Karmnu Cini Tac-Covi
Karmnu kien skultur mfittex u wiehed mill-ahjar muzicisti li hargu miz-Zebbug, kellu Jazz Group tieghu biex idoqq fit-tigijiet, li ma kienx hu forsi z-Zebbug ghadu minghajr l-Innu l-Kbir, kien idendel lil ibnu bil-hbula biex iwahhal il-hadid ta’ l-armar u tilef lil martu Marija meta kien ghad kellha biss 33 sena. Konvint li l-muzika mhux ser jitlaqha qatt u nhar il-Erbgha 18 ta’ Awissu 2004, ser jinghata l- unuri ta’ “Gieh il-Banda Santa Marija”
George Cefai mar il-Mellieha u hemmhekk tkellem mas-Sur Carmelo Cini fid- dar tieghu.
Kit tiftakar it-tfulija tieghek ?
“ Meta kont ghadni tifel il-hobby tieghi kien li niltaqghu jien u tfal ohra permezz ta’ tejatrini fuq il-palk. Kien zmien li ma kienx hawn televixin u n-nies kienet tedha f’dawn l-affarijiet. Konna nigbru n-nies u niltaqghu gewwa l-hanut “Tas-Sagristan”, certu Toni Mallia li kien mastudaxxa u li zmien wara kelli nizzewweg lit-tifla tieghu Marija. llum f’dan il-hanut ghad hemm ibnu Guzeppi, imma dak iz-zmien dan il-garaxx kien ferm izghar u konna kabbarnieh volontarjament ahna t-tfal flimkien. Tghallimt indoqq qabel gie r-Rediffusion u konna niehdu sehem f’diversi okkazjonijiet. Bdejt billi fis-Sajf gie li morna indoqqu mat-toroq taz-Zebbug u b’apprezzament in-nies kienu joffulna frott tas-Sajf bhal flieli ta’ bettieh u dullieh. Kont iffurmajt Jazz Group u konna inkunu mistiedna fit-tigijiet, jien vjolin prim u Cikku Mallia ta’Bertu bil-katuba u platti. Vitor tar-Rieh bil-kitarra u Wigi taghna kien ikun bil-mandolina jew kitarra. Fil-granet tal-karnival konna naghtu sehem qawwi u daqqejna bosta drabi fix-Xaghra u fir-Rabat u wara konna nispiccaw indoqqu fiz-Zebbug. Okkazzjoni ohra kienet meta Toni Mallia kien gie mitlub jorganizza l-muzika ghall-Komuttiva f’San Lawrenz fil-granet tal-Karnival li mbaghad ghamilniha ukoll fir-Rabat u fiz-Zebbug.
L-involviment tieghi fil-knisja ma kienx jigi nieqes lanqas, specjalment meta kbirt bejn ghax kont noqghod vicin sew tal-knisja kif ukoll ghax jien kont niehu hsieb u nghin hafna fl-armar, ghalkemm armar ftit kien hemm. Peress li f’dawk iz-zminijiet il-festa kienet izghar mill-lum, il-Banda Leone biss kienet tiehu sehem u xi darba rari l-Banda Victory tax-Xaghra. Jien kont indoqq ukoll mal-Banda Leone, u allura kien aktar facli li nissellfu antarjoli u bandalori minn ghandhom. Kont dilettant minn dejjem fix-xoghol tal-gebla Maltija (Franka) u kont bdejt naghmel skultura bhall-gastri, galleriji u xoghol iehor.”
Int skultur maghruf! Kif bdejt din is-sengha ?
“Kont bdejt l-iskultura ta’ 27 sena fil-knisja Ta’ Pinu taht ir Rettur Portelli u ghamilt is-snin 50 kollha hemm, biex komplejtha kollha jien, il-koppla, is-salib kollu tal-knisja u anke barra, il-korsija biss ma hdimtx. Meta kwazi lestejt ix-xoghol f’ Ta’Pinu, il-kappillan taz-Zebbug ta’ dak in-nhar, Dun Frangisk Merceca, talabni naghmel xoghol ta’ skultura fil-knisja taghna u bdejt fil-kurcifiss sakemm hlist ghal kollox minn Ta’Pinu. Imbaghad ghamilt il-koppla u s-saqaf tal-knisja. Ghamilt ukoll skultura fil-koppla tal-knisja ta’ San Lawrenz u bla dubju zmien iehor kien innaqqax fil-knisja t’Gh‘Sielem. Meta x-xoghol f’Gh‘Sielem kien kwazi waqaf, kien gie ghalija l-kappillan tal-Mosta Dun Bert Bezzina u talabni naghmillu ftit xoghol fil-knisja u fl-oratorju t’hemmhekk. Marti Marija kien ilha mejta biss tliet snin meta ta’ 33 sena hallietni bi tlett itfal zghar. Kienu zminijiet difficli fejn f’Ghawdex il-paga kienet ftit, kont iddum ma tithallas u xoghol kien hawn mill-inqas. Fuq bazi ta’ dan accettajt li mmur nahdem il-Mosta fejn il-paga kienet aktar mid-doppju t’Ghawdex u offrewli kundizzjonijiet tajbin ohrajn, imma ma kontx mort biex noqghod Malta. Ix-xoghol kien ghadu nieqes minn hafna armar mhux bhal lum. Meta bdejt fil-Mosta hafna drabi kont indendel bil-hbula lit-tifel tieghi Leli biex iwahhal il-hadid ta’ l-armar. Il-knisja tal-Mosta specjalment fuq in-naha ta’ wara hemm gholi kbir, imma t-tifel kien tfarfar u kien dejjem mieghi ghax kien jaghmel xi xoghol li kien diga tghallem. Imbaghad kien gie ghalija l-kappillan tal-Mellieha Dun Guzepp Schembri u talabni ftit xoghol. Bdejt niddejjaq gej u sejjer lejn Malta u allura tlaqt kollox f’Ghawdex u tellajt liz-zewg uliedi bniet Stella u Rita jghixu Malta. Xtrajt post vicin il-knisja tal-Mellieha fejn kont nahdem u bqajt hemm, u anke dakinhar ma kelli l-ebda hsieb li noqoghdu nghixu hemm. Imma l-ftit xoghol li talabni l-kappillan Schembri fil-knisja tal-Mellieha gew tnax-il sena ghax ghamilt hafna xoghol ta’ skultura u rrangajtha ghax kienet kwazi spiccat.”
Kemm kienet importanti f’hajtek il-muzika ?
“Il-muzika kienet go fija minn eta` zghira. Meta jien thajjart nibda nitghallem, fiz-Zebbug kien hawn is-surmast Toni Mallia s-Sagristan li kien ga ghallem lil xi zghazagh idoqqu. Frenc Cefai, Frenc Cini, Wigi Dimech, Pawlu Cefai u Guzepp Saliba kienu jiffurmaw l-ewwel grupp u warajhom gew ohrajn. Meta spiccat il-gwerra, kont nahdem ma’ missieri, (Alla jaghtih il-Genna) jibni fil-knisja ta’ Birzebbuga fejn hemmhekk komplejt ukoll nistudja l-muzika u hrigt indoqq il-kurunetta mal-Banda ta’ Hal Ghaxaq waqt programm muzikali fil-festa ta’Pompej gewwa Marsaxlokk. Dan kien infatti l-ewwel programm li sar dritt wara it-tmiem tal-gwerra ghal Malta meta cediet l-Italja. Ergajt lura Ghawdex u komplejt nitghallem u ndoqq mal-Banda Leone. Kont anke ghallimt lil hija Wigi jdoqq il-klarinett li mbaghad nghaqad maghna wkoll. Xtaqt nitghallem indoqq il-vjolin u mort ghand certu Ganni Vella ta’ l-Ilma, li meta kien jarani nitghallem kien ihobbni tghidx kemm u beda jehodni ndoqq mieghu fil-knejjes. Wara li dan Ganni marad komplejt ghand Giuseppe Giardini Vella, li kien is-surmast ta’ l-Istilla u domt hemm bosta snin. Sadanittant fiz-Zebbug komplew jitghallmu l-muzika aktar zghazagh u lahqet twaqqfet orkestra minn dan Toni Mallia u jien issoktajt hemmhekk. Vjolini primi konna tnejn, jien u Bertu Mallia hu Toni. Domt indoqq fil-knisja taz-Zebbug u fi knejjes ohra f’Ghawdex ghal hafna snin u anke mal-baned specjalment ma ta’ l-Iljun sakemm mort Malta. Hemmhekk kont nigi avvicinat biex indoqq f’hafna knejjes. Anke f’Ghawdex, bqajt nigi indoqq fiz-Zebbug, ghax kemm hatni Toni kif ukoll l- arcipriet ta’ dawk iz- zminijiet Dun Alwig Vella hassew in-nuqqas tieghi billi kont midhla taghhom. Dawn baqghu icempluli biex ndoqq fl-orkestra, f’kull festa u xi okkazjonijiet ohra.”
L-Innu l-Kbir ta Santa Marija x’tghidli dwaru ?
“L-ahjar nibdew minn hawn. Kont immur mal-Banda Leone indoqq f’hafna irhula li hafna minnhom kellhom l-innu taghhom u kull ma jmur f’mohhi beda jberren il-hsieb li naghmel innu fir-rahal taz-Zebbug u dan ikun taghna. Qabel l-innu l-Kbir kellna l-innu z-zghir li ndaqq fiz- Zebbug ghal madwar erba’ snin. Dan kien innu popolari fil-kazin ta’ l-Iljun bl-isem Ferrehija jdoqqu l-Qniepen u kont tlabtu lis-surmast taghhom Willie Attard u ghallimnieh lit-tfal ikantawh biss dan kien propjeta tal-kazin ta’ l-Iljun. Ghalhekk avvicinajt lil Toni Mallia s-sagristan peress li hu kien responsabbli mix-xoghol tal-muzika fiz-Zebbug f’dawk iz- zminijiet u tlabtu jikteb innu biex jindaqq lil Santa Marija hekk kif titfacca fil-bieb ta’ barra wara s salut. Kienu ghaddew kwazi sentejn u peress li kif ghedt jien kont indoqq ukoll mal-banda Leone, urejt ix-xewqa tieghi lis-surmast t’hemmhekk Willie Attard. Jien kont ghadni guvni u konna hbieb kbar. Kont nghidlu biex jitla jorqod id-dar ta’ missieri bejn il-festa ta’ Santa Marija tar-Rabat u taz-Zebbug flok jerga jitla Malta minhabba li hu kien mill-Hamrun u hekk kien jaghmel. Kien f’dawk l-okkaz jonijiet li tkellimna fit-tul flimkien dwar Innu lil Santa Marija u accetta li jaghmlilna wiehed. Din kienet is-sena 1948 u waqt li matul is-sena kont niltaqa’ mieghu waqt il-kucerti, kont infakkru fih. Sadanittant kont kellimt lil Dun Guzepp Cini u nfurmajtu b’dak kollu li kont ghamilt dwar dan l-innu. Dun Guzepp Cini kien qisu l-kappillan it-tieni tar-rahal rahal u n-nies kienet thobbu peress li kien bniedem kwiet. Kien attiv hafna fit-tejatrini, jiehu hsiebna u bniedem kalm li jgibek kif irid hu. Konna nimxu mieghu harir u anke jien kont inhobbu daqs dawl ghajnejja. Insomma wara li tlesta dan l-Innu, u anke qabel taf, meta kien hawn l-Innu z-zghir, konna nkunu jien bil-kurunetta u dan Dun Guzepp ikanta mat-tfal u jghallem lix-xebbiet Zebbugin. Fil-bidu dan it-taghlim kien isir ghand hatni s-Sagristan fid-dar li kellu Fuq il-Gebel u mbaghad kompla ma’ hija Wigi fis-setah ta’ Dun Guzepp Mallia li kien organista. Ghal hafna snin wara il-kant baqa’ jsir fuq il-bejt tad-dar ta’ missieri fejn kien jiehu hsieb hija Wigi meta toqrob il-festa. Nhar it-3 ta’ Settembru 1949, izzewwigt lil Marija Mallia bint Toni s-Sagristan u peress li x-xoghol kien naqas hafna, iddecidejt li nsiefer lejn l-Awstralja kif kienu q
ed jaghmlu hafna nies f’dawk iz-zmenijiet. Kont miftiehem ma’ Agostinu Camilleri l-Istatwarju li hekk kif jinholoq xoghol gol-knisja ta’ Pinu jinfurmani u hekk ghamel. Dan kien responsabbli u jiehu hsieb id-disinni tal-lavur tal-knisja ta’ Pinu. Dwar l-Innu l-Kbir hallejt f’idejn Dun Guzepp Cini li semmejt biex meta jitlesta jhallas lis-Surmast peress li ma kienx fadalli zmien biex nigbor il-flus ghalih. Ma rridx ninsa nghidlek li l-kliem ghal dan l-Innu kien kitb
u Serafino Cutajar mir-Rabat Ghawdex wara li kont kellimt lil Koli Apap u tlabtu jghinni nsib lil xi hadd. Il-kliem ta’ Serafino urejtu wkoll lill-Kappillan Mercieca u kien qalli li dan l-Innu ser ikun bicca xoghol sabiha hafna u ha pjacir bli kont ghidtlu. Infurmajt b’kollox lis-Surmast Willie Attard u imbaghad sifirt f’Mejju ta’ l-1950 ftit xhur biss qabel tlesta l-Innu. Kien iddispjacieni ferm li kont imsiefer meta ndaqq l-ewwel darba l-Innu l-Kbir imma imbaghad daqqejtu fis-sena ta’ wara. Dan l-Innu kien gie jiswa madwar Lm 50 li ngabru waqt il-festa minn Dun Guzepp Cini, Toni Cini (Kenunu) u Toni Cini tac-Cin.”
Il-Muzika u l-iskultura hallejthom ghall-kollox illum ?
“Jien twelidt nhar it-18 ta’Awissu 1925 u z-zmien ma hafirhiex l-anqas lili la ghadni haj hux hekk. Wara li rtirajt mix-xoghol, f’Malta bqajt naghmel skultura f’xi ftit knejjes u f’Ghawdex kont ergajt ghamilt xoghol iehor fiz-Zebbug ftit tas-snin ilu. Kienu gew ghalija bosta drabi l-arcipriet taz-Zebbug Dun Alwig Vella u huh Dun Gorg, hawnhekk fil-Mellieha u talbuni naghmel xi xoghol u accettajt. Kont bdejt billi naqqaxt l-arkatura ta’ l-arzella fil-kor tal-knisja u wara ghamilt iz-zewg navi, tal-Kuncizzjoni u ta’ San Fortunatu. Dun Alwig riedni naghmel xoghol iehor, imma tiela’ u niezel Malta iddejjaqt u ma ccettajtx.
Fil-muzika spiccajt madwar 5 snin ilu ghax jien issa xih u ghandi 79 sena. Fid-dar ghadni ndoqq il-vjolin kuljum u x’hin nixba’ naqbad il-piano accordian u naghaddi l-gurnata hekk. JIEN IL- MUZIKA MA NITLAQHA QATT.”
X’Hassejt meta intaghzlu l-pjanti ta’ ibnek Leli ghall- kazin tal-Banda ?
“Hadt pjacir immensament, l-istess bhal-meta ghazlu id-disinni tieghu fil-Mellieha fil-bicca xoghol kbira tal-Kazin li sar hemmhekk. Hadt pjacir aktar ghaliex din id-darba kellu jkun ibni, permezz tad-disinni tieghu, li qed jghin biex issir il-bejta ghal nies bhali li f’hajjithom hadmu hafna biex l-istorja tal-muzika fiz-Zebbug tkompli tikber. F’din id-dar issa tkun tista’ tingabar bil-liberta kollha l-familja muzikali Zebbugija.”
Kuntent li fit-18 t’Awissu ser tinghata l- unuri ta’ Gieh il-Banda ?
“Ara, minn dak kollu li ghidtlek suppost indunajt li jien qatt ma kont bniedem tac-cerimonji u dak li emmint u ghext f’hajti dejjem ghamiltu ghall-gid tar-rahal u mhux biex ismi jibqa miktub x’imkien. Imma jekk dan il-premju ser iservi biex ihajjar nies ohrajn jaghmlu bhali u jahdmu dejjem u kullimkien ghall-gid tal-muzika u taz-Zebbug, allura jien naccettah bil-qalb kollha. Biss l-akbar premju ghandu jinghata lill-Kumitat tal-Banda Santa Marija li qed japprezza u johrog dawn l-isforzi fil-berah li zgur ser ihallu xi ftit ta l-effett”.
Tmiem ta’ l-intervista.
Qabel tlaqna lura lejn Ghawdex, Karmnu offrielna nixorbu u tellaghna fuq biex naraw xi ritratti antiki fosthom ta’ martu Marija. Hareg vjolin mill-vetrina u qalli li dak kien xtrah minghand missieri Frenc wara li kien waqaf idoqq u minghajr ma jhares lejn il-muzika daqqilna l-antifona kollha ta’ Santa Marija, xoghol allegru li jindaqq fi zmien il-festa miktub fl’1932 minn hatnu s-Surmast Antonio Mallia. Nawguraw ghomor twil lil Karmnu biex jara lest u jiffunzjona tajjeb il-kazin tal-Banda Santa Marija.
George Cefai
1 ta’ Gunju 2004