Ittra Kumitat Eżekuttiv – Settembru 2021

TGĦID GĦAD NIĠU GĦAN-NORMAL?

Din hija mistoqsijia li ħafna qed insaqsu. Bħala Soċjeta qed nippruvaw ngħamlu li nistgħu, ovvjament
dejjem b’rispett sħiħ lejn l-istruzzjonijiet li joħorgu minn żmien għal-żmien. Għaldaqstant, f’din l-ittra
ser naġġornawkom dwar x’inhu għaddej bħalissa u l-pjanijiet tagħna għax-xhur li ġejjin, ħidma li tvarja
bejn attivtijiet soċjali, mużikali u proġetti. Hija abitudni tagħna li fl-ewwel ittra ta’ wara l-festa, s-
Soċjeta’ tirringrazzja wkoll lil dawk kollha li kienu t’għajnuna matul l-aħħar xhur.


IT-TLIETA 28 TA’ SETTEMBRU 2021: COFFEE MORNING B’RISQ IT-TAGĦLIM TAL-MUŻIKA
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tixtieq tavża li nhar it-Tlieta 28 ta’ Settembru 2021 fid-9:00a.m.
ser jigi organizzat Coffee Morning fil-Każin. Kien għilna ftit ma niltaqgħu! Għalhekk inħeggukom
tattendu għax filwaqt li nqattgħu ftit ħin ta’ divertiment flimkien, intom tkunu ta’ għajnuna biex inkomplu
bil-ħidma tagħna ddedikata lit-tagħlim u s-servizzi tal-mużika lir-raħal tagħna. Narawkom u grazzi lil
dawk kollha, speċjalment membri tas-Sezzjoni Nisa li jgħinu biex jiġu organizzati dawn l-attivitajiet.
Grazzi wkoll lil dawk li jagħtuna rigali, vouchers u oġġetti biex jintużaw bħala spot prizes!  Dawk li ser
jattendu mitluba jġibu magħhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin.


TAGĦLIM B’DIFFERENZA…AKTAR OPPORTUNITAJIET! LEZZJONIJIET MINN OTTUBRU
11 il-student u studenta temmew b’suċċess il-kors MUSIC SUMMER CLUB, fejn l-istudenti ġew
introdotti b’tagħlim elementari u interattiv marbut mal-mużika, liema sessjonijet anke huma l-bażi biex
issa l-istudenti ikomplu t-tagħlim tat-teorija. Grazzi lil dawk kollha li pparteċipaw, b’mod partikolari lil
ġenituri tagħhom u lil Franco Cefai li fassal u mmexxa dawn is-sessjonijiet.  Dawn is-sessjonijiet kienu
wkoll parti mill-proġett ‘Żogħżija Mużikali’ mħabbar akter kmieni bil-għajnuna ta’ Aġenzija Żgħażagħ.
Issa l-pass li jmiss huwa biex dawk li huma interessati jitgħallmu strument [anke għal dawk li ma
setgħux jattendu s-summer club] jimxu fl-istadju tat-tagħlim tat-teorija. Għalhekk navżaw lil-ġenituri li
għandhom lil uliedhom ta’ eta’ minn 7 snin ‘il fuq, li bħalissa qed nilqgħu l-applikazzjonijiet ta’ dawk li
jixtiequ jibdew jitgħallmu l-mużika.  Dawk interessati mitluba javviċinaw lil xi membru tal-Kumitat
Eżekuttiv jew lil Franco Cefai fuq 79306538 biex tirreġistraw lil uliedkom.


PROGRAMM TA’ MUŻIKA SAGRA MILL-BANDA SANTA MARIJA
Bħala parti mill-proġett MUSIC IN SEQUENCE, fejn bdejna bil-programm tal-Festa Assumptafesta,
issa jmiss lil Banda tagħna flimkien mall-Kunsill Malti għal Arti kif wkoll b’kollaborazzjoni mall-Parroċċa
tagħna ser jippreżentaw Kunċert ta’ Mużika Sagra fil-jiem tal-Festa ta’ San Fortunatu fil-Knisja
Parrokkjali [Data u Ħin jitħabbru aktar il-quddiem]. Minbarra s-sehem tal-banda u l-bandisti tagħna,
dan il-kunċert ser jitella’ bis-sehem ta’ solisti li ser ikunu pprovduti mill-Kunsill Malti għal-Arti bħala
parti minn progett li l-istess Kunsill joffri lil artisti fix-xena lokali bħala parti mill-inizjattiva RESTART.
Din fiha nnifisha fiha sfida iżda li bħal kull ħaġa oħra lesti li naħtfu kull opportunita. Din hija okkażżjoni
mhux ta’ min jitlifha u fl-istess ħin, hija biss l-attendenza tagħkom li tagħti garanzija biex inkunu
nistgħu niġbdu lejn raħalna attivitajiet u għajnuniet finanzjarji simili.


…AĦBARIJIET ĠODDA DWAR APPLIKAZZJONIJIET TA’ FONDI u PROĠETTI ĠODDA
Hekk kif imħabbar waqt il-programm mużikali AssumptaFest 2021, bi pjaċir ninfurmawkom lis-Soċjeta’
Filarmonika Santa Marija kkwalifikat minn skema oħra ta’ €4,970 intiża għall-Għaqdiet Non-
Governattivi Għawdxin. Ħarsitna ssa ddur fuq it-twettiq ta’ dan il-proġett li jinkludi fost l-oħrajn l-
installazzjoni ta’ Fire Detection System madwar il-Każin. Dan ix-xogħol ser isir wara li kien
kkummissjonat Audit u Risk Assessment bil-għan li nipproteġi lil-każin u lil min ikun ġo fih f’kas ta’ xi
inċident. Dan il-pass qed nagħmluh anke biex inkunu konformi ma’ dak li tesiġi l-liġi tas-saħħa u
sigurta fir-rigward ta’ binjiet pubbliċi.


Ikollna nistqarru li bħalissa x-xogħol amministrattiv [li qajla jidher] huwa wieħed kbir, hekk kif bħalissa
bħala Soċjeta’ għaddejjin bl-immaniġjar ta’ xejn inqas minn 7 skemi ta’ fondi fl-istess żmien, skemi li
lkoll jkopri diversi xogħolijiet u inizjattivi u li komplessivament dan l-investiment ilaħħaq aktar minn
€60,000. Dawn ix-xogħolijiet ikopru fost l-oħrajn il-proġett tas-sala, restawr u xiri ta’ strumenti, tagħlim
tal-mużika, xiri ta’ materjal għall-bibien interni kif wkoll l-organizzazzjoni ta’ programmi mużikali, kemm
dak li kellna fil-festa u oħrajn ippjanati għall-ġimgħat u xhur li ġejjin. Nssigurawkom li fejn possibli qed
naraw li jkollna tfaddil biex liema fondi jikkumpensaw għal-ispejjeż marbuta mar-regolarizzazzjoni tal-
pjanti tal-każin, fejn mis-somma ta’ €14,950.00 fadal biss jitħallsu €4,150.00! Il-pjan huwa li sas-sena
2022 inkunu wkoll koprejna u ħallasna dawn l-ispejjeż mingħajr ma kellna bżonn isir ebda ġbir
għalihom.


Fl-istess ħin ma tlifnix ħin u fl-aħħar jiem ssottommetejna aktar applikazzjonijiet, fejn f’waħda
partikolari diġa wkoll għadna aħbarijiet ferm pożittivi. Jekk kollox jirnexxi, il-ħsieb huwa li jiġu
rinnovati fost l-oħrajn il-fire escapes ewlenin biex b’hekk inkunu lestejna mix-xogħol strutturali u l-
irħamar ta’ kull parti tal-każin sal-aħħar tas-sena 2022. Nixtiequ ntennu r-ringrazzjament tagħna lil
dawk kollha li qed jaħdmu fuq dawn ix-xogħolijiet. Il-fondi fil-maġġoranza tagħhom qed jintużaw biex
jinxtara il-materjal, bix-xogħolijiet jsiru b’mod volontarju jew b’rati ferm baxxi. Grazzi lil dawk kollha li qed jgħinu. Anke f’dak li hu mmaniġjar ta’ fondi, ix-xogħol amministrattiv qed isir mill-membri tal-
kumitat biex b’hekk anke jiġu ffrankati spejjeż kbar minn dan il-lat.


GRAZZI LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA…NAĦSBU GĦALL-FESTA LI JMISS MIN ISSA!
Grazzi lis-Sezzjoni Żgħażagħ li matul il-jiem tal-festa ħadu ħsieb u kkordinaw xogħol ta’ ħjata fuq il-
faldrappi li jżejnu l-faċċata tal-każin fil-jiem tal-festi. Grazzi speċjali lil Ċetta Saliba tal-għajnuna fil-
ħjata ta’ dawn il-faldrappi. Grazzi wkoll lil Consiglia Cini ta diversi ħjata fil-bandiera tal-każin.
Sadanitant, qed issir sejħa wkoll biex min jixtieq jidħol membru f’din is-sezzjoni, huwa mħeġġeġ
jikkuntatja lil Graziella Cini jew lil xi membru tal-kumitat. It-tiġdid huwa mportanti ferm u għaldaqstant
issa huwa ċ-ċans biex żgħażagħ ġodda jingħaqdu f’din is-sezzjoni u jkunu jistgħu jibdew il-
preparamenti għall-festa li jmiss.


GRAZZI LILKOM VOLUNTIERA, BENEFATTURI U SOSTENITURI…! GRAZZI tmur lil:


 Bandisti tagħna mmexxija mis-Surmast Direttur Mro. Dr. Joseph Grech. Grazzi lil asst. Surmast,
kantanti, solisti, kor, helpers, ushers, compere, membri fi ħdan il-kumitat eżekuttiv, is-sezzjonijiet
tan-Nisa u taż-żgħażagħ li kienu ta’ għajnuna mhux biss matul dawn il-festi, mma ħidmithom tiżboq
matul is-sena kollha. Grazzi specjali tmur lejn l-Arċipriet tas-sapport kontinwu, lil Kunsill Lokali,
Malta Arts Council kif wkoll lid-Direttorat għal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal-Għawdex li
b’kollaborazzjoni magħhom itella’ dan il-programm. Grazzi lil Għaqda Armar u lil diversi voluntiera
li għenu fl-armar biex żejnu wkoll iż-żona fejn ittella dan il-programm. Grazzi wkoll lil Għaqda
Każini tal-Banda, lil Transport Malta, MTA, Pulizija u Awtorita tas-Saħħa.


 Grazzi lilkom numerużi li attendejtu għal dan il-Programm. Konxji li kien hemm min xtaq jattendi
mma minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti kif wkoll minħabba r-rekweżiti mitluba mill-awtoritajiet tas-
saħħa ma’ setax jattendi (inkluż bandisti u membri tagħna). Apprezzajna mmens s-sens ta’
kooperazzjoni f’dan ir-rigward u li tifmhu li bħala organizzaturi konna obbligati nadirixxu strettament
mal-linji gwida, inkluż il-limitu ta’ kemm setgħu jattendu nies, li tinżamm distanza fis-seating u wkoll
tingħalaq iż-żona bil-barrikati. Grazzi wkoll lil dawk li segwewna permezz tal-live streaming.
Ninfurmawkom li wieħed jista jerġa jara dan il-programm fuq din il-paġna tagħna ta’ Face Book.


 Nifirhu wkoll lil bandisti il-ġodda Kylie Sultana u Nathan Grech għall-vestizzjoni tagħhom waqt li-
istess programm kif wkoll lil Josianne Cauchi għal premju ‘Bandista tas-Sena’. Prosit wkoll lil
Michael Agius, Michael Fiteni u Anthony Fiteni għal-Premju ‘Ġieh il-Banda 2021’.


 Dawk kollha li għaddewlna xi donazzjonijiet fil-ġranet tal-festa u fix-xhur li għaddew, fosthom
donazzjoni ferm ġeneruża ta’ €500 u tnejn oħra ta’ €120. Grazzi lil dawk kollha li kkontribwew u
għenuna fil-ġabra tal-Kunċert Annwali, bis-somma miġbura kienet dik ta’ €425. Grazzi wkoll lil
Santa Marija Snack Bar kif ukoll lill-numru ta’ voluntiera li waqt ikla li saret fil-jiem tal-festa inġabret
is-somma sabiħa ta’ €850.00 b’risq il-proġetti tal-każin.


 Grazzi kbira lil ġirien kollha ta’ madwar il-każin tas-sapport u għajnuna b’mod speċjali matul il-jiem
tal-festa, fejn l-attivita’ tkun kbira u għaldaqstant nifhmu li jista’ nkunu t’inkonvenjent f’xi ħinijiet.


 Godwin u Matthew Ċini flimkien mas-Sinjura Jacqueline Vella għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-
esekuzzjoni tal-Innu l-Kbir. Grazzi wkoll lil Korijiet Regina Angelorum u Kor Santa Marija [u d-
diriġenti tiegħu] għas-sehem u kooperazzjoni.


 dawk ditti u ħwienet li għoġobhom jirrekklamaw fuq il-ktieb tal-Festa. Grazzi lil Rupert Zammit,
Diane Calleja u Analise Cini tal-koordinament. Il-Kumitat Eżekuttiv jgħaddi lill-parroċċa l-ispejjeż
kollha tal-paġni tar-reklami.


Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tirringrazzja lil Fr. Geoffrey George Attard għal għajnuna
tiegħu matul it-13-il sena ta servizz ġewwa l-Parrocca tagħna. Sadanittant, nilqgħu fostna lil
Fr. Krystof Buttigieg mill-parroċċa tal-Qala li f’dawn il-jiem beda s-servizz pastorali fir-raħal
tagħna.


Niskużaw ruħna bil-quddiem jekk insejna lil xi ħadd. Tiddejqu xejn tiġbdulna l-attenzjoni. Napprezzaw
l-fatt li ħafna nies jiddedikaw ħafna ħin għall-banda tagħna u permezz ta din l-ittra nieħdu l-okkazzjoni
sabiex nirringrazzjaw lil familji kollha tagħhom.


ĦSIEB MID-DIRETTUR SPIRITWALI…messaġġ għal ħajjitna!!
Biex tgħin ruħek fiċ-ċaqlieq,
li tħobb ’l Alla hi l-isbaħ triq!
U biex tirbaħ it-tbatija
Itlob dejjem lil Marija!

Tislijiet
Marnol Sultana

Segretarju