Karmnu Cini (Ta’ Sufu)
L-istatut tas-Socjeta` Filarmonika Santa Marija f’Kapitlu 4, Artiklu 24 jobbliga lil Kumitat Ezekuttiv biex jonora lil dawk il-persuni li jkunu taw gieh b’hidmiethom lis-So`jeta Filarmonika` Santa Marija u allura lir-Rahal taz-|ebbug. L-Unuri ta’ Gieh il-Banda Santa Marija ta’ din is-sena qed jinghataw lis-Sur Karmnu Cini ta’ Sufu nhar il-Erbgha 18 t’Awwissu 2010 waqt il-kun`ert “Ni“elebraw 15 Flimkien”. Il-President tas-Soċjeta` is-Sur George Cefai iltaqa u tkellem mas-Sur Cini fid-dar tieghu Nru: 162 fi Triq Papa Gwanni Pawlu II fir-Rabat.
Karm nahseb li hadd ma jinsa l-ewwel granet tal-iskola! Inti?
“Hekk hu! Tibda tikber, bdejt immur l-iskola l-elementari, jigifieri stage one u two f “Tal-Miss” kif kienu jsibuha. Illum ta’ Mananni Vella tas-Sipa. Wara mort f’ dik li konna nghidulha “Ta’ Savier,” illum id-dar ta’ Guzepp Tabone ta’ Razola fejn ghamilt minn standard one sa five. Imbaghad jien, Salvu Dimech ta’ Virgonja u Ganni Hili ta’ Rizzu applikajna u dhalna s-Seminarju. Dawk kienu z-zghazagh miz-|ebbug dik is-sena u bqajna telghin dejjem flimkien. Meta tasal Form Five, f’dik l-etaÏ mohhok jibda jberren il-hin kollu x’ha taghmel u liema triq ha taghzel u filwaqt li Salvu u Ganni bdew it-triq tas-saċerdozju, jien mort it-triq l-ohra”
Kif tiftakar iz-zminijiet fuq l-ewwel post tax-xoghol?
“Kienu hargu l-ezamijiet ghall-pustiera u jien ma’ shabi ohrajn mill-klassi applikajna. Irnexxieli u bdejt ix-xoghol ta’ postmanfis-sena 1956. Konna bdejna nahdmu fuq gewwa fl-uffiċċju l-Belt u domt hemm hekk madwar sena. Ixxiftjajt ghar-Rabat tal-Imdina u hemmhekk ghamilt madwar sitt xhur. Kienet l-1958 u sibt okkazjoni li nibdel ix-xoghol u ghamilt ezami ghal ma’ “Tal-Halib” maghrufa dak in-nhar bhala “Milk Marketing Undertaking”, l-MMU, li kienet ghadha kemm fethet. Mur ghidli li kelli nghaddi 38 sena maghhom, sal-pensjoni tal-irtirar!”
La m’ghaziltx it-triq tas-saċerdozju, ifisser li ghazilt it-triq tan-namur…korrett?
“Hemm min jibqa’ guvni ukoll imma hadd ma jista’ jhalli barra l-episodju f’hajtu li jibda jiltaqa’ ma’ xi tfajla biex ifassal maghha l-futur u hekk grali jien ukoll. Jisimha Antonia u iltqajt maghha fl-1957 izda domna gharajjes 4 snin. Dak in-nhar mhux bhal lum taqbad taghfas il-qanpiena jew thabbat u tidhol id-dar taghha qisu xejn. Ridt tonfoq 2 liri (jekk ma kienx ikollok xi habib) u tibghat lil dan il-huttab ghand il-genituri taghha biex jaraw ghandhomx pjaċir bik. Kienet kultura li bhal donnu kienet omm l-gharusa (jew il-missier) li se jizzewgu jew li kellhom d-dritt jghazlu huma lil min tizzewweg binthom… insomma kienu jaghmlu minn kollox biex tithallat mat-tajjeb… hekk inxebbhu jien dak “l-indhil”. Ix-xoghol tal-huttab lili ghamiluli r-ragel t’ohti Rita (Alla jahfirlu), Karmnu Camilleri u wara li rrangajna bdejt nidhol ghandhom. Ma kontx tmur taghmel gurnata hemm, mhux ghax ma tkunx tixtieq, imma ftit filghaxija, madwar siegha, u titlaq lejn id-dar. Kienet mentalitaÏ ohra tant li biex nohorgu u nmorru festa flimkien (u mhux bhal lum il-lejl kollu barra), ommha kienet tibaghtilna l-ghassa maghna, lill-kugina taghha ~ikka ta’ Gangu (li b’kumbinazzjoni bhalissa tinsab hawn mill-Awstralja), jigifieri kullimkien bix-chaperone.. Ommi u missieri setghu jobsru li jien illum jew ghada kont ser inhallihom u kienu ferhu b’Antonia ghax kienu jafu li din bint is-sewwa”
Kont fix-xifer li issir qassis u abbandunajt kollox imma xorta bqajt f’saqajn il-kappillan…. x’fettillek?
“Veru dan! Kont inhoss fija l-fiduċja tal-Kappillan Dun Frangisk Mercieca speċjalment meta kont izghar u dan zgur li ghinni nibda jew ahjar inkompli bl-entuzjazmu tieghi fil-parroċċa. Tinsiex li minn dejjem kont tifel migbud lejn il-knisja u forsi kont ftit iffortunat aktar minn huti minhabba li dhalt abbati u domt hafna. Dan jghin biex izommok migbur ftit aktar. Xi haga ohra li kienet tiddistingwini minn tfal ohrajn kien il-fatt li jien kont il-yes man ghal tista tghid dak kollu li kien jghidli naghmel. Kien ifittixni ghall kull haga li kienet tonqsu sahansitra kull meta kien ikun ser jaghmel xi haga li tirrikjedi l-flus tal-poplu, kien jibghatni nigbor. Kien jikkmandani u jien naqdih… u sejrin. Matul is-sena speċjalment meta joqrob l-stagun tas-Sajf, jien flimkien ma’ Mikieli l-Ghanqud, Frenċ Cini ta’ Waddaba u Mikieli ta’ Kambu fost ohrajn konna inmorru induru mat-toroq tar-rahal bid-debba u l-karettun ta’ missieri nigbru il-ful meta jinqata’ wara Mejju, is-suf tan-naghag, zara` u silla, affarijiet li illum huma biss memorja”
Kont thobb liz-|ebbug bizzejjed biex mhux biss ghazilt lil Antonia minn hemm, imma anke issetiljajtu fih!
“Iva konna xortina tajba t-tnejn ghax kien hemm minn kellu fejn jibni u xorta siefer u baqa’ ma giex jew halla r-rahal. Insomma missierha u ommha, Pawlu u Golina tawna biċċa art biex nibnu fuqha, fit-triq tan-nofs bejn Triq Ghajn Melel u dik Skapuċċina. Kien ghinni nibni din id-dar hija Guzepp u ghamilna kamra tas-sodda, kċina, salott u nitfa ta’ bitha. Kien zewwigna z-ziju tal-mara Patri Roberto Gatt nhar is-Sibt 8 t’April 1961. Patri Roberto kien hu ommha Golina u kien joqghod Ghajn Dwieli. Tliet gimghat warajja izzewweg hija Toni u f’Novembru izzewweg hija iehor Salvu, tlieta f’sena wahda u madwar sentejn wara izzewweg hija Fredu. F’dik id-dar domna madwar 6 snin u kellna tliet ulied, lil Miriam fl-1962, Josette fl-1963 u Mark fl-1964. Imbaghad bil-ghajnuna ta’ hatni Karmnu Camilleri komplejt nibni u tellajna s-sular ta’ fuq. Ftit wara kellna l-ahhar zewgt it-tfal lil Maurice u Robert u bqajna noqghodu hemm madwar 3 snin ohra…jigifiri 9 snin kollox ghamilna hemmhekk”
Ipprepajtu dar b’daqstant tahbit u spejjez u tlaqtuha! X’mar hazin daqshekk malajr?
“Le, ma mar xejn hazin. Ha nghidlek ghaliex tlaqna. Il-mara kella zija toqghod ir-Rabat jisimha Guzeppa u din habta w sabta mardet u naqasha hafna d-dawl t’ghajnejha. X’hin irkuprat ftit ma xtaqitx tibqa’ l-isptar imma issa lanqas kienet ta’ wehidha d-dar. Avviċinani huwa Patri Roberto u ma kienx jaf x’ser jaqbad jaghmel. Jien kont ghadni ferhan bid-dar, spiza bhal dik kif anke ghedt int u tfal zghar, xtaqna hafna ngawdu l-familja taghna u ma tantx tajtu widen. Imma ftit granet wara f’Lulju, preċizament f’tal-Karmnu rega’ gie u qalli li ma sab lil hadd minn hutha lest biex izommha mieghu u talab lili biex niehdu hsiebha. Gie jkellem lil Antonia u bit-tiela u bin-niezel, bil-krib kollu tieghu “geghlna” nigu hawn. Kien l-ghada tal-festa ta’ Santa Marija taz-|ebbug tal-1970 u gejna hawnhekk nippruvaw noqghodu maghha. Hallejna kollox fid-dar taz-|ebbug u minhabba li hi kienet nieqsa minn hafna kumditajiet, tista’ timmagina kif kont tiela u niezel ghall-affarijiet minn hemm fuq, kollox kien hemm mill-fridge sal-hwejjeg u ftit ftit bdejna nissetiljaw mill-gdid. Issa biex tkun taf b’kollox, wara 6 xhur kelli okkazjoni li nsiefer fuq xoghol mal-M.M.U fid-Danimarka u domt hemm mill-Milied sa Gunju. Kienet esperjenza dwar l-aspett tekniku tal-ipproċessar tal-halib, butir u gobon. Tista’ timmagina s-sagrifiċċju u t-tbatija li ghaddiet minnhom Antonia li riedet tlahhaq wehidha mal-faċendi tal-familja, mat-tfal u ma’ zitha. Kienet mara marida u kellha bzonn attenzjoni shiha tant li nhar il-festa tal-Kunċizzjoni kienet qalbet ghal-aghar u hallietna. It-tfal kienu draw fl-iskola tar-Rabat u ma ridux imorru lura z-|ebbug imma din id-dar ma kinitx aċċessibli biex tghajjex familja ta’ 7 miin-nies. Fl-1977 bdejt inzid u nibni fuq wara u naghmel spejjez godda. Ir-rahal taz-|ebbug lanqas hallejtu, kont dejjem tiela’ u niezel peress li l-Arċipriet Vella kien dejjem iqabbadni nghamel dik jew l-ohra”
Min kien jorganizza u jiehu hsieb il-festa ta’ Santa Marija?
“Jien taht il-kappillan Mercieca kont ghadni tifel u l-festa fil-bidu kienet mifruxa fuq jumejn biss, lejlietha u narha! Fir-rahal taghna l-festa minn dejjem kienet tigi organizzata mill-kappillan u jekk miniex zbaljat ghadha issir hekk ghalkemm illum tezisti ko-ordinazzjoni shiha mal-kumitati li gew wara. Qed nghid hekk peress li fejn mhemmx statut legali l-arċipriet jibqa’ responsabbli jekk allahares qatt tigri xi dizgrazzja bhalma kellna. Barra minn hekk il-gbir tal-flus kien isir kollu minnu inkluz l-ispejjez tal-baned ghalkemm tan-nar ilhom jiehdu sehem fil-gbir. Fl-antik jiena niftakar lil Toni Cini taċ-~Cin jiehu hsieb in-nar imma fi zmieni kien hemm Guzepp |ammit in-Nahasru u Guzepp Cini l-Boqqu u aktar tard Toni tal-Qans ghalkemm nahseb li dan qatt ma mess nar b’idejh. Nahseb li l-arċipriet kien jghinhom b’xi haga tal-flus ukoll”
X’armar tal-festa kien jezisti dak in-nhar?
“Ha nibda minn hawn. Kull ma kien hawn kienu 18 il-arma (trofej) li kienu jintramaw fuq seratizz mid-dar tal-kappillan sal-pjazza. Imbaghad kienu gew imnehhija s-sekonda festi ta’ hafna rhula u allura hafna armar sabih ma baqax jintuza. L-Arċipriet Mercieca xtara 20 palandri u 10 qishom qsari ghal fuqhom minn fejn kienet issir il-festa ta’ San Guzepp f’Haz-|ebbug u kienu jarmaw 10 trofej milli kien hawn fuq l-10 palandri l-ohra. Kien hawn ftit bandalori fil-pjazza u paviljuni. Aktar tard bdejna ngibu l-antarjoli mir-Rabat minn ghand tal-Iljun. Kienet tghaddi Santa Marija taghhom u dritt wara jisilfuhomlna sakemm ftit snin wara xtrajna taghna 18 + 18, ghax dawk mhumiex affarijiet li toqghod tislef jew tissellef…dak kien l-armar taghna dak iz-zmien. Kont wiehed minn dawk li konna nghinu f’dan l-armar u kien ikun hemm hafna rgiel bhan-Nahasru, Toni tal-Gilormu u zghazagh, niftakar Fortun u Ganni taċ-Cirass. Kien hemm ohrajn ukoll. Kien ikollna zewg planċieri zghar armati fil-pjazza ghaliex wiehed kienu jgibuh tal-Istilla u l-iehor tal-Iljun. Kienu jithallsu 15 il-lira kull wiehed talli jarmawh. Kull sena bdew jghollu l-hlasijiet tal-kera tal-palk. U l-arċipriet talabni biex nibdew narmawlhom palk wiehed ahna u jintuza minn kulhadd. Bdejna billi ghal madwar sentejn jew tlieta uzajna l-bankijiet li kien hemm fil-knisja fl-antik, illum ghad baqa minnhom fiċ-ċimiterju, u xtrajna b’mitt lira fallakki. Sadanittant ukoll dan l-arċipriet beda jibdel ghall-parana l-bradelli tal-vari tal-Gimgha l-Kbira u talabni nuza lilhom biex nkomplu nibnu dan l-imbierek palk ghax ma riedx jahraqhom. Issa dawn kienu fil-kantina taht il-knisja u bdejt billi garrejt xi ftit minnhom gol-garaxx li ghandi z-|ebbug, xtrajt ftit plywood u b’hafna tbatija rmexxieli naghmel l-basement kollu. Anke iċ-ċappetti ghalih uzajt tal-bradelli stess u komplejtu ftit ftit sakemm lestejtu bil-hnejjiet u brazzi. Dwar iz-zebgha kellimt lil Dun Mikiel’Ang Apap mix-Xaghra ghax dak kien dejjem iz-|ebbug, armajnieh fis-sala taċ-Centru u ghinni nizbghu lewn l-irham. X’biċċa ugiegh ta’ ras kienet dik! Imma m’ghedtlux le u wahhalt nahseb sentejn mieghu u ghadu hemm sallum”
X’tizjin bil-bozoz kien isir fiz-zminijiet li tiftakar?
“Qrib hafna tal-granet tal-festa kien jigi wiehed Nikola jarma l-festuni mat-toroq, il-faċċata tal-knisja u xi haga fuq nett tal-koppla u kien jithallas. Meta wasal id-dawl fir-rahal madwar 1958, Nikola ma baqax igib dan il-generator u allura bdejna bil-mod nahdmu xi xoghol ahna. Cikku Mallia ta’ Bertu kien delettant u dejjem hemm il-knisja jirranga fid-dawl u beda l-armar tal-koppla. Aktar m’ghadda zmien l-arċipriet ma kienx qed jiehu gost li ta’ kull sena dan Nikola qed jghollilu l-prezz biex jarmalu dawn il-ftit festuni. L-istess gara hawnhekk, qabbadni nixtri l-affarijiet, fosthom cable bhala main ghad-dawra tal-purċissjoni, il-main switch (60 Amperes) minn ghand tal-Orjenti li aktarx ghadu jintuza u ghamilt dawn il-festuni. Ix-xoghol tal-koppla u xi disinni fil-faċċata hadimhom Cikku. Leli Cini tax-Xixa li semmejtlek imbaghad beda jarma kollox hu, it-toroq u l-knisja. Jien kont hdimt ukoll id-dawl tal-kappella u tal-kolonni taċ-ċimiterju”
Kif kien isir it-tqassim tas-servizzi tal-Baned?
“Sas-sena 1960 is-Sibt kien ikollna lil-Banda Leone u l-Hadd tal-Istilla jaghmlu l-programm u tal-Iljun jakkumpanjaw il-purċissjoni. Imbaghad fl-1962 saret l-istatwa ta’ barra ta’ Santa Marija u bdejna naghmlu d-dimostrazzjoni tal-Gimgha kif suppost u kienet tkun mistiedna l-Banda tax-Xaghra. Kien hemm zmien meta tal-Iljun qabel id-daqq tal-innu l-kbir kienu jaghmlu marċ hafif mat-toroq tal-purċisjoni. Innotajt li wara dawn is-snin kollha l-ghazla tal-baned fit-3 ijiem tal-festa baqghet kwazi l-istess. Kienu jithallsu 30 lira ta’ kull servizz u ghalkemm iffrankajna l-kera tal-palkijiet, is-servizzi tal-banda baqghu telghin ghal 40, u 50 lira. F’mohh l-arċipriet Vella u huh Dun Gorg rega’ beda jberraq u bdew jikkunsidraw il-holqien ta’ Banda Muzikali”
Ikkoregini jekk jien zbaljat, allura kien dan l-gholi tal-prezzijiet biex twaqqfu banda fir-rahal?
“Dak zgur li ghen hafna! u ga kien hemm ukoll numru sabih ta’ persuni li jdoqqu fl-orkestra. Niftakar darba minnhom gie fuqi Dun Gorg u talabni nsib lil xi hadd biex jghallem il-muzika u nippruvaw nghaqqdu banda ahna. Kellimt lis-Surmast Anton Bonniċi mir-Rabat imma wara ftit lezzjonijiet spiċċa kollox bejn ghax ma baqghux jigu u anke ghaliex dawk il-ftit li riedu jitghallmu bis-serjetaÏ ma setghux jixtru l-istrumenti huma. Ghaddew ftit snin ohra u gibt lis-Sur Michael Attard mix-Xaghra u l-istess rega’ gara… l-entuzjazmu kien imut wara ftit gimghat. Tinsiex ma kienx hawn hafna flus fl-idejn l-anqas u ma kienx hemm kumitat bhal lum jimbotta, jiddiskuti u jippjana l-hin kollu biex jigbor l-finanzi li jkun hemm bzonn ghat-taghlim u l-istrumenti ghalkemm qed taghmlu hafna aktar minn sepliċiment taghlim. Biss niftakar li s-Surmast Attard hallielna bhala tifkira l-Innu tal-Inkurunazzjoni ghall-prezz ta’ Lm 30.00”
Kif hassejtek meta tajniek l-ahbar li ser nippruvaw inwaqqfu l-banda taghna?
“Ha nghidlek din l-ewwel. Jien bdejt indoqq fl-1956 meta kelli 20 sena minhabba li kif ga spjegajt domt hafna abbati. Kien ghallimni Toni s-sagristan li kien dejjem jigri warajja biex nibda nitghallem. Avolja kont wiehed minn dawk li kont indoqq fl-orkestra u anke ma’ baned ohrajn, jien hadt xokk bl-ahbar li tajtuni ghax nistrieh fuq l-esperjenza taz-zewg provi li kont imdahhal fihom jien, prova ohra qabel mis-sagristan u ohra minn Leli Cini ma kinitx ċajta tarma banda. Ara illum x’differenza minn dak in-nhar li qed taghtu l-istrumenti b’xejn. Mieghi kien idoqq ukoll Dun Salv Tabone u meta ghamiltu dik il-laqgha, kien anke wiehed mill-kumitat. Niftakar gejtu hawn id-dar tieghi ma’ dan Dun Salv u nfurmajtuni li ser tghaqqdu banda. Dak in-nhar ghedtilkom li l-ewwel tridu issibu surmast biex jara jekk hemmx lok li tarma banda jew le mhux taghmlu bhal ma sar qabel. Nahseb tiftakar li gejt maghkom ghand ~ensu tal-Forn, missier Joseph Grech is-Surmast u kellimtuh, int, Stephen, Mario Cassar, Charlie Cini u Dun Salv. U ghalkemm bit-tahbit, f’hajja t’Alla irnexxiet!!!”
|gur li tiftakar it-tragedja taċ-Centru f’Awwissu tal-1967… x’memorji fadallek?
“Jien ga kont midhla sew taghhom ghax dawn kienu tampari u meta miet ghal gharrieda z-ziju taghhom l-Arċipriet Mercieca, kien hemm hafna, inkluz jien, li offrew mill-ewwel l-ghajnuna taghhom lill-arċipriet Vella u huh Dun Gorg. Kien ilu biss sentejn u nofs arċipriet u f’daqqa wahda sploda ċ-Centru! Kullhad baqa’ mbikkem bli gara, tragedja bhal dik u Dun Alwig habat jinqata’ u jaqta’ qalbu quddiem dak kollu… kemm hu kif ukoll huh Dun Gorg tfixklu. Dan l-arċipriet kien misthi u jiddejjaq jidher quddiem in-nies ghall-gbir. Miniex nghati tort lil hadd, imma ara fhiex dahlu minghajr ma qatt messew xi nar b’idejhom meta dawn fis-salvazzjoni tan-nies kien mohhom! Kien hawnhekk li sirt midhla taghhom sew ghaliex jien sibtilhom avukat biex jghinhom johorgu minn dan is-saram kemm jista’ jkun malajr u bl-inqas inkwiet. Morna Marsalforn u laqqajthom ma “Gogo” dak li mbaghad sar Prim Imhallef Guzeppi Mifsud Bonnici. Kienet swiet il-hajja ta’ zaghzugh u kien hemm allura diversi kawzi. Jien kont dejjem maghhom (mal-arċipriet u huh qed nghid) sena shiha telghin u nezlin il-qorti. Meta qorbot is-sentenza, dan l-avukat kien imsiefer u baghat lil huh l-iehor Ugo, li mbaghad sar President ta’ Malta, biex jidher ghalina. Kien qdiena tajjeb u l-arċipriet u huh hargu lliberati. Ma jfissirx li ma kellhomx inkwiet ghax f’dik is-sena riedu jigbru l-frak kollu u jergghu jibdew”
Izda l-hajja tibqa ghaddejja le, x’gara fix-xhur ta’ wara mbaghad?
“Ma kienux gimghat feliċi u r-rahal kien ghadu mhezzez. Rizultat ta’ dan kollu ddeċidew li fil-festa ma jaghmlux nar u qamet krizi zul minn hemm. Fis-sena ta’ wara dak li kien gralna, konna ghadna mbezzghin. Inholoq dan Guzepp Zammit in-Nahasru u ssuggerixxa biex in-nar jordnawh Malta u ma jinhadmix aktar fiz-|ebbug. Tlajna Malta bil-karozza tieghi u hadni go xi barrieri fejn kien hemm il-kmamar u fihom jinhadem in-nar. Morna ta’ San Mikiel f’Hal-Lija, Haz-|ebbug u Hal-Qormi. Wassaltu fuq il-post u kien jidhol jinnegozja hu izda jien kont nibqa’ dejjem il-boghod mill-kamra minhabba l-periklu. Ma’ ta’ Hal-Lija ma qbilniex u, xtara n-nar minn Haz-|ebbug u hallsuh bil-flus li kienu jigbru huma stess. Dwar it-trasport tan-nar kien jiehu hsieb kollox in-Nahasru u ma kien idejqu xejn”
Kienet ghadha kemm tlestiet l-kappella taċ-~imiterju u affarijiet ohrajn fil-knisja. Il-flus mnejn gew?
“Mhux il-kappella biss imma ga kienu saru xi pjanti biex jinbena ~entru Parrokjali fil-post fejn inbena l-kazin tal-banda ghax tal-pjazza dar privata kull ma kienet. Ma tantx kont midhla t’hemmhekk biss niftakar lil Leli Cini jibni presepju tal-gebel mekkanizzat f’kamra go fih li kienu jsibuha l-‘mudlama’. Wara l-ispluzjoni ittiehdet de`izjoni li `-~entru l-gdid jinbena fil-pjazza u hemm fuq twaqqaf kollox. Issa minhabba flus, l-ar`ipriet l-ewwel ghamel appell f’xi gazzetta u anke baghatna xi envelopes lil diversi professjonisti biex jghinu finanzjarjament fil-bini mill-gdid ta`-~entru. Kienu ngabru xi ftit flus, mhux wisq, imma kollox jghin. Qabbadna lil Perit Joseph Dimech biex l-ewwel nirrangaw il-hsara li saret bl-ispluzjoni f’diversi djar, l-ghassa tal-pulizija u anke l-hgieg tat-twieqi tal-koppla u l-korsija tal-knisja minhabba l-intensitaÏ tal-blast. Beda x-xoghol dak in-nhar stess fil-ghaxija. Niftakar lil Toni s-sagristan ma’ ibnu Guzepp u ~ikku ta’ Bertu jaghattu t-twieqi bit-threeply sakemm bidlu l-hgieg minhabba r-rih u x-xita. Tinsiex li l-knisja kienet armata kollha…dan il-gimgha tal-festa kien gara. Kompla jitwaqqa’ l-bini mgarraf tan-naha ta’ gewwa u x-xoghol sar bil-ghajnuna tal-poplu kollu, ta’ hafna irgiel spe`jalment nhar ta’ Hadd. In-Nahasru gie nkarigat mill-bini u jien ninforma b’kollox lill-ar`ipriet u nordna dak kollu li kien jghidli l-bennej. Il-gebel u x-xoghol kien kollu volontarjat taz-|ebbugin filwaqt li s-cement kont nordnah minghand il-Ginger jew ix-Xaqla tan-Nadur u niftiehem ma’ tad-dghajjes biex ma nhallsux trasport. Konna ngibuh irhis minn Malta, kont titkarrab u tifranka. Dak in-nhar li konna naslu ghal xi bejt, bl-ewwel ikun tal-kantini fil-Kun`izzjoni tal-1967, Vitor Vella il-Loqqu kien jipprovdi hafna mill-armar u mixer kbira, l-ar`ipriet kien javza fil-quddies u trid tara kollox mifrux fil-pjazza, u l-voluntiera bil-pala w il-barmil, min mal-bowzer tal-ilma, min mas-cement, ramel jew zrar u, l-bjut ghamilnihom ahna ukoll. Kienu bjut kbar u ffrankajna hafna flejjes. It-tarag li hemm gie mtella’ hekk b’zewgt igwienah minn hija Guzepp, kien hazzu u tana l-parir kif narmawh hu, kollox b’ xejn. Is-sistema tad-dawl hdimtha kollha jien u t-tfal tieghi ma’ xi tfal ohrajn li kienu jigu jghinu u anke dak il-palk li ghamilt sebbah is-sala. F’sena tellajnieh u ftahnieh u biex nevitaw il-polemika politika kien fethu l-istess Perit Dimech. Il-poplu beda johrog u jiltaqa’ u jiehu pjaċir nhar ta’ Hadd. Dan qed nghidulek fl-isfond ta’ dak li qed taghmlu intom bhalissa bil-kazin biex ma taqtghux qalbkom. Dak in-nhar mad-disgrazzja kellna grazzja ghaliex imbaghad il-parroċċa kellha wiehed mill-isbah Centri f’Ghawdex. Veru li f’dawn iz-zminijiet x-xoghol tal-volontarjat naqas u l-ispejjez kibru, izda l-qalb taz-|ebbugin ghadha thabbat…tinsijiex dik!”
Il-Poplu Zebbugi kemm kien ghatxan u mixtieq minn post bhal dan?
“Trid tiftakar li wahda mill-ewwel inizzjattivi li ha l-Isqof il-gdid ta’ dak in-nhar Mons. Nikol Cauchi kienet il-ftuh regolari taċ-Centri Parrokkjali fejn kien hemm. Dak in-nhar ma kienx hawn televixin u n-nies kienet mixtieqa ghall-attivitaÏ soċjali. Niftakar kont bdejt inmur Malta ghand Peresso tal-Belt u nixtri skoss biljetti tat-tombla ghax kien ikun hemm hemm hafna loghob tat-tombla biex ikomplu jingabru l-flus u jitkomplew il-bibien u hekk. B’dew jsiru t-trattamenti tat-tigijiet ghax iċ-Centru fih sala mill-isbah eh! Konna xtrajna madwar mija u hamsin siggu mit-Teatru tal-Hamrun, minn ghalija kien jismu “Alambra”, ghall-prezz ta’ nofs lira l-wiehed. Matul il-gimgha bdiet issir fih id-duttrina tat-tfal kif kien imholli mill-benefattriċi tieghu, fil-kmamar moderni b’ veduti li jghaxxquk filwaqt li nhar ta’ Hadd kien hemm zmien li kienu jsiru d-dances ghaz-zghazagh. In-nies taz-|ebbug kienu jhobbu hafna l-palk u bdejna naghmlu wkoll xi farsa li kien jiktibhom Dun Gorg Vella jew nakkwistawhom minn x’imkien. Meta kont tifel kien hemm diversi postijiet fejn kien isir dan l-irreċtar. Fil-bidu ghand Toni s-sagristan li bil-ghajnuna ta’ xi zghazagh kien anke irranga garaxx apposta, kien hemm kamp tas-suldati fil-gnien tad-dar ta’ Mananni Vella tas-Sipa, f’garaxx iehor ta’ Guzepp tal-Qniepen fil-Ponta u anke gieli saru xi tejatrini fis-sagristija tal-knisja. Dan il-giri kollu issa ngabar f’post wiehed… fiċ-Centru l-gdid. L-ewwel dramm li ghamilna kien dwar il-hajja ta’ San Tarċisju u jekk niftakar tajjeb kien hadem dik il-parti Toni Vella taċ-Ciras. Xi snin wara ghamilna wkoll id-dramm tal-passjoni bil-hidma tas-Superjur ta’ San Pawl t’hemmhekk Fr.Claudio Borg. Kien hemm zmien li kull nhar ta’ Hadd bdejna nuru xi film. Kien hemm avviz f’gazzetta dwar projector sistema 16mm ghal bejgh u xtrajniha madwar 40 jew 50 lira. Kont bnejt kamra apposta fil-gallerija tas-sala u bdejna nikru l-films minghand il-KRS jew anke minghand xi ambaxxati”
Bhala wiehed mill-pijunieri ta’ dan il-post, x’kienet l-akbar attivita li tnissillek sodisfazzjon?
“Ara, wara l-ftuh tieghu ma waqafniex hemm izda bqajna nahdmu biex nuzaw l-massimu ta’ dan il-post u nzommuh miftuh kemm jista jkun regolari. L-aktar attivitaÏ kbira u kolossali li tnissilli sodisfazzjon kienet wirja kulturali ta’ livell li saret fis-sena 1975 u ghaliha attendew mijiet ta’ nies u hafna tfal ta’ diversi skejjel. Kont gbart fiha s-snajja kollha maghrufa fiz-|ebbug, bhal ghodod ta’ sajjieda, tal-bdiewa, tan-nissiega, hwejjeg tan-newl u ghamara. Ghamilna dawra mejt imwejjed fis-sala u faxxa ohra fin-nofs li mtliet kollha. Niftakar kellna kollezzjoni shiha, radjijiet antiki, fosthom l-ewwel sett tar-radju li kien dahal fir-rahal, dak ta’ Wigi ta’ Sarogi li gabu hemm ukoll. In-nies aċċettaw l-ideja, ghenu fiha u fuq kollox apprezzawha. Ghadni niftakar li wara li ghamilna talba lin-nies, bdew igibu kulljum kull xorta ta’ affarijiet. Dun Karm Vella ta’ Gelent kien dilettant hafna ta’ dawn l-affarijiet u kien jigi jittawwal kull fil-ghaxija u jara x’wasal gdid. Iwa dan Dun Karm kellu kollezzjoni antika tal-flus u gabha ghall-wiri wkoll”
Urejtna bil-fatti kemm kont qrib tal-Arċipriet Vella u kellek ghal qalbek lir-rahal taz-Zebbug! Kompli fil-qosor spjega hidmietek?
“Kif ghedtlek mill-istorja taċ-Ċentru ’l hawn bqajt ingaggat “ghal ghomri” hemhekk. Sakemm dam arċipriet kien jibghat lili nipprepara l-permessi u nordna u nhallas il-baned ghal San Fortunatu, il-Festa ta’ Santa Marija u gieli anke fil-Gimgha l-Kbira. Mhux bhal lum ghax minn meta twaqqfet il-Banda Santa Marija u bdejtu tigu mistiedna fl-irhula, l-arċipriet ghadda f’idejkom it-tqassim u l-istedin tal-baned”
|ewg progetti kbar karatterizzati mal-Parrokkat tal-Arċipriet Vella jibqghu l-kuruna tad-deheb u l-artal mejda! Kemm kien kbir l-involviment tieghek hemmhekk?
“Il-Festa tal-Inkurunazzjoni tal-kwadru aktar involviet lill-arċipriet u l-qassisin fil-gbir tad-deheb u flus kif ukoll fil-preparazzjoni pastorali tal-poplu milli mis-sekulari. Kien sar kumitat, iva, imma jien ma kontx dhalt fih ghax ga kont noqghod ir-Rabat. Dritt wara l-Inkurunazzjoni, jekk mhux ukoll fl-istess xahar, kien beda jsir diskors biex isir artal mejda mill-alabastru taz-|ebbug. Kienu saru zewg disinni, dak li sar fuqu u iehor li ma kellu x’jaqsam xejn mad-disinn ta’ kif sar. U x-xoghol tawh lis-Sur Ronnie Pisani. Izda wara li ghaddew ftit xhur, dan Pisani kien mehdi jahdem fuqu u ma tantx kien izomm kuntatt mall-arċipriet, almenu fl-ewwel xhur. Meta rajt lill-arċipriet inkwetat minhabba hekk, qbadt u ċempiltlu lil dan Pisani u qalli li x-xoghol miexi u ga kellu hafna minnu lest inkluz it-tarag. Allura hadt mieghi lill-arċipriet gewwa “The Strand” il-Gzira. Hemmhekk kellu daqxejn ta’ villa u garaxx u l-irham Zebbugi kien mifrux u jleqq tghidx kemm fis-sular ta’ fuq. Beda jurina kif kien qed inaqqax iz-zokk tal-gheneb, kollu biċċiet. Ahna konna l-ewwel tnejn li rajna dan ix-xoghol fin u sabih immens. Wara dik il-laqgha taghmel ftit kuragg u kunfidenza u mort xi darbtejn ohra sa meta lestieh. Kull darba kont ninforma lill-arċipriet fhiex wasal. Jien u Ronnie sirna hbieb intimi u ghadna hekk. Ghad ghandi ashtray tifkira minn tieghu mahduma mill-biċċiet”
Kif affettwatek l-ahbar li l-Arċipriet Vella ser ihalli lil parroċċa u liz-|ebbug wara kwazi 60 sena?
“Meta l-arċipriet Vella wera bix-xewqa li ma jibqax hemm u l-istess Dun Gorg u Dun Salv riedu jitilqu mieghu, kien iddispjaċieni ghall-fatt li warajhom ser jithallew opri tant kbar li saru minnhom minghajr ma jistghu igawduhom aktar. Imma dawn kellhom dar sabiha lesta fil-Fontana u wara kollox dik kienet deċizjoni personali u ekklezjastika u ma ndhalt xejn fiha. Inhossni kuntent ghax wara dan iz-zmien kollu, (kemm issa 14-il sena ?), dawn ma abbandunawhx liz-|ebbug ghax ghadkom thobbuhom u jitilghu regolari hemm fuq u anke fiċ-ċimiterju, post ghaziz hafna ghalihom. Ghadni sallum midhla taghhom u jfittxuni mid-dar taghhom hawn fir-Rabat. Kull meta nmur ghandhom, in-neputija tieghu Tereza dejjem bil-lista lesta…dik il-hgiega, dak il-bzonn u l-iehor. Bqajt nistedinhom u kull anniversarju taz-zwieg taghna dejjem jaghmlu Dun Salv”
Tgergir, tfixkil jew kritika negattiva fil-konfront tieghek….
“Ha nghidlek meta tkun imdahhal f’xi haga, zgur li ser issib minn jikkritika. U hafna kummenti dejjem ikunu li int qieghed hemm ghall-interess u tisma’ min sahansitra jirrimarkalek…”dak qieghed sewwa jithallas” u x’naf jien. Imma lili diskors bhal dan ma kien jaffetwani xejn u ma kelli l-ebda biza’ li ser ninqabad li kien qed ihallasni ghax ma kellix minnhu, ghajdut biss. U meta kien jasalli diskors bhal dan la kont ninkedd (ghax xi drabi l-iskop kien ikun biex jaqtghulek qalbek u ma tersaqx ’l hemm) u l-anqas qatt ma mort nghid bih lill-arċipriet”
Din is-sena wiehed mill-abbatini tal-parroċċa ser imur Ruma hdejn il-Papa. Int kellek din il-ghazla?
“Le ma kellix ghax dak in-nhar ma kinitx tezisti il-possibiltaÏ li wiehed mill-abbatini isiefer hdejn il-Papa ghax dik bdiet ftit wara. Imma l-kappillan gieli kien imur u kienu jsiefru bil-vapur ghax ajruplani kien ghad m’hawnx…tidhaq hux tismani nghid hekk…imma dik kienet ir-rejaltaÏ tal-hajja. Niftakar ukoll min kien fl-ahhar grupp ta’ abbatini shabi. Kien hemm Salvu Camilleri ta’ Sarogi u Dun Gorg Vella, Salvu Dimech ta’ Virgonja li hemm fil Brazil u Dun Gwann Hili ta’ Rizzu. Abbatini zghar niftakar lil Dun Guzepp Vella taċ-Ċiras u huk Dun Guzepp Cefai. Kien hemm ohrajn li mumiex jiguni f’mohhi bhalissa”
Karm l-ahhar kelma…
“Jiena lil dawk kollha li b’xi mod huma mdahhlin f’xi ghaqda jew kumitat nghidilhom biex ikunu patrijotti, jghinu mill-ahjar li jistghu bl-entuzjazmu u mhux jikkritikaw x’sar jew ma sarx izda jghinu f’dak kollu li jsir. Kritika distruttiva m’ghandha qatt tinghad, qatt u imkien. Jien qatt ma ippuntajt subghajja lejn hadd jew ghedt ara dak x’ghamel hemmhekk jew x’m’ghamilx. Imma issib minn dawn u tiltaqa’ maghhom kullimkien. Meta jigri hekk taghtux widen ta’ dawn il-ftit u min jixtieq jghin ghandu jaghmel dan fil-libertaÏ minn qalbu u jobdi. F’dawn l-affarijiet hadd m’ghandu xejn tieghu u allura hadd m’ghandu l-awtoritaÏ li jimponi u kollox ghandu jithalla f’idejn minn hu responsabli ghax wara kollox meta xi haga tmur hazina, ikun hu li jlaqqatha ghax graw dawn l-affarijiet hux veru?!”
N.B. Minhabba ċ-ċokon tar-rahal u b’hafna nies igorru l-istess kunjom, f’din l-intervistaÏ qed jintuza ukoll l-laqam tal-familja biex jiddistingwi min huma l-persuni. Dan bl-ebda mod mhu qed isir b’xi disprezz lejhom.
George J. Cefai
Il-Hadd 11 ta’ Lulju 2010