kieku m’għandna l-ebda kelma…Kull kelma mportanti, għax kieku m’għandna l-ebda ktieb
Kull qatra mportanti, għax kieku m’għandna l-ebda Oċean…Kull traba mportanti, għax kieku m’għandniex id-Dinja li ngħixu fiha
Kull bniedem importanti, għax kieku m’għandniex is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija, u anqas il-Parroċċa.

Tislijiet
Marnol Sultana
Segretarju

Leave a comment