Nina Mizzi tal-Grezzja tal-Pejp
Kienet tmur titghallem is-sengha tal-hjata ghand is-sorijiet ta’ l-istilla iżda l-qisien tat-tfassil ma tghallmitx tehodom bl-’inches’, hija responsabbli mill-hjata ta’ progetti ewlenin fil-knisja taż-Żebbuġ u madanakollu l-favorita taghha tibqa biċċa xoghol żghira hafna – il-hjata tan-newl tal-monument, il-kont ta’ xoghlha dejjem ippreżentatu lil Madonna u thallset biss bis-sodisfazjon taghha u bin-niket ta’ ċerti individwi li kienu jbeżżghuha mil-hjata. Din ix-xebba hadmet mill-qrib ma tliet arċiprieti: Mercieca, Vella u Saliba iżda hadd minnhom ma kien il-favorit taghha fix-xoghol tal-hjata. Nhar il-Erbgha 20 t’Awissu se tiġi onorata bl-unuri ta’ Ġieh il-Banda Santa Marija 2008. Fid-dar taghha fi Triq Skapuċċina, hija qasmet esperjenza ta’ 75 sena mall-President tas-Soċ. Filar. Santa Marija s-Sur George Cefai.
Antonia fl-isfond li ftit ġimghat ilu l-iskola tar-rahal iċċelebrat 50 sena miftuha, ikun xieraq li tghidilna dwar l-ewwel ġranet skolastiċi tieghek.
Bdejt immur l-iskola minn etaċ ta’ sitt snin. Id-drawwa kienet li stajt tibqa’ tmur sa 12-il sena. Ghaddejt l-ewwel u t-tieni sena fl-iskola ’ Ta’ Fuq ’, illum id-dar ta Mananni Vella fi Triq Dun Franġisk Vella. Ta’ tifla Ii kont ghadni niftakar li kien żmien li fih kienet qed tissemma hafna l-Gwerra, jiġifieri l-ahhar wahda. Ħa nipprova niftakar min kienu shabi fil-klassi dak in-nhar: Marija Cini ta’ Toni taċ-in u Ġużepp Vella illum miżżewġin lil xulxin, Karmnu Zahra tax-Xemx, Kelinu Camilleri tas-Seqer, Toni Cini tal-ĠianNannu, Dun Ġużepp Saliba, Żajru Cini li kien pulizija tat-Tikka u Gużepp tal-Kani li illum jghix fil-Kanada. Kelli ohrajn li illum m’ghadhomx maghna:Pina Saliba, Rita Vella ta’ Ġorg tal-Boni, Rita Buġeja ta’ Frenċ tal-Mester u Wiġi Calleja ta’ Vitorja ta’ Ħanxar. Ma dawn hemm ohrajn iżda dan il- mument nsejt min kienu.
Tiktakar min kienu l-ghalliema?
Fl-ewwel sena kienet tghallimna Miss Mizzi mir-Rabat u fit-tieni klassi kelli bhala ghalliema lil Katerina Cini ta’ Paxokk miż-Żebbuġ stess. Imbghad inżilna fl-iskola ’ Ta’ Isfel ’ ftit passi boghod fl-istess Triq u illum d-dar ta’ Ġużepp Tabone. Fl-ewwel u fit-tieni klassi ta’ din l-iskola li dak in-nhar kienu jissejhu standards ( minn 1 sa 4 ) ghallimna Savier Farruġia (tal-Pastur), fit-third kien ghallimni Dun Ġużepp Camilleri ( ta’ Sarogi ) u fil-fourth George Scicluna. Dik il-habta kienet harġet liġi li tghid li min kien ghalaq 12-il sena, jiġifieri ikun temm standard four u xtaq jibqa’ jitghallem, seta imur saghtejn ohra kulljum sa ma tghalaq 14-il sena. Jien kont nattendi fl-istess post ’ Ta’ Isfel ’ u kellna lil Miss Camilleri, illum Miss Frendo. Konna nibdew kif jintemmu l-lezzjonijiet normali u allura ma kienx ikun hemm tfal minn dawk li jattendu sa standard four. F’dik l-etaċ forsi aktar minn taghlim kont tmur biex dan il-hin jghinek tiddeċiedi aktar x’ser taghmel bil-kumplament ta’ hajtek u Miss Camilleri kienet tara li dan ikun pjaċevoli ghall-ahhar. Dak tista’ tghid li kien il-kors kollu ta’ l-iskola li mort.
Is-sengha tal-hjata kienet fil-familja jew uritta minghand xi hadd?
Ma nafx jekk int tiktakrux lil missieri George … dan kien hajjat, iżda naturalment ma kienx jghamel ihit xoghol tan-nisa (ara ritratt). Kellu l-hanut fi Triq il-Madonna taċ-iċri hdejn is-sqaq ta’ Peppa tal-Bilbil, illum propjetaċ tal-familja ta’ l-eks arċipriet Emmanuel Saliba. Missieri kien ihit sdieri, qliezet, kultant xi ġlekk u kien imur r-Rabat nhar ta’ Ħadd ibigh il-brieret li kien jaghmel matul il-ġimgha. Ghall-ahhar tieghu, beritta kienet tinbiegh nofs lira. Jiena wara li spiċċajt l-iskola bdejt is-sengha tal-hjata, billi kont immur ghand is-sorijiet ta’ l-istilla ghal madwar saghtejn, tliet darbiet fil-ġimgha, bil-mixi Sajf u Xitwa jien u Kristina Zahra ta’ Vitor tal-Leġġa ( illum tghix l-Awstralja).Wara li lestejt minghandhom, ghal ftit żmien kont immur nghinu billi nwahhallu l-buttuni u niftahlu l-hjatiet ( bil-moghdija ) tal-brieret. Iżda imbghad bdejt jien ukoll inhit full-time, iżda hawnhekk fid-dar taghna (ara ritratt). Ghand is-sorijiet ma tghallimniex niehdu l-qisien bl-inches ghax dan kien ghadu mhux il-metodu modern u t-tfassil kien isir fuq dak li kont se thit bhalu. Kont inhit lin-nisa l-aktar, xi libsa jew fardal u meta miet missieri ġieli anke ghamilt xi beritta. Niftakar illi fl-ahhar ġranet qrib il-Milied jew Santa Marija, ma kontx nitla’ il-funzjonijiet tal-knisja biex naqdi fil-hin il-bżonnijiet kollha tal-klijenti tieghi. Mhux bhal lum… xi haġa tal-bżonn biss nghamel, xi keffa l-aktar … issa żarmajt.
X’kienet tghid ommok bil-faċendi u s-sagrifiċċji tad-dar li kienet taghmel kollox waheda?
Fi żmien li missieri kien ikun il-hanut u jien inhit hawn, Ommi kienet dejjem sejra tiehu hsiebna bil-faċendi u t-tisjir. Ma kinitx tghinni fil-hjata iżda ghalija din kienet l-aqwa ghajnuna. Fiż-żmien li kont inhit fil-knisja, speċjalment fil-ġranet tax-Xitwa, ommi kienet tinkoraggini hafna. Kienet titla’ l-funzjoni tal-knisja filghaxija apposta u wara tidhol fis-sagristija hdejja u hdejn Dun Mikelanġ u tibqa’ hemm sa x’ hin nispiċċaw madwar id-9.30pm jew aktar. Qatt ma gergret tant li meta kont qed inhit il-bandalori ghall-festa fid-dar taghna, Dun M’ Anġ kien ipittirhom hawnhekk ukoll u x’ hin lestejthom kien qorob l-Ghid il-Kbir. Konna poġġejnihom bil-pittura imdendla fil-ġnub tas-sodda u kienet qisha miksija b’ dawn il-quilts moderni tal-lum. Ommi kienet inkwetata u qed tisthi mill-Arċipriet minhabba li fl-Ghid isir it-tberik tal-familji. Meta rajtha hekk, kont iltqajt ma’ l-arċipriet fil-funzjonijiet tal-Ġimgha l-Kbira u kont semmejtlu kelma minn taht l-ilsien b’ dan l-inkwiet t’ ommi u taf x’ irrispondieni bid-dahka fuq fommu ’ Ara ma tinkwetawx minhabba fija ghax fuq kollox hadd m’ ghandu s-sodda mghottija b’kutra sabiha bhal tieghek ’.
Minn hajrek tibda thit ghall-Knisja taż-Żebbuġ?
Kont ghadni żghira u l-ghajnuna tieghi fil-knisja, f’dik li hi hjata, bdiet meta jien kont nghin lil Katerina Cini li semmejt, li kienet hajjata ukoll. Dak in-nhar kellna lil Dun Franġisk Mercieca bhala kappillan u kont ġejt mitluba nghin fil-hjata ta’ xi kostumi ghat-tejatrini, xi kunfratiji u hjata ta’ affarijiet ohrajn żghar. Lil Katerina kienet tghinha ukoll Gerita Cini tan-Negni. Meta miet f’daqqa wahda l-Arċipriet Mercieca lahaq minn floku n-nepputi tieghu Dun Alwiġ Vella, u kien talabni mmur nghinu fil-hjata tal-pavaljun ghall-istatwa ta’ Santa Marija. Qalli biex nghin lill-qassis mix-Xaghra Monsinjur Mikiel Anġelo Apap. Dan ghamel disinn ta’ dan il-mant u l-Arċipriet, aktarx ukoll fuq parir ta’ Dun M’Anġ, ordna l- bellus minn barra. Kont bdejt inhitu hawnhekk iżda imbghad l-arċipriet ġab magna tal-hjata fil-knisja u x-xoghol bdejna nghamluh hemm filwaqt li r-rakkmu sar f’Malta. Dun M’ Anġ kien ghalliem tal-pittura u wara l-hin ta’ l-iskola kien jiġi kważi kuljum. Biex lestejna dan il-mant tal-Madonna kien jghinna hafna Karmnu taċ-in tiela’ u nieżel mas-sellum idendel, ikejjel u x’naf jien. Jien dak in-nhar forsi ma irrejaliżżajtx biżżejjed il-kobor u s-sbuhija ta’ din il-biċċa xoghol li kont qed nahdem ghal Santa Marija. Illum m’ inhiex se noqghod nidhol fid-dettal u nispjega d-disinn u x-xoghol fin tar-rakkmu li fih , il-kuruna li hadem Toni Mallia s-sagristan jew l-anġli li tbiddlu ftit tas-snin ilu, ghax kullhadd jista’ jarah armat u japprezzah f’dawn il-ġranet tal-festa.
X’kienet allura l-akbar biċċa xoghol tal-hjata li ghamilt ghal-knisja taż-Żebbuġ?
Ix-xoghol tad-damask! Din kienet biċċa xoghol kbira hafna li biddlet ghal kollox id-dehra tal-knisja taghna fiż-żminijiet ta’ festi. Dan kien damask ahmar nar mill-aqwa li kien jeżisti dak in-nhar, isibuh ’ tal-Palma ’. Ġranet shah sa filghaxija nfasslu u nhitu anke waqt il-quddiesa ta’ filghaxija. Pilastri kull wiehed daqshiex… Jien, Dun M’ Anġ u anke n-neputija ta’ l-Arċipriet Tereża Tabone, li kienet tghin fit-tixlil. Tant kienet biċċa xoghol kbira li ma kontx noqghod nara kemm lestejna jew kemm fadlilna ghax kieku kont taqta’ qalbek u ma tasalx. Dun M’ Anġ kien jiehu l-qies, Ġużepp Mallia tas-Sagristan jirranġa fil-postijiet fejn żdied id-damask ġdid u kien iwahhal grampuni u l-injam biex s-sellum jiġri fuqu u ma tixxellifx il-ġebla. Nerġa’ nghidlek tant kien kbir dan ix-xoghol, illi fil-kappella ta’ San Fortunatu l-arċipriet kien armalna mejda twila apposta biex nahdmu fuqha, speċjalment minhabba t-tul tal-pilastri u ghaliex l-gholi tal-bankun l-anqas kien tant ideali ghall dan ix-xoghol ta’ tfassil. F’ San Fortunatu konna qeghdin aktar ghall ġemb u kellna kumditaċ ta’ mejda normali iżda spazjuża tghidx kemm. Imbghad minhabba l-funzjoni ta’ filghaxija konna nieqfu minn hemmhekk u nkomplu nhitu fis-sagristija.
Żgur li tiftakar proġetti ohra li ghamilt…
Iva niftakar ghax dan kollu ghextu qisu illum. Wara hitna l-paviljun ta’ l-inkwadru ta’ l-inkurunazzjoni fis-Sajf ta’ l-1980, il-hjata biss ghaliex ir-rakkmu tieghu sar fil-Qala. Niftakar li s-sopraporta ta’ dan il-paviljun kien qed jahdimha s-sagristan x-xih Toni Mallia u ibnu Ġużepp iżda Toni lahaq miet qabel lestiha. Ħdimt ukoll s-seba’ kelmiet tal-Ġimgha l-Kbira, fuq disinn ta’ Dun M’ Anġ ukoll. Iz-zijiet Tonina u Żieża tal-Pejp kienu diġa benefatturi fil-proġett tal-irham Oniċe ghax hallsu żewg siġġijiet minn dawk li hemm fil-kor u urewni bix-xewqa taghhom li xtaqu jghamlu xi haġa ohra. Jien kont ssuġġerejtilhom biex jghidu lill-Arċipriet jaghmel mill-ġdid is-seba’ kelmiet tal-Ġimgha l-Kbira peress li kien ilni nisma’ tgergir dwarhom. Dawn id-disa’ bandalori qodma kienu maghmulin minn Ganza safra mehjutin fuq bellus blu li kien baghtu Karmnu Cini mill-Awstralja. Iz-zijiet kienu hallsu il-bandalora ’ Tal-Passjoni ’ minnhom u meta l-Arċipriet Vella talab ghal kumplament, dawn inġabru mill-ewwel ghax sahansitra kien hemm min hallas tnejn f’ daqqa. Forsi ftit jafu li wahda minnhom, l- ’S.P.Q.R.’ hija mahduma hawnhekk fiż-Żebbuġ minn idejn Karmena Cini tal-Boqqu.
Imbghad fiż-Żebbuġ wasal arċipriet ġdid, żghażugh u mimli enerġija. Kif hassejtek mieghu bhala l-hajjata ’anzjana’ tal-knisja taż-Żebbuġ’?
Taht it-tmexxija ta’ l-Arċipriet Emmanuel Saliba hassejtni ċerta li l-hjata mhix ser tonqos. Iżda issa kont minghajr l-ghajnuna ta’ Monsinjur Apap, minhabba li dan kien diġa marid hafna. Ma Dun M’Anġ hdimt snin twal bla heda u ghalija jibqa l-favorit f’dan ix-xoghol tal-hjata. L-ewwel biċċa xoghol tieghi kienet l-ilbies ġdid ta’ l-abbatini mibdula ghal kollox fl-istil minnn kif kienu qabel…u hitnihom kulur abjad biss ghall-abbatini ġodda waqt li suttana sewda shiha u spellizza fuqha ghall-abbatini l-kbar. Hawnhekk kont sibt l-ghajnuna ta’ Helen Cini. Ftit wara ]dimt, flimkien ma’ hajjata ohra, l-ilbies tan-newl ta’ l-istatwi kollha tal-Ġimgha l-Kbira. Ghamilt it-Tron ta’ l-Isqof, ukoll bellus ahmar u fin hafna. Dan il-bellus tant kien spiċċa u therra qisu bl-abra fuqu li dan l-ahhar meta kien ikun armat fil-festa bdew jiġbduli l-attenzjoni dwaru peress li kienu jafu li kont il-hajjata tal-knisja. Wahda minnhom kienet Marija Gatt ta’ Ganġu ta’ Miena li kienet fostna mill-Awstralja. Imbghad ġie fuqi Baskal Saliba tal-Gellux u martu Antonia u wrewni li xtaqu jkunu benefatturi ta’ dan it-Tron u bghatthom dritt ikellmu lill-Arċipriet Dun Noel. B’ kumbinazzjoni l-Arċipriet Saliba kien qed jipprepara biex imur ghal ftit ġranet fl-Art Imqaddsa fil-Palestina u hemmhekk f’hanut iltaqa’ ma’ bellus identiku hafna ma kif kien t-tron taghna u ġabu mieghu minn hemmhekk. L-inforra tant kienet ghadha wieqfa li erġajna użajna l-istess wahda flimkien mal-gallun l-antik. Din kienet biċċa xoghol ohra delikata ghax hittu kollu b’idejja, u mhux bil-magna. Ftit wara hitt ukoll il-bandiera l-bajda ( l-istandard ) ghax il-hamra konna ghamilniha jien u Dun M’ Anġ f’wiehed mill-ahhar xogholijiet fi żmien l-Arċipriet Vella.
Il-hjata fil-knisja żgur li kienet ittelliflek xoghol iehor tan-nies. Kont tinghata kumpens?
Jiena tax-xoghol kollu li ghamilt fil-knisja qatt ma thallast l-anqas sold wiehed minkejja li kien hemm min kien jithallas fosthom Dun M’ Anġ, wahda ghax ma kienx miż-Żebbuġ u ohra ghax kellu l-ispejjeż ukoll. Monsinjur Apap kellu hafna xoghol iehor personali u kien jitlobni nhietlu bnadar, u xoghol simili u ta’ dan kont nithallas xi haġa ghax dak xoghol ta’ band’ ohra. Iżda fiż-Żebbuġ wara xi biċċa xoghol, meta kont niġi mitluba biex naghtihom il-kont ta’ xogholi, lill-arċiprieti huma min huma, kont inweġibhom li dak li qed naghmel mhux ghalihom iżda b’ġest ta’ volonta. Xoghli dejjem offrejtu lil Madonna.
In-nies tar-rahal kif kienu jharrsu lejk u lejn xoghlok?
Prosits qatt ma stennejt u lanqas tant kienu jghidulna, la fi żmien il-Mant ta’ Santa Marija u l-anqas wara il-hjata tad-damask. Iżda mhux hekk ghall-Arċipriet Vella u huh Dun Ġorġ li kienu jirringrazzjawni kontinwament (ara ritratt). Mill-banda l-ohra donnu fix-xoghlijiet li ghamilt dan l-ahhar, insemmi in-newl tal-appostli, it-tron ta’ l-isqof, eċċ, in-nies bdew japprezzaw aktar il-proġetti fil-knisja u kienu jiltaqghu mieghi u waqt li jifirhuli kienu jghiduli kemm ġie sabih. Ma dan is-sodisfazzjon kont inhoss ukoll ftit tan-niket meta kont niltaqa’ ma individwi li kienu ihassruli u jbeżżghuni mil-hjata. Ġieli kienu jistaqsuni: ’ issa jekk il-magna tiġbidlek dak il-bellus x’ ser taghmel? ’ u kont inwieġeb li jekk jiġri hekk u issir xi hsara fih li ma titranġax, kont lesta li nixtrieh mill-ġdid jien. Huwa veru li l-bellus la darba thitu ma jinfetaqx ghax jekk tipprova jiċċarrat u anke jekk jirnexxilek, it-toqob tal-labra tal-magna jibqghu jidhru iżda fir-realtaċ dan ma ġara qatt. Kont inxellel żghir hafna, biex il-magna ma tiġrilix, iżda wara t-tixlil kien hemm l-esperjenza ta’ hajjata iddedikata u fuq kollox kont konvinta minn dak li kont qed naghmel.
Ħafna Żebbuġin jorbtuk ukoll ma’ tradizzjoni ghażiża ghalina… ix-xoghol ta’ l-Ghażżiel!
L-Ghażżiel bdejt naghti kas ta’ kif isir meta kien ghad kelli madwar 14-il sena hekk kif spiċċajt il-kors tal-hjata u kien isir fid-dar ta’ Majru fi Triq Żaki. Kien hemm Mariross u ohtha Karmni u kienu qaluli biex immur nghinhom. Karmni kienet il-mohh wara l-ghażżiel fid-dar taghha, mara fitta hafna f’ xogholha, ma tafda lil hadd bil-magna f’idha biss taqta’ u ahna nnaqqu biss. Kien fl-ahhar sena li ghamilnieh hemmhekk meta bdejna naqtghu xi ftit ahna u dan minhabba li Karmni kienet ġa ma tqumx mis-sodda. Dak in-nhar ftit mijiet konna nghamlu u mhux eluf bhallum. Minn hawn isfel konna mmorru jien u Marija Saliba, illum miżżewġa lil Toni ta’ Grezzju. Nisa kbar kien ikun hemm Rożella ta’ Skardi u Grezzja taż-Żaqżuq u ghal xi żmien kienu jiġu x-xebbiet ta’ Pawlu ta’ Kejselli, Tonina u Karmena u anke Rita. Konna niltaqghu nhar ta’ Sibt wara nofs in-nhar u konna nsajruh ghand Pietru Galea tas-Sibu, in-nannu ta’ Stella Galea ta’ Żoqju li kien jiġi missier ommha. L-Ghażżiel lest kienet tiehdu Karmni fil-forn li kellu fejn toqghod Stella llum.
Semmejt il-forn ta’ Pietru, tiftakar postijiet ohrajn fejn kontu tmorru bl-Ghażżiel?
Meta mietet Karmni ta’ Majru morna fid-dar ta’ Karmena Żammit tal-Bajju li kellha d-dar u ghadha hemm fi Triq Skapuċċina hdejn il-lok tas-Serduk u jissajjar fil-forn ta’ Ġużepp Axiak ta’ Rafiel. Meta mietet Karmena spiċċajna nghamlu kollox ghand Ġużepp ta’ Rafiel u meta irtira bil-pensjoni l-ghażżiel beda jsir fid-dar vojta t’ Anġlu u Peppa Axiak u jissajjar fil-forn ta’ Fortun ta’ Bram li kien ghadu kif fetah. Ftit wara offrejtilhom il-post imsejjah tal-Pejpu li ghandi jien hdejn ir-roundabout hawnhekk fi Triq Skapuċċina u meta ghalaq il-forn ta’ Bram bdejna nsajjru dan l-Ġhażżiel ghand Frenċ Farruġia l-Peċiċ u bqajna hemm sakemm spiċċa minn furnar. Minnufih fir-rahal bdejna naraw furnara minn irhula ohrajn fosthom Lina Mercieca ta’ David tal-Mezzan li ghandhom l-forn ġewwa Kerċem u l-Ghażżiel beda jissajjar hemmhekk. David kien jibghatilna it-turtieri biex npoġġu l-ghażżiel fihom ma’ ċertu Franco u anke xi drabi ma’ Josef Zahra tal-Wejqa, meta kienu jitilghu ibighu il-hobż, peress li dawn it-tnejn ja]dmu mieghu. Ġara li David fil-week-ends, kien beda jghamel t-tiġijiet u parties u ma setax ikompli jsajjar l-Ghażżiel, peress li konna niltaqghu fil-week-ends l-aktar ghax l-arċipriet Saliba kien ikun jixtiequ lest f’Lulju qabel jibdew jarmaw il-knisja ghall-festa. Kien ghalhekk li minn ġo tieghi beda jsir fiċ-entru Parrokkjali u jsajjru Frenċ Saliba fil-forn tal-pizza. Kompla jsir f’ Lulju iżda mhux fil-week-ends u bdew imorru kuljum, barra nhar t’ Erbgha minhabba l-Erbghat tal-Madonna. Ghalkemm m’ghadnix nitla’ nghinhom, xorta bqajt nkarigata ghaliex meta l-ghażżiel jissajjar, l-arċipriet iġibu hawn, nfarfru mid-dqiq (ara ritratt) u jdum hawn sa meta jqassmuh fil-festa tal-Isem tal-Madonna fit-12 ta’ Settembru.
Ghomor ta’ bniedem thit u tistinka ghal-knisja! Ghandek xi proġett li taghzlu minn ohrajn?
Ma nahsibx li nkun qed niftahar, ghax ma nixtieqx hekk, jekk nghidlek li nhoss sodisfazzjon kbir meta niftakar fil-hjata tan-newl li ghamilt fil-monument ta’ Ġesuċ Mejjet. Ghamilt ta’ statwi ohrajn, iżda tal-monument ghalija jibqa f’mohhi u f’qalbi. Din hija urna kompluta, perfetta u l-aktar haġa li biha hriġt sodisfatta minn kważi dak kollu li hitt f’hajti.
X’inhu l-awgurju tieghek lin-nisa meta illum qed nghixu f’dinja ta’ ġib ’l hawn biss?
Lix-xebbiet tal-lum, naturalment dawk li jafu jhitu, minkejja li hafna minnhom jibdew jahdmu minn kmieni jew l-istudju iċahhadhom mix-xoghol tal-hjata, nghidilhom biex jghinu meta jkun ser isir xi xoghol tal-hjata ghall-parroċċa. Illum ghandi 75 sena u minkejja li jiena qatt ma thallast ta’ xogholi, ma mittx bil-ġuh u ghamilt hajti kollha nghin fil-knisja. Il-proġetti tal-hjata li semmejna illum qed jitgawdew minn kulhadd. Bil-ferh ninnota li illum ghandna min ihit mid-dar tieghu u jghin fi proġetti forsi iżghar milli semmejtlek, bhall meta intom tal-Banda titolbu l-ghajnuna taghhom biex isiru il-bnadar ghat-tfal eċċ.
Inti ġejt maghżula biex tinghata l-Unuri ta’ Ġieh il-Banda Santa Marija 2008 mhux biss ghax hdimt fil-knisja u fit-tkabbir tal-festa iżda ukoll minhabba l-ghajnuna tieghek lil Banda Santa Marija. Xi tghidilna?
Dan li ser nghidlek int tiftakru sew ghaliex kont wiehed mill-ewwel membri tal-kumitat tal-Banda. Qabel twaqqaftu intom, konna naghmlu coffee mornings, wiehed kull xahar, iżda hafna iżghar u l-qliegh kien imur kollu ghall-knisja. Jien kont intella’ t-tombla u kien hemm Pina, Marija Calleja ta’ Savier, Marija Cini tal-Pjazza, Marija Mallia ta’ ikku u Frances Cefai. Imbghad meta twaqqaftu intom ġie l-Arċipriet Vella u qalilna jekk ahniex kuntenti li dawn il-coffee mornings nghadduhom lil Banda Santa Marija. Kulhadd kien kuntent li bdejna ma dan il-kumitat ġdid u bqajna l-istess grupp, kważi kollha nghinukom. U minn dak in-nhar dawn il-coffee-mornings ghadhom isiru bi tnejn ewlenin, wiehed fil-karnival u iehor fil-pjazza qabel il-festa.
Antonia aghtina l-ahhar kelma…
Jiena nghid grazzi lilkom, ta’ dan ix-xoghol li qed taghamlu ghax din hi l-istorja taghna ilkoll u m’ghandiex tintesa jew ghar minn hekk tintielef. Jien illum kbirt fiż-żmien u mieghi f’dawn it-tlettax il-sena kibret ukoll il-Banda Santa Marija. Ma kienx jisthoqqli dan l-unur iżda la ghażiltu lili naċċettah bil-qalb u b’sinjal ta’ kuraġġ lejn nisa ohrajn, mhux xebbiet biss. Inheġġiġhom biex minkejja kollox jghinu lill- parroċċa u fuq kollox lis-Soċjetaċ Filarmonika Santa Marija. Nixtieq hafna li nkun niflah biex dak in-nhar tal-20 t’Awissu nkun maghkom u nattendi ghall-kunċert kif wara kollox dejjem ghamilt fil-kunċerti kollha li saru s’issa mill-1996 ’l hawn.
George Cefai