Avviżi

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Settembru 2019

TIŻWIEQA T’EMOZZJONIJIET… GRAZZI LIL KULĦADD! Hekk kif nhar il-Ħadd li għadda ċċelebrajna l-Festa tal-Madonna tal-Għażżiela, permezz ta’ dan is-servizz b’marċi proċessjonali għalaqna dan is-sajf bandistiku. Għaldaqstant, jixraq nibdew b’ringrazzjament lil bandisti tagħna għas- sehem tagħhom matul dan is-sajf fejn kellna xejn anqas minn disa’ servizzi barra mir-raħal kif wkoll is-sehem sħiħ fil- festa tagħna. Il-Banda.. Aqra Aktar

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Awwissu 2019

ASSUMPTAFEST!   L-Erbgħa 21 t’Awwissu 2019… Il-Kunċert Annwali tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija! Il-Banda Santa Marija, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Grech, ser tippreżenta l-kunċert mużikali “ASSUMPTAFEST”, nhar il-Erbgħa 21 ta’ Awwissu fi Triq il-Knisja [ħdejn il-każin], ż-Żebbuġ Għawdex fid-8.45pm. Dan il-Kunċert qed jiġi organizzat flimkien u b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żebbug u bil-għajnuna tal-Ministeru għal.. Aqra Aktar

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Marzu 2019

Ħidma KONTINWA… F’din l-ewwel ittra wara l-Laqgħa Ġenerali nixtieq nibda b’ringrazzjament lil sħabi membri tal-kumitat, sezzjonijiet, bandisti u għexieren ta voluntiera li matul is-sena ixxamru l-kmiem u jagħtu xogħol volontarju fi ħdan is-Soċjeta’ tagħna. Kif dejjem u nibqgħu ntennu, huwa permezz tal-isforz kollettiv li naslu f’dak li nkunu ppjanajna. S-Socjeta’ qegħda hemm għal qadi ta’.. Aqra Aktar

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Jannar 2019

Nipproponu, Nfasslu… Nwettqu Bħal kull sena, fl-ewwel ġimgħat tas-sena, s-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tidħol fi żmien ta’ tranżizzjoni, għaliex f’dawk li jidhru bħala sempliċi rutini demokratiċi fil-ħajja annwali tas-Soċjetà, dawn jagħtu rinovament lill-mekkaniżmi li bihom hija taħdem u tħaddem il-proġetti tagħha matul is-sena. Għaldaqstant hawn għandkom ssibu d-dettalji meħtieġa: Laqgħa Ġenerali 2018…Nhar is-Sibt 16 ta’.. Aqra Aktar

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Diċembru 2018

F’għar issibu tarbija mimduda f’maxtura… Kristu il-Mulej huwa l-Kelma t’Alla li bis-saħħa tiegħu kollox ġie magħmul. Din il-kelma saret ġisem sabiex ġejna mifdijin u huwa għammar fostna! Dan hu kliem il-qaddis Santu Wistin dwar it-tifsira tal-Milied, żmien li bħala nsara, il-jiem li ġejjin huma wkoll speċjali għaliex ser inkunu qed nippreparaw għall-jum li fih twieled.. Aqra Aktar

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Novembru 2018

Qawsalla ta’ mpenji… Bdejna l-ewwel jiem ta’ Novembru, xahar li għalina l-poplu taż-Żebbuġ, dak ta’ din is-sena, ser ikun wieħed ferm partikolari hekk kif ser inkunu qed niċċelebraw diversi festi b’impenn sħiħ mill-banda tagħna. Ewlieni ser ikun il-pussess tal-Arcipriet ġdid tagħna Dun Gwann Sultana nhar il-Ħadd 11 ta’ Novembru, fejn il-Banda Santa Marija ser tkun.. Aqra Aktar

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Settembru 2018

Grazzi ta’ dak li Wettaqna…Flimkien għal aktar Ħidma! Bħalissa bħala kommunita’ qed ngħixu żmien partikolari, hekk kif l-aħbar tal-ħatra ta’ Arċipriet ġdid fil-Parroċċa tagħna tiżboq kull ħaġa oħra. Għalhekk, hekk kif inhu xieraq b’tislima speċjali nagħtu… MERĦBA LIL ARĊIPRIET DUN ĠWANN SULTANA… Tifraħ is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija bl-aħbar tal-ħatra tal-Kan. Dun Ġwann Sultana, bħala l-Arċipriet.. Aqra Aktar

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Awwissu 2018

ASSUMPTAFEST! Il-ftuħ tal-festi esterni…ad unur Ommna l-Assunta l-Erbgħa 8 t’Awwissu 2018… Il-Kunċert Annwali tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija! Il-Banda Santa Marija, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Grech, ser tippreżenta l-kunċert mużikali “ASSUMPTAFEST”, nhar il-Erbgħa 8 ta’ Awwissu fi Triq il-Knisja [ħdejn il-każin], ż-Żebbuġ Għawdex fit-8.30pm. Dan il-Kunċert qed jiġi organizzat flimkien u b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żebbug u.. Aqra Aktar

Ittra Kumitat Eżekuttiv – Lulju 2018

Melodija Waħda…ilkoll flimkien! Bdejna l-ewwel ġimgħa ta’ Lulju, xahar fejn matulu tibda l-aħħar parti mill-mixja li twassalna lejn il-festa tagħna. Iż-żmien qiegħed igerbeb u għalina lkoll membri fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija deħlin fil-perjodu l-aktar impenjattiv tas- sajf. Dan minħabba d-diversi mpenji li jġib miegħu l-istaġun tal-festi. Sadanittant, xorta waħda ser inkomplu għaddejjin b’numru.. Aqra Aktar

Ittra Speċjali – VolStory.org

Ittra Speċjali – VolStory.org

Għeżież, Għaddiet sena minn meta wara s-suċċess tal-proġett ARTruistic360 [proġett tas-Sala], infurmajna lilkom sostenituri tagħna bl-akkwist ta’ aktar fondi permezz tal-proġett VOLstory.org; fondi li kienu ser ikomplu jibnu fuq dak li bdejna, iġifieri li nkomplu nattrezzaw il-każin tagħna skond il-prioritajiet meħtieġa fosthom li nibdlu l-basement tal-każin f’post adegwat għat-tagħlim u volontarjat, Bi pjaċir ninfurmawkom li.. Aqra Aktar