Iltaqa ma’ martu Antonia meta kien ghad kellha biss 14-il sena u kellhom 4 ulied wiehed fosthom sacerdot. Kellu s-sengha ta’ bajjad, xoghol ta’ deffien u kien perfezzjonist f’dak kollu li jmissu jdejh. Medd ghonqu b’;imhabba f’hafna opri kbar fiz-Zebbug u hadem mill-qrib ma tliet arciprieti wara xulxin. Kien jinzel nhar ta’ Hadd fis-Saghtrija ifittex l-alabastru u rnexxielu jsib l-irham Onyx. Dan kien Censu Saliba tal-Bdott.
Ftit xhur biss wara l-mewt tieghu, martu Antonia sabet il-hin u fis-salott tad-dar taghha tkellmet ma’ George Cefai, President tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija.
Antonia, kif iltqajtu int u Censu?
Niftakar kienet id-Dimostrazzjoni ta’ Santa Marija taghna ta’ l-1961. Il-marc kien jibda minn hdejn il-hanut li kellna fil-pjazza tal-Qalb ta’ Gesu`. Censu dak inhar kien fuq iz-zuntier sejjer bl-istrippi tal-bradella tal-Madonna lejn fejn jibda l-marc. Jien qbadt miexja mieghu nitkellmu flimkien. Kelli biss 14-il sena dakinhar. Imbaghad wara l-festa bqajna naraw kultant lil xulxin. Billi kellna ukoll l-hanut tax-xorb konna niltaqghu xi ftit bis-serqa meta kien jigi bl-iskuza ghal xi pinta u hekk issokktajna sakemm ghalaqt is-17-il sena u nofs. Izzewwigna nhar id-9 ta’ Awissu ta’l-1964. Ix-xhud tieghi kien habib tal-familja certu Joseph Agius minn Haz-Zebbug, filwaqt li ghal Censu kien huh, Toni Saliba. Wara 10 xhur kellna l-ewwel tifla Angelina u sena u nofs wara tweldilna Noel (l-Arcipriet). Hames snin wara kellna lil Joe u sentejn u disa’ xhur wara twieldet l-ahhar tarbija taghna Fabienne.
X’tip ta’ xoghol kien jaghmel Censu?
Censu kien self employed, bajjad u kien ihaddem in-nies mieghu li illum jghixu l-Awstralja bhal Baskal Cini ta’ Karmnu ta’ Cellu u Baskal Saliba tat-Taljan. Kellu ukoll lil Toni Camilleri tal-Gorbos u Fortun Farrugia tal-Qans. Hafna mill-imghallmin f’dan ix-xoghol li kellna z-Zebbug nistghu nghidu li hargu minn taht idejn Censu bhal Leli Cini, tax-Xixa (Alla jahfirlu), Karmnu Cefai ta’ Gakki u Karmnu Cini, tac-Cin.
Censu kien imdahhal dejjem f’xoghol ewlieni li kien isir fil-parrocca. Ghaliex?
Censu kien ihobbha hafna lill-knisja u l-arciprieti ta’ zmienu Dun Frangisk Mercieca u Dun Alwig Vella, kellhom fiducja kbira f’xoghlu. Fil-fatt l-Arcipriet Dun Alwig Vella kien ihalli kollox f’idejh u ghalhekk kont issibu dejjem fuq quddiem.
Liema kienu l-ewwel progetti tal-knisja li hadem fihom?
Fl-ewwel zminijiet taghna flimkien kien jahdem ma’ l-Arcipriet Mercieca, z-ziju ta’ l-Arcipriet Vella li kien ikun dejjem hemm fil-knisja. Fl-1961 meta konna gharajjes, kienu qed jarmaw ghall-festa u giethom l-ideja biex jghamlu Santa Marija ta’ barra u pedestal ghaliha. Bdew jigbru l-flus ghall pedestal ghax l-istatwa kien hallasha Wigi Cini tac-Ce. Imbaghad Censu beda jaghmel lotteriji f’ritratti ta’ Santa Marija mill-kbar u jigbor ukoll xi donazzjonijiet. Kien hemm grupp ta’ nies li kienu jhobbu jaghtuh xi haga tal-flus kull nhar ta’ Hadd. Niftakar lil Joe Cini n-Nemlu, Salvinu Cini ta’ Sufu, Fredu Vella ta’ Pazza u ohrajn li kienu dilettanti tan-nar li kollha tawh dik ix-xihaga li ghenet biex sar dan il-pedestal. Wiehed mill-benefatturi kbar kien certu Manwel Grech tal-Ferha mir-Rabat li biex jghamillu kuragg, kien bdielu hu billi tah Lm100. Dan Manwel kien jitla’ hawnhekk jixtri l-bajd u l-gbejniet u lill-parruccani kien ihobbhom hafna. L-ewwel darba li zzanzan dan il-pedestal kien ghadu minghajr sellum u Censu kien issellef dak ta’ l-Gharb u armaw lilu. Kont niehu gost narah involut f’dan ix-xoghol ghalkemm gieli gergirt, ghax taf int, tkun ghadek gharusa u ma tantx kien ikollna cans niltaqghu kont niddejjaq. Dakinhar ma kontx tohrog tinnamra taf! Meta ghamilna l-gherusija kien jigi d-dar u noqoghdu nitkellmu ftit. Kien bniedem li bicca xoghol kien ikun irid ilestiha allura ma konniex niltaqghu ghal tul ta’ hin. Meta ma kienx imur ukoll ghal xi kuncert tal-muzika mas-Sagristan is-Surmast Antonio Mallia. l-Isqof kien ried li jinbena centru modern biex fih jingabru t-tfal u zghazagh u Censu malajr medd ghonqu ghax-xoghol. Kien ga sar xi tqattigh tal-blat fil-post fejn bnejtu l-kazin tal-banda intom, izda imbghad grat dik it-tragedja fil-pjazza u c-centru nbena hemmhekk. Niftakar ukoll meta beda jissemma’ l-artal mejda u nhar ta’ Hadd kien jinzel go l-ghalqa jfittex il-blata ddestinata biex issir artal. Kull tant jien u l-familja konna naghmlu sagrificcji kbar ghax flok il-harga tal-Hadd konna noqoghdu d-dar nistennewh gej mit-tfittix tieghu go l-ghalqa tas-Saghtrija. Ma strahx qabel sabha! Kienet is-sena 1980.
X’tghidli meta l-affarijiet ma kinux imorru kif jixtieq hu jew forsi kien isib min itellfu!
Isma’ min itellfek issib dejjem, kien minn dejjem u nahseb li hekk nibqghu. Kien ikun jarma l-koppla bid-dawl tal-festa. Fil-bidu kienu hu u Cikku Mallia ta’ Bertu, Alla jahfirlu wkoll u mbaghad Censu u Leli Cini tax-Xixa. Ftit kienu jmorru jghinuh, pjuttost kien isib min itellfu. Jien gieli nkeddejt ghax bejni u bejn ruhi kont nghid li r-rahal mhux ta’ Censu biss. U l-istess gara f’hafna progetti li hadem fihom wara.
Liema bicca xoghol tahseb li kien xtaq jara kompluta u ma lahaqx ghamilha?
Censu kellu xewqa kbira li jara c-cimiterju lest mill-oqbra godda li ghamilna dan l-ahhar. Dik kienet xewqa kbira enormi u kien jiddispjacih li m’ghadux jiflah, ghax huwa fatt li kieku ma kienx jiehu dak iz-zmien kollu biex jitlesta. Anke l-gebel fuq barra tal-koppla tal-knisja li hemm mikul bil-melh, kien lest li jibdlu hu, kieku kien ghadu f’sahhtu, izda ma wasalx.
Kif tiddeskrivi dak li hass Censu meta Noel uriekom bix-xewqa tas-Sacerdozju?
Lili kien jghidli li ghandu xewqa li wiehed minn uliedna jilhaq sacerdot. Missieru Pawlu kien ihobbhom hafna lis-Sacerdoti u hu hareg bhalu. Kien anke lest li nghamlu borza ta’ studju jekk ma jkollniex sacerdot minn taghna. Fil-fatt meta Noel wasal ghall-Form 6 staqsejtu x’ser jghazel bejn is-Seminarju u l-Lyceum. Kien dak inhar li t-tifel taghna wera x-xewqa li jixtieq imur sacerdot. Ahna hadna pjacir immens avolja kien hemm minn bilkemm ma thassibx ghax ghazel din it-triq u mhux ohra meta kien jaf daqshekk skola.
Xi jfissru ghalik l-Unuri ta’ Gieh il-Banda Santa Marija li ser tinghataw b’rikonoxxenza ghall-hidma tieghu, nhar il-Erbgha 16 t’Awwissu?
Jien nixtieq nghid haga wahda. Censu qatt ma fittex unuri, izda kien ha pjacir hafna meta intom onorajtu nies bhal Toni Callejja, Karmnu tac-Covi , Toni tac-Cin u ohrajn. Infatti dejjem gie l-kuncerti li taghmlu biex jifrah maghkom u mal-familji ta’ dawn iz-Zebbugin. Censu dejjem ghamel ix-xoghol bi skop wiehed, biex jghin lill-Knisja u lir-Rahal. Gieli riedu jghamlu ntervisti mieghu peress li kien jahdem fl-affarijiet li semmejtlek izda kien jirrifjuta. Kien jippreferi izomm kollox mistur go fih. Jien jidhirli li jixraqlu jinghata dan il-Gieh, ghax hadem hafna u bhal ma ghedtlek iddispjacih ghax ma lahaqx ghamel aktar. Nixtieq li jkun hawn hafna nies ohrajn bhalu, bhalkom wara kollox, benefatturi li joffru servizz ta’ hidma lill-knisja u xoghol volontarju li jsir bil-qalb fir-rahal kollu.
Is-Sur Wigi Vella tal-Qniepen kien habib personali ta’ Censu u hadem mill-qrib mieghu f’hafna okkazjonijiet. Iltqajna fil-kcina tad-dar tieghu gewwa r-Rabat fejn hemmhekk qsamna flimkien ftit waqtiet mil-hajja ta’ Censu.
Lil Censu Saliba sirt nafu mill-qrib hafna waqt il-bini tal-kappella tac-cimiterju ghax kont narah dejjem hemm jassistina f’dak kollu li jkun hemm bzonn. Nhar ta’ Sibt u Hadd kien ikun hemm nies ohrajn jahdmu u bdejna billi ghamilna pedamenti fil-fond u domna xi 8 xhur nahdmu f’dik l-opra. Lejn tmiem ix-xoghol fil-bini ta’ din il-kappella, Censu kompla billi kahhalha u nvjaha kollha kemm hi u hadem ukoll il-muzajk tat-tarag u l-artal. Hemmhekk sar xoghol tajjeb hafna! Kien hemm bicca xoghol ohra kbira tal-paviment tal-knisja taghna fiz-Zebbug. Konna ghazaqna l-art, hrigna t-terrapien u ergajna tajniha l-konkos. Hu ferrex il-qatran maghha kollha u ha sehem ukoll fit-tqeghid ta’ l-irham ta’ dan il-paviment sabih. Niftakar meta regghet bdiet issir il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, Censu kien ghamel minn kollox u ghen lill-arcipriet Vella biex instabu r-reffiegha u qatta’ ljieli shah, gieli anke jien mieghu, narmaw il-bradelli, dawl fit-toroq ecc. Dak iz-zmien la kellna makkinarju biex narmaw, xejn u konna rridu nghamlu l-impossibli b’xejn, bil-hniena t’Alla u bil-generozita` tal-poplu. Ftit snin wara sehhet it-tragedja fejn illum hemm ic-centru parrokkjali. Hdimt ma’ Censu fic-centru flimkien ma’ hafna voluntiera ohra biex naddafna dak li kien fadal wara li sehhet l-izpluzjoni. Censu ga kellu esperjenza fil-bini u ghalhekk hadem hafna fl-ippjanar ta’ dan ic-centru gdid.
Kif tispjega l-kwalita’ tax-xoghol li kien jaghmel?
Perfezzjoni! Ara kemm hu veru. Ahna tal-Loqqu konna ghamilnielu x-xoghol tal-concrete fid-dar tieghu fi Triq il-Madonna tac-Cicri. Kont qrib tieghu hafna u kont mort armajtlu l-bejt. Hu kien jaf li jien ukoll kont irrid ix-xoghol sew u ghalhekk kien qabbad lilna. Kien joqghod ghassa taghna u jara li t-tahlita tal-konkos issir kif toghgob lilu. B’daqshekk ma kien jghamel xejn hazin ghax l-intenzjoni tieghu kienet dejjem li jsir xoghol tajjeb. Hadem ukoll il-post tieghi hawnhekk fil-Kapuccini. Hadimhuli kollu u ma kontx tistaqsih kemm ser idum f’dak li jkun qed jahdem, ghax kien irid johrog il-perfezzjoni tax-xoghol. Kont tohrog sodisfatt hafna b’xoghlu. Insomma kien perfezzjonist u kompla sejjer bl-istess ritmu jahdem progett wara l-iehor f’hafna postijiet, pero` jien ma bqajtx mieghu ghax gejt noqghod hawnhekk il-Kapuccini. Bil-mewt ta’ Censu, il-poplu taz-Zebbug tilef bniedem kapaci li kien imidd ghonqu ghal kollox u lest jaghti daqqa t’id kullimkien.
Din il-perfezzjoni tax-xoghol li semmejt kontu tarawha fittagni? Kontu tiddejqu?
Dik il-perfezzjoni li kellu Censu, lili kienet toghgobni u kont naqbel mieghu perfettament. Imma kien hemm parruccani li meta kienu jarawh ifassal u jerga’ jhassar kollox fil-progetti li semmejtlek, kienu jghidu `Hekk m’ahna ha naslu mkien!` L-ebda progett li fassal u ha hsieb hu ma kellu jerga jinqala’ minhabba ippjanar hazin, l-ebda bicca xoghol! Dan ir-ragel kien bniedem li ma jirrepetix ix-xoghol u ghalhekk ta’ min izomm f’rasu li dak li kien jaghmel la kien jaghmlu ghal senza interessi, ghax min jghamel hekk ma jghamilx xoghol tajjeb u kienet biss l-imhabba tieghu lejn il-Madonna li fiz-Zebbug medd ghonqu bla biza’ ghal affarijiet ohra bhall-organizzazzjoni ta’ festi, marcijiet jew daqq mal-orkestra. Kien irid li x-xoghol jibqa’ jissemma’ u allura ma kienx jghaddi ghall-haga u jillaxka f’ohra. Nerga’ nghidlek Censu qatta’ sieghat kbar jara u jifli l-ippjanar tal-kappella tac-cimiterju, tac-Centru u l-Ufficcju Parrokkjali, fil-knisja ecc.. U x-xoghol sar sew. Imbaghad isma’, gieli kellu ntoppi ma’ xi hadd li mohhu kien biss biex jehles minn dak li nkunu qed nghamlu. Ma kienx bniedem ta’ rasu li jghid hu biss, ghax kif spjegajtlek meta kien qed jibni d-dar tieghu kien anke jitlobni u naqsmu pariri teknici flimkien. Ma kienx bniedem li jafda waqt ix-xoghol lanqas taf. llum id-dinja mghaggla nbidlet f’kollox, fit-teknika u fil-metodu u veru li certu xoghol jista’ jsir bhal ma kien jaghamlu hu, izda bi spejjez u pacenzja kbira. Tista tilhaq dik il-perfezzjoni tieghu izda jekk tkun kapaci taghmel ix-xoghol int, hux hekkC ghax fi progetti kbar ikunu mdahhla hafna nies u allura dan ma tistax tilhqu.
L-ezempju ta’ Censu jista jghodd ghalina z-Zebbugin illum?
Ara George, hux minn hawn bdejna, Censu kien bniedem ihobb lir-rahal bi spirtu qawwi u li ghamel, certamet ma kienx ghalih, izda biex jitgawda minn nies tar-rahal . L-appell tieghi imur specjalment liz-zghazagh u lill-irgiel ghax hadd m’ghandu jaqta’ qalbu ghax il-kbir sar u jridu jibqghu jibnu fuq dak li sabu. Kulhadd irid jaghti sehmu issa ghalkemm diga` hemm taf minn qed jahdem bla heda. Hu lilkom tal-Banda li tmorru ddoqqu fl-irhula ghax dak unur kbir mhux biss ghalikom izda ghal dawk iz-Zebbugin bhalna li ma noqoghdux hemmhekk, hemm tal-armar u n-nar u hemm tal-football. Izda hemm ohrajn li m’huma mdahhla f’xejn u mportanti li dawn jersqu ’l quddiem ghax mill-bqija ma jsir xejn hemmhekk peress li z-Zebbug rahal zghir. Kunu kburin bli ghandkom u kullhadd jistinka fil-qasam tieghu u fejn tistghu ghinu lil xulxin ghax intom l-ghira ta’ kull min jixref iz-Zebbug. Meta thares lura kullhadd jistghageb kif f’rahal b’tuzzana nies saru dawk l-opri kollha – knisja majestuza, cimiterju komplut bil-koppla, Dar Stella Maris u anke Muzew sabih u Censu medd idejh b’imhabba kwazi f’dawn l-opri kollha. Hafna bhali illum jitpaxxew b’dak il-kazin monumentali tal-Banda li jaghtik merhba kif tasal hemm fuq u li tabilhaqq jixraq lir-rahal ghax dalwaqt ikollna post iehor fejn iz-Zebbugin jiltaqghu u jirrekrejaw ruhhom. Nahseb li kieku baqa’ haj, Censu kien jigi ukoll jiehu grokk maghkom hemm gew!
L-ahhar kummenti
F’dawn il-ftit minuti flimkien qallibna dawn iz-zmenijiet kollha li ghaddew minn fuqna taht id-dell ta’ bniedem wiehed, Censu tal-Bdott u nerga nghidlek grazzi ta’ dan ix-xoghol li qed taghmlu u veru prosit. Jien nghalaq u nghid li min jahdem f’xi kommunita`, parrocca jew f’ghaqda hi x’inhi, aktarx kif ga spegajtlek li hlasu jiehdu m’ghand il-Madonna u mhux minn ghand shabu jew dawk ta’ madwaru. Ezempju car hija l-familja ta’ Censu li l-Madonna zejnitielu b’sacerdot li kellu jsir l-arcipriet tar-rahal li dejjem habb – iz-Zebbug.
L-ahhar parti ta’ din l-intervista mbaghad komplejtha ma’ l-arcipriet taghna Noel Saliba, fid-dar taghhom fi Triq il-Madonna tac-Cicri.
Arcipriet x’relazzjoni kien hemm bejnek u bejn missierek?
Ir-relazzjoni ta’ bejnietna kienet ta’ missier u iben ghal diversi snin specjalment sa meta kelli 17-il sena ghax minn dakinhar bdiet tinbidel xi ftit, ghar-raguni li mbaghad kont dhalt is-Seminarju u bdejna niltaqghu fil-weekends biss tista’ tghid. Bqajna dejjem qrib xulxin u billi jien it-tieni wild tal-familja u l-kbir mis-subien kont inhoss lil missieri aktar ihossu komdu li jitkellem ma’ l-iben il-kbir dwar certi responsabiltajiet jew certi decizjonijiet li kien ikun ser jiehu u jirrigwardaw lill-familja. Din ir-relazzjoni rajtha issahhet aktar meta dhalt is-seminarju u bdejna nharsu aktar lejn xulxin bhala zewgt ihbieb li jghinu lil xulxin u f’dawn l-ahhar snin kien beda jhares lejja bhala persuna ghall- punt ta’ riferiment fil-hajja tieghu. Fit-tfulija il-hin ta’ bejnietna kien jkun limitat hafna minhabba l-fatt li kif qalet ommi meta kien ikollu bicca xoghol mibdija irid ilestija u dan kien itellef mill-hin li konna nixtiequ hafna li jkollna mieghu bhala familja.
Kemm kont toffri hin u x’tip ta’ xoghol kont tghinu?
Meta kont l-iskola ftit li xejn kont nghinu ghalkemm l-unika bicca xoghol li niftakar li ghentu fiha kien fir-restawr tal-knisja tal-Ghasri minn gewwa. Wara l-hin tax-xoghol, missieri kien ihobb ukoll jaghmel xoghol fir-raba` w allura tista’ tghid kuljum kif nigi mill-iskola belgha te, inbiddel l-uniformi u ninzel minn tac-Caqra jew minn tal-Kanun biex nghinu fl-ghelieqi. Forsi l-aktar xoghol li kien komuni kien fid-dwieli illi kont nghinu jizbor, jirmonda u jahrat. Hemmhekk anke kellna bhajra u tadam. Peress illi f’sena wahda izzewget ohti l-kbira u jien bdejt is-Seminarju, bhal qata` qalbu, biex ilahhaq ma’ dan ix-xoghol u kellu jitlaqhom. Biex inkun qrib missieri u nghinu fix-xoghol tieghu, mhux darba w tnejn kien ikolli naghmel il-kotba u l-pitazzi tal-homework f’curniena wara dahri biex minn ghalija ha naghmel il-homework u nghinu fl-istess hin. Imma kont nispicca nghinu biss u l-homework naghmlu tard bil-lejl. Niftakru jghidli u jistaqsi fejn ghad irrid nilhaq b’dawk il-kotba. Imma la jkollok fik il-hegga ghall-istudju issib hin ghal kollox.
Liema kienu l-progetti bl-akbar impenn jew sagrificcju li hadem fihom missierek fil-parrocca?
Ha nsemmilek il-highligts li lhaqtu jien ghax ommi tafu fi progetti aktar kmieni. Niftakar l-ufficcju parrokkjali ma’ Toni Camilleri tal-Gilormu u ma’ Guzepp Zammit in-Nahasru. Niftakar ukoll meta bdew l-ewwel oqbra privati fic-Cimiterju, lejn tmiem is-sebghinijiet, fejn kien hadem mill-qrib ukoll ma’ Karmnu Farrugia tal-Qans u kien hemm ohrajn li ghenuh bhal Frangisku Bugeja. Imbaghad kien hadem ukoll fl-1979 biex bidel iz-zuntier tal-knisja bit-turgien b’kollox. Hadmu kollu kemm hu minn blokki tal-concrete fuq forma mahduma minn Guzepp Mallia. Ix-xoghol sar fid-dar ta’ magembna, fejn illum toqghod ohti Fabienne u l-familja taghha. L-ewwel bicca miz-zuntier tpoggiet fil-festa tad-Duluri ta’ dik is-sena u l-ahhar bicca tlestiet fil-gimgha ta’ Santa Marija. F’dik il-festa jien kont ma’ l-abbatini Ruma u fid-Dimostrazzjoni qabdet ix-xita u l-istatwa ta’ Santa Marija spiccat raqdet fil-garage tad-dar taghna. Wara z-zuntier kienu draw t-teknika ezatta ta’ kif jinhadem il-concrete fil-forma u missieri bil-ghajnuna kbira ta’ Guzepp Zammit in-Nahasru bidel ukoll il-gastri ta’ taht il-kustilji tal-koppla fuq disinn ta’ Mons. Michaelang Apap mix-Xaghra, Alla jahfirlu.
Missieri kien wiehed mill-promoturi li hadmu kemm felhu biex instabl-irham taghna l- Onyx u kif semmiet ommi ghen hafna biex dik il-blata instabet u ingarret lejn Malta. Sadanittant mexxa fuq wara l-artal maggur biex imbaghad lis-Sur Ronald Pisani ghenu jibni l-artal mejda li sar minn dik il-blata. Illum xhin qed issirli l-intervista mieghek, 22 ta’ Mejju, kien tlesta l-artal mejda, bhalum ezatt 25 sena ilu. Dejjem kellu dik ix-xewqa li jkahhal il-fili maqlughin fis-saqaf tal-knisja. Meta mbaghad sirt arcipriet kienet il-holma tieghu li l-arzella jibdlilha t-tikhil kollu, mhux biss l-imwaqqa’, biex tidher aktar is-sbuhija u l-perfezzjoni tal-gebla. Waqt dan ix-xoghol kienet wegghetu hafna siequ u beza’ li mhux ha jirnexxilelu jaghmel din il-bicca xoghol, imma missieri kien perseveranti u persistenti u fil-fatt irnexxielu anke fuq parir tieghu stess kif hejjejnielu l-armar biex ikun jista’ jitla’ fuqu u ghamel din il-bicca xoghol. Meta lestiha qalli: `Issa l-holma ta’ hajti lestejtha, ghaliex l-arzella tista’ titgawda fil-kumpless taghha.` Kont ninnotah waqt il-quddiesa, daqqa kien joqghod fil-korsija biex igawdi l-arzella tal-kor, u daqqa kien joqghod magenb San Pawl biex jitpaxxa bl-arzella ta’ quddiem il-Kuncizzjoni. Ix-xewqa l-ohra li joqghod fejn l-artal tal-Kuncizzjoni biex igawdi l-arzella ta’ San Pawl, ma kienx jghamilha biex ma jiksirx it-tradizzjoni li n-nisa joqghodu dik in-naha.
Kif kont thares lejn missierek minhabba l-fatt li barra x-xoghol ta’ kuljum kien impenjat hafna bix-xoghol fil-parrocca?
Ma nafx kif missieri kien jirnexxilu jsib hin ghal kollox. Lill-familja qatt ma traskuraha, ix-xoghol dejjem lahhaq mieghu u mhux biss dak ta’ kuljum imma kull fejn kienu jitolbuh jghin, qatt ma qata’ qalbu u qatt ma qal le, ghax le ma kienx jaf x’inhi. Minkejja kollox kien jghamel kull mezz biex jaghti sehmu fil-knisja f’kull sens jigifieri mhux biss fejn jidhol xoghol fil-gebel u tikhil imma kien jipprova jghati anke sehmu fil-Knisja hajja. Fil-fatt ghall-perjodu ta’ madwar 8 snin kellu l-okkazjoni li jiehu hsieb ic-cimiterju tal-Barmil fir-Rabat. Hemmhekk waqt ix-xoghol ta’ deffien kien innota numru ta’ haddiema tal-fabbriki waqt il-break li kienu johorgu jieklu xi bicca hobz fuq il-hajt. Darba ssuggerielhom li tibda ssirilhom quddiesa waqt il-break fic-Cimiterju. Stinka biex ghamel ukoll it-tabernaklu hemmhekk u tant qabdet din il-quddiesa illi, bil-flus li kienu jingabru mhux biss kien jithallas s-sacerdot izda servew biex hafna studenti missjunarji saru sacerdoti. F’dawn iz-zminijiet kien anke jghin hafna lis-Seminarju, ghajnuna li mxiet hafna `l quddiem. Din kienet xi haga ta’ ammirazzjoni ghax kien jippreferi ma jghamilx part time wara x-xoghol, biex jghin lill-knisja b’kull mezz.
L-impenji tieghu f’dawn il-postijiet bhal knejjes u cimiterji, lilek ghenuk tghazel it-triq tas-sacerdozju?
Kienet l-ahhar gimgha qabel bdejt is-seminarju meta ghedtlu li ha nibda hemmhekk u kien qalli: ’Jekk ghandek l-icken dubju li tibda u ma tkomplix, ahjar ma tibda xejn’, jigifieri pjuttost kien skoraggieni milli naqbad dik it-triq. Naturalment qatt ma haseb li wiehed minn uliedu jsir qassis u qatt ma holoq pressjoni lanqas bic-cajt jew qalli nofs ta’ kelma biex ihajjarni nidhol ghal dik it-triq. Missieri kien ihobb hafna lis-sacerdoti, jigifieri din tieghi kienet ukoll il-holma ta’ hajtu. Fil-fatt jien lil missieri qatt ma rajtu jibki, l-unika darba li rajtlu demgha fuq ghajnejh, kien, meta wara sena sacerdot kont gej lura Malta minn Ruma u ma giex jilqaghni l-airport ghax ma felahx jigi ghalija u qaghad jistennieni d-dar. Dik kienet espressjoni tal-imhabba li kellu anke lejn is-sacerdoti. Ix-xoghol tieghu seta nfluwenzani b’xi mod indirettament biex jien trabbejt hafna qrib il-knisja ghax kont qrib ukoll tal-arcipriet ta’ qabli, u fil-festa kont dejjem nghati daqqa t’id fil-knisja. F’dik li hija ghajnuna materjali mal-knisja, mxejt hafna fuq il-passi ta’ missieri, pero` fejn tidhol vokazzjoni qatt ma naf li b’xi mod jew iehor hajjarni. Izda mbaghad fl-istess waqt qatt ma tellifni. Ezempju ta’ dan, meta kelli 11-il sena ghidtlu li kont ghaddejt mill-ezami biex immur il-vatikan u ommi qaltli li kont ghadni zghir biex insiefer, u ahjar ma mmurx, imma hu kien iddefendieni u qalliha: ’Jekk ghadda mill-ezami huwa mertu tieghu li jmur Ruma.’ Hafna snin wara meta ghedtlu li ser insir l-arcipriet taz-Zebbug, allura hemmhekk kienet twettqet holma ohra ta’ hajtu u kien jaghmel minn kollox biex jghinni u jiddispjacih meta ma setax jghinni izjed ghax beda jikber fiz-zmien.
Kienet vantagg jew zvantagg ghalik l-ghajnuna ta’ missierek, f’eta` daqstant zghira bhala Raghaj tal-Parrocca?
Kien hemm vantagg ghaliex certu htigijiet tal-Parrocca, peress illi jien kont ghadni qed nibda (veru li ga kelli esperjenza pastorali fl-Italja) dejjem ikun fihom sfidi godda. Kelli biss 29 sena u l-attenzjoni tieghi kienet mill-ewwel dik pastorali, il-kura tal-erwieh. Min-naha tieghu kien qisu jpoggili saqajja fl-art ghal raguni li kien jaghti kaz tal-htigijiet materjali tal-parrocca u jghidli dak il-hajt ghandu bzonn il-kura, dik il-parti tac-Centru , tal-knisja, tac-cimiterju ghandhom bzonn tiswija. Min-naha l-ohra mill-imhabba qawwija tieghu biex jara l-affarijiet sew, u anke l-imhabba kif semmejna qabel li kellu lejn il-knisja, kien ikun intrazigenti kultant u allura kont nipprova naqfillu daqsxejn il-brejkijiet biex meta jkun hemm membri ohra tal-parrocca li jixtiequ jaghtu sehem, ma jhossux li huma eskluzi. F’dan ir-rigward kont inqisha ta’ zvantagg ghaliex jien sirt arcipriet mhux ghal missieri biss u kultant thoss ukoll kunflitt ghaliex huwa missierek u fl-istess hin huwa ibnek spiritwali, missier u iben li kultant l-irwolli iridu jinqalbu. Wara kollox il-parrocca mhijiex tal-arcipriet imma ta’ kulhadd. Maz-zmien bdejt nirrejalizza li mhux l-arcipriet jiehu l-pussess tal-parrocca imma l-parrocca tiehu l-pussess tal-arcipriet u kultant anke tal-familja tieghu ghaliex meta jcempel telefon jew jigi xi hadd id-dar missieri kien jaqdi dawn il-htigijiet b’imhabba lejn ir-rahal.
Ftit gimghat ohra l-orkestra taghna taghlaq 60 sena. Missierek kemm kellu ghal qalbu l-muzika u l-fatt li kien jifforma parti minnha?
Il-muzika kienet hafna ghal qalbu. Fil-fatt sa minn ckunitu kien gie mhajjar minn Toni Mallia l-fundatur tal-orkestra, biex jibda jitghallem il-muzika. Missieri bejn ghax ma kienx hawn il-banda fir-rahal u bejn ghax l-orkestra kienet ghadha kemm bdiet, dak iz-zmien ma kienx facli bhal lum ghax kien ikollu jmur ir-Rabat ghand il-Banda Leone biex tghallem l-Euphonium u baqa’ jdoqq dejjem fl-Orkestra sakemm felah u qatt ma xtaq li jieqaf. Kellu jieqaf minhabba sahhtu u ma bediex fil-banda taghna minhabba l-istess problema. Forsi inti lanqas tafu dan. Missieri kien jinsisti maz-zghazagh taz-Zebbug biex jitghallmu l-muzika fi hdan il-Banda taghna meta ghandhom opportunita` tad-deheb fir-rahal taghna.
X’fissret ghalik it-telfa ghall-gharrieda ta’ missierek?
It-telfa ta’ missieri grat tant ghall-gharrieda illi r-rizultat ta’ dak li gara, bdejt nahseb fuqu wara, meta d-dehxa kienet ghaddiet. Dak inhar stess li gie nieqes jigifieri l-ghada tal-Milied 2005, gie ghall-quddiesa tieghi ta’ filghodu, jigifieri l-ahhar quddiesa u t-tqarbina ircevihom minn idejja. Kien mument iebes hafna, meta ghalkemm bhala sacerdot u bhala arcipriet assistejt diversi morda fl-ahhar ta’ hajjithom, izda ma’ missierek differenti. Dak il-hin thoss li parti mid-dinja qed tispicca, ghaliex ghalkemm jien kont inkun hafna barra mid-dar, biex naqdi l-missjoni tieghi ta’ arcipriet fil-parrocca mohhi kien mistrieh illi l-assenza tieghi fil-familja, kien qieghed jimliha hu. Meta miet, minhabba illi issa kien hemm nieqes dak il-kuragg kontinwu u s-sapport li kien jghatini biex naqdi l-missjoni tieghi bl-ahjar mod, ridt nimla allura l-vojt li halla biex niehu hsieb ommi, issa qieghed wahdi maghha d-dar ghalkemm sibt anke hafna ghajnuna minn huti f’dan ir-rigward. Thoss anke r-responsabilta` tal-familja f’certi decizjonijiet li jridu jittiehdu, thosshom jaqghu fuqek u bzajt li jtellfuni anke mill-qadi tal-missjoni tieghi li jiena nghatiha l-ikbar prijorita fil-parrocca, ghaliex bl-ebda mod ma xtaqt li l-familja ittellifni minn din il-missjoni. Dan kollu kien ifisser, missieri ghalija. Xhin gie nieqes, ftit granet wara, bdejt ninduna min kien veru missieri u x’kien isarraf, ghaliex bhal kull haga fid-dinja, tapprezzaha izjed meta titlifha u tinduna kemm kienet isservi. Fl-istess waqt bdejt inhoss ukoll hafna l-prezenza tieghu maghna ghalkemm ma narawhx b’ghajnejna. Inhoss li qed jitlob ghalina mis-sema.
X’inhu l-messagg tieghek lil ulied kollha taz-Zebbug fl-okkazjoni tal-Ghoti tal-Unuri ta’ Gieh il-Banda Santa Marija lill-familja taghkom?
Ghalina kienet xi haga mhux mistennija illi missieri jinghata dan ir-rikonoxximent prestiggjuz tal-Banda Santa Marija. Jiena cert li kieku missieri kien ghadu haj, ma kienx jaccettah, mhux ghax ma jkunx kuntent bih izda ghax ghandna hafna persuni ohrajn kif semmejt inti li jisthoqilhom dan il-gieh. Meta kien jara lil xi hadd Zebbugi illi jisthoqlu mertu, missieri akkost ta’ kollox kien jahdem biex jara lil haddiehor kuntent u nahseb anke mieghek gieli tkellem dwar dan. Ahna bhala membri tal-familja qed naccettaw dan il-gieh b’tifkira ta’ missieri, b’dan il-hsieb mhux il-gieh personali, imma l-gieh tar-rahal kollu. Meta missieri wiret dan ir-rahal, ipprova matul hajtu ihallih ftit ahjar milli kien. Ghalhekk filwaqt li m’ghandix dubju li intom tibqghu tirrikonoxxu dawn ic-cittadini Zebbugin, nappella lil dawk kollha li qed jaqraw din l-intervista jew wisq aktar jassistu ghal ghoti ta’ dawn l-unuri, illi jipprovaw fil-hajja taghna, fil-granet ftit jew wisq, bl-energija limitata kemm hi limitata, li naghmlu liz-Zebbug ahjar minn kif sibnih ahna kif wara kollox zgur li qed taghmlu intom.
Tmiem l-intervista.
B’dawn il-kummenti gejna fi tmiem intervista ohra dwar wild Zebbugi – Censu Saliba, li hela l-energija tieghu biex ir-rahal taz-Zebbug ihallih ftit ahjar milli sabu. Hafna ahjar li tixghel xemgha milli tishet id-dlam.
George Cefai