Nhar l-24 ta` Gunju 1981 gie kkonsagrat l-Artal Mejda tal-knisja taz-Zebbug, u dan ifisser li fir-rahal taghna kien inbeda progett ambizzjuz fornut minn materjal uniku Zebbugi. L-artist u l-iskultur ta`dan il-kapulavur is-Sur Ronald Pisani mid-dar tieghu ftas-Sliema rega` fakkarna f`dawk il-granet u gimghat storici ta 26 sena ilu waqt laqgha ma` George Cefai… Fil-qosor hafna ha naraw l-ewwel kif evolviet l-istorja ta` dan l-alabastru uniku f`Malta u f`Ghawdex!!!
Hekk kif wiehed jittawwal fil-knisja taz-Zebbug Ghawdex, mill-ewwel jikkoncentra ruhu fuq zewg affarijiet straordinarji, il-bini nnifsu tal-knisja u l-Artal Mejda. Minn idejn il-bennej bravissmu Vitor Vella hargu opri monumentali fosthom it-tempju marjan Ta Pinu u t-tkabbir tal-knisja taz-Zebbug. Il-knisja taghna hija mghonija barkitettura perfetta fil-qisien tal-koppla, fl-ezattezza tal-arzelli fis-sekondordni, ma` saqaf li jsahhreku dan kollu bi skultura li tghaxxqek minsuga kwazi kollha fil-gebla tal-franka l-aktar safja mis-sur Carmelo Cini tac-Covi mghejjun minn ibnu Leli. Izda kif tkompli diehel aktar il-gewwa l-mohh flok jintilef l hawn u l hinn, igieghlek minnufih ticcassa fuq l-Artal Mejda, bicca xoghol li thaddan fiha proporzjonijiet daqstant perfetti fid-disinn u l-kwalita. L-istoriku Agius de Soldanis fl-1743 ippublika l-ktieb tieghu Ghawdex bil- Grajja Tieghu u fih jirrakkonta li l-alabastru taghna gie nnotat l-ewwel darba fl-1738 grazzi ghal xi haddiema li kienu qed igorru l-artali tar-rham li ngabu minn barra ghall-knisja taghna, u dan ix-xoghol kien zbarkat fRas ir-Reqqa. Waqt li kienu telghin mis-Saghtrija, aktarx li gibdu lejn tac-Caqra u indunaw bi blata kbira minn dan l-alabastru li kienet inkixfet bix-xita. Dan kien zmien li l-parrocca taghna kellha fuq it-tmun lil mibki mahbub l-ewwel kappillan Dun Frangisk Vella li kien ilu ghaddej bil-bini tal-Knisja (1690 1735) madwar 45 sena. Issa kien xjah, u zgur li fdik l-eta ma setax jithajjar jibda xi progett minn dan l-irham, ghax kien diga` offra gharqu u gidu sahansitra tghabba bid-djun biex bena il-knisja taghna, u l-interess tieghu dak in-nhar kien li dan l-ispazju gdid issa jkun mghammar tajjeb ghas-servizzi tAlla fosthom bl-artali li semmejna. Meta l-Granmastru Despuig gie nfurmat bdin is-sejba ta alabastru, dan hataf taht idejh taghbijiet kbar li sab hafna minnu fil-hitan tas-sejjieh fl-ghelieqi tal-madwar li xi bdiewa taghna kienu diga bnew minnu. Fl-1742 kittieb franciz kiteb imbaghad ktieb shih jispjega kif jissawwar l-alabastru u fl-1805 l-istoriku Ingliz Louis de Boisegelin fil-ktieb tieghu Ancient and Modern Malta jitkellem dwar Barriera ta Alabastru fuq il-gholja taz-Zebbug Ghawdex. Anke l-ewwel Malti li kiteb l-istorja ta gensna Gian Frangisk Abela fit-tieni ktieb tieghu jitkellem dwar il-kulur tieghuG isfar deheb bxi vini lewn il-qoton ahmar u jghid kif minn dan l-alabastru saru tavolini ma` bicciet ohrajn eleganti. Monsinjur Andrea Vella (1899 – 1990) fil-faxxikli tieghu li fihom kien gabar grajjiet ir-rahal taghna ukoll jitkellem dwar dan l-alabastru filwaqt li Dun Guzepp Vella fil-ktieb tieghu Iz-ZebbugG Il-Parrocca ta Santa Marija li hareg fl-1988 jirrakkonta bmod dettaljat l-istorja ta dan l-irham. Fir-rivista tal-parrocca L-Gholja taz-Zebbug fdiversi hargiet dehru ukoll artikli shah li jittrattaw l-istess suggett forsi l-aktar li tispikka hija dik bin-numru 55 tas-sena 2001. Barra l-artal taghna nsibu ohrajn mahdumin minn dan l-istess materjal prezzjuzG fil-knisja bazilika tal-Patrocinju fl-Ghasri, fil-kappella ta San Gorg fil-Kon-Katidral ta San Gwann fil-Belt u l-artal ta San Publiju fil-Kappella tal-Katidral ta l-Imdina. Sar il-fonti tal-maghmudija fil-Katidral tGhawdex u ntbaghtu xoghlijiet minnu fRuma, fil-Portugal u fMajorka. Izda d-destin ried li ghalina z-Zebbugin dan l-irham kellu jibqa` mistur u protett taht it-trab hamrani tas-Saghtrija ghal madwar 200 sena ohra. Kien fit-28 ta Lulju 1934 meta Salvu Cefai, bin Mikiel u Karmena nee Galea (ritratt ta Salvu li jinsab fis-sagristija gie rregalat lil knisja taz-Zebbug fSettembru 2006 minn ibnu Cikku waqt btala mill-Awstralja), izzewweg lil Maria Agius l-unika wild ta Mikiel u Tereza nee Cutajar li kienu s-sidien tal-ghalqa fis-Saghtrija li fija nstab l-alabastru Zebbugi. Fdan il-perjodu fl-istess post kienet saret tfittxija ghall-dan l-irham u nstabet blata kbira mirduma li aktar tard kellu jsir minnha l-artal mejda. Izda l-istess hawnhekk il-Kappillan ta dak in-nhar Dun MAng Cauchi kien ghaddej bil-bini tac-Cimiterju u kien qed jipprepara ghat-tkabbir tal-bini tal-knisja u allura dan l-irham kellu ghal darbohra jistenna ftit iehor. Sadanittant it-tfal li kellhom Salvu u Marija kienu mietu zghar u l-istess ghamlet Marija mietet fl-eta ta 35 sena nhar is-27 ta Marzu 1947 u bhekk Salvu Cefai sar l-eredi ewlieni tal-ghelieqi fis-Saghtrija. Wara xi zmien Salvu rega zzewweg lil Katerina nee Cini u kellhom 7 wlied. Kien fl-1980 li Salvu u Katerina taw il-permess lill-arcipriet Dun Alwig Vella biex mill-ghalqa taghhom tinqala` l-blata u minnha jsir l-artal mejda, mhux biss izda, Salvu irregala lill- knisja taz-Zebbug l-irham kollu li seta` jinstab hemhekk biex isiru opri ohrajn.
Sur Pisani kif gietek l-ideja li tibda tahdem ix-xoghol fl-irham?
Dan trid tmur lura mhux hazin kwazi 40 sena ilu, kont ghadni daqxejn ta tfajjel zghir minn zmien l-iskola primarja aktarx li kienet is-sena 1958. Kont inhazzez bil-lapes anke waqt il-lezzjonijiet u nhoss li kelli vantagg fuq l-ohrajn ghaliex taf int it-teachers kienu iqabbduna nghamlu l-compositions biex ikunu jafu kemm int krejattiv, almenu fil-hsieb, u jiena kont mhux biss nikteb izda npingi s-suggett mitlub, u t-teahers kienu jaraw fija potenzjal li ma kienx jezisti fl-istudenti l-ohrajn shabi u allura anke meta kien ikolli zbalji fil-kitba kienu jpattuli tat-tpingija. Kelli diversi ghalliema specjalment tal-arts li kienu jindunaw li l-istudenti kollha jkollhom dik ix-xihaga go fihom u lili kienu jinkoragguni fdan il-qasam li semmejtlek, tant li kienu jghatuni drawings books kbar biex inpingi fuqhom. Kienu jaghtuna ukoll il-pastellina, anke illum ghadhom jghatuhom il- plasticene u kont nohloq dawn l-oggetti u figuri bhal xbihat ta nies izda l-aktar suldati u zwiemel u imbaghad biz-zmien l-interess jibda jikber fik. Min naha taghhom t-teachers kienu juru interess fik u jaghmlulek l-kuragg ghax sahansitra kienu baghtuni nistudja fi skejjel ohrajn. Meta kelli madwar 17 il sena komplejt billi bdejt niehu kors fil-Polytechnic ta l-Imsida u hemmhekk iltqajt ma majestri tajbin hafna. Tinsiex li z-zmien ta dik l-eta jkun delikat ghall- kumplament ta hajtek, izda l-influwenza tas-surmastijiet Anton Agius, Bugeja u Esprit Barthet li kienu famuzi min ghad-disinn, min fuq il-kuluri u min fuq il-modelling tal-pastellina ghenuni biex nsir naf aktar jien min jien. Kelli wkoll hbieb tieghi li kienu diga` artisti stabbiliti, insemmilek lil famuz Guzeppi Genuis li kien mill-Isla, kien miet zghir ta 34 sena, izda minn taht idejh ilhaqt tghallimt naghmel il-forma u l-mudellar bit-tafal. Imbghad kont bdejt nahdem il-Hamrun peress li ahna konna minn hemmhekk, ma` certu Spiteri Sacco li kien Ghawdxi, mir-Rabat, li izda kien ilu snin twal jghix Malta. Dan kien bniedem li hadem hafna xogholijiet bhal id-dekorazzjonijiet tar-Radio City fil-Hamrun meta kien ghadu jinbena, il- lunetti dawk il-famuzi erba` figuri li hemm taht il-koppla fil-knisja ta San Gejtanu, u hadem ukoll xoghol barra minn Malta gewwa Ruma. Issa dan Spiteri Sacco meta kien jarani interessat fl-arti, kien jaghtini xnaghmel u tibda titghallem aktar.
Fix-xoghol tieghek id-disinni huma ndispensabbli. Kemm ilek li bdejt tpingi?
Xi snin ilu kont iltqajt ma` habib tieghi li konna l-iskola flimkien, illum imlahhaq u qed jahdem gewwa bank. Dan fakkarni li ghandu disinn tieghi li jmur lura madwar 40 sena ilu jigifieri fil-bidunett tal-karriera tieghi, jirraprezenta l-Assedju l-Kbir ta Malta. Insejt li kont pittirtu jien u tlabtu biex immur narah u nerga` nghix il-bidu tax-xoghol tieghi. Qalli li ghalih huwa mprezzabbli u irrifjuta li jbieghhuli lura. Jien kont inhobb inpitter hafna veduti u xenarji bil-lapes u wara kont intihom il-kulur id-dar. FMalta kont immur lejn il- port il-kbir, l-Imdina minn fuq xi sur jew kantuniera, u postijiet ohrajn. FGhawdex pingejt in-naha tad-Dwejra u tal-Lunzjata u mix-xatt minn hdejn il-knisja ta Sant Antnin tal-patrijiet Frangiskani, veduti tal-Imgarr u Kemmuna bMalta tahtek, ma ninsihom qatt dawk il-veduti.
Il-hiliet tieghek fl-irham dehru permezz ta wirja li kont ghamilt! Kemm ilu dan iz-zmien?
Sa l-1978 immaturajt aktar fix-xoghol ta l-irham, u dak in-nhar gietni opportunita` biex naghmel esebizzjoni fil-Muzew ta` l-Arti fil-Belt jigifieri l-Fine Arts Museum kif kien maghrufdak iz-zmien u dak in-nhar kien ghenni hafna certu Frank Abela li kien id-Direttur Manigerjali tal-Malta Marble go l-Imqabba, kif kienet maghrufa fdawk iz-zmenijiet. Ghal din il-wirja kien tani il-materjal hu, l-offcuts li kienu jqattghu mill-blokki u kelli madwar 30 bicca xoghol fl-irham u kienu xtraw aktar minn nofshom. L-affarijiet li kien fadal ghadhom ghandi u jiddispjacini li kont bieghet l-ohrajn izda fil-bidu tkun bzonn il-flus ghax dan kullhadd l-istess. Din il-wirja kienet giet inawgurata mill-Ministru tal-Kultura Nazzjonali ta dak in nhar is-Sinjorina Agatha Barbara u nhoss li kienet success bhala l-ewwel darba. Brikonoxximent ghall-ghajnuna w l-kuragg li kienet tatni, kont ghamiltilha bhala tifkira l-arma tar-Repubblika interzjata meta kienet ghadha bid-dghajsa u ghad ghandi ukoll ir-ritratti. Iva tant kienet apprezzat dan il-gest li meta konna niltaqghu fis-snin ta wara kienet dejjem issemmihieli. Permezz ta dik l-esebizzjoni n-nies issir taf bik u xkapaci taghmel u wara bdew gejjin l-opportunitajiet ghax-xoghol. Bdejt nghmel dawn il-figuri fuq l-irham u bdejt nigi avvicinat ukoll biex naghmel xoghol kummercjali u bdejt naqla` xi ftit flus biex inkompli miexi fdan il-qasam. Ma stajtx ntella` wirjiet ohrajn wahdi minhabba li x-xoghol ma naqas qatt u allura hin ma jkollokx izda li ghamilt imbghad kienu wirjiet kollettivi u kont nidhol ma` grupp ta artisti, nghidu ahna madwar 10 u naghtihom disinji ta progetti , posters, xi qoxra ta ktieb jew bolol. Fil-bidu kont naghtihom l-original ta li kont inpitter izda illum naghmlilhom photocopy. Dawn jammontaw ghal eluf ta pitturi.
Int vjolinist ta klassi. Xi tfisser ghalik il-muzika?
Kont bdejt nistudja il-muzika fdan l-istess perjodu li qed nghidlek bil-kitarra klassika li kont inmur nitghallimha fil-Marsa. Hdejn id-dar taghna kien joqghod is-surmast Carmelo Schembri li jigi missier Brian Schembri dak il-famuz direttur li kien tghallem fir-Russja u illum qieghed fi Franza u bdejt inmur niehu l-lezzjonijiet minn ghandu. Il- vjolin bdejt nistudjah fl-School of Arts fil-Belt ghand is-surmast Carmelo Callus mis-Siggiewi. Kien zmien sabih ghaliex konna 4 studenti partikolari u konna nistudjaw bis-serjeta` u filwaqt li lil l-ohrajn kien jaghtihom il-lezzjoni li ghandhom bzonn, lilna l-erbgha kien ihallina ghall-ahhar, u kien jibqa` maghna anke barra mil-hin tieghu meta suppost kienet tkun spiccat il-lezzjoni, u minflok fis-7.00pm konna nispiccaw gieli anke fit-8.30pm u kien ukoll iwassalna d-dar. Dan ghadu haj mimli bl-ghomor u minn hawnhekk insellimlu u nirringrazzjah ta dak kollu li ghamel specjalment mieghi. Imbghad wasal iz-zmien meta hargu xi vacancies ghat- Tejatru Manuel fl-1970, kienu saru l-auditions u minhabba skarsezza ta certu bandisti kienu dahluni minkejja li kien fadalli xi ftit xhur biex naghlaq 18 il sena. Insomma, kienu bdew xi hamsa ohra mieghi u sena wara sirt bandist residenti fdin fl-orkestra li illum hija l-Orkestra Nazzjonali u jekk ma nizbaljax ghad fadal xi tlieta li ghadhom idoqqu hemmhekk. Kien hemm min kien ga jdoqq hemmhekk bhal Armando Abela bil-vjola u Romeo Micallef bil-flawt, it-tnejn minn Bormla u t-tnejn idoqqu tajjeb.
U kif sirt midhla tar-rahal taz-Zebbug?
Kienu bdew jghiduli biex nigi ndoqq Ghawdex u s-Surmast Toni Mallia, s-sagristan, kien beda jistedinni biex nibda nigi anke hemmhekk ukoll u fl-1973 konna gejna jien u tlieta ohra mill-orkestra tal- Manuel ndoqqu lil Dun Joe Cefai fl-ewwel quddiesa sollenni tieghu. Wara konna mistednin ghal riceviment li kien ghamel fis-sala tac-Centru Parrokkjali u bqajna ndoqqu hemmhekk. Ma tinsihomx dawk l-okkazjonijiet. Izda sirt midhla sew themmhekk fAwissu 1980 meta darba cempilli Frank Abela (id-Direttur Manigerjali ta dik li kienet il-Malta Marbles) u qalli li fiz-Zebbug Ghawdex jixtiequ jghamlu artal mejda u staqsieni inhiex interessat naghmlu jien. Qalli ukoll li dawn kellhom l-irham taghhom ghalkemm jien kont hsibt mod iehor u ma kelli l-ebda ideja xser insib. Lil dan Abela kienu ga baghtulu xi disinn qisu arkati ghal dan l-artal li kien sar minn Monsinjur MAngelo Apap mix-Xaghra u jien accettajt. Baghtli dan id-disinn id-dar u ndunajt li kien impitter bmod li seta jinhadem izda hassejt li jien stajt noffri idejat ohra u cempilt lill- arcipriet taz-Zebbug, illum Monsinjur Luigi Vella. Issa qabel inkomplu ha nghidlek kif dahal fix-xena dan Abela. L-arcipriet Vella kien inkariga lil Censu Saliba mix-xoghol ta dan il-progett u kien dan Censu li tkellem ma` certu wiehed Mintoff mill-Ghasri, imlaqqam it-Tobby li kien jiehu hafna xoghol ta l-irham lil Malta Marble u kien dan Mintoff li talab lil Frankie Abela biex jahdem dan l-imbierek artal. Qabel kienu ga kellmu lil xi hadd iehor fGhawdex izda skond ma qaluli dan dak in-nhar ma kellux l-ingenji necessarji biex jidhol fl-ghelieqi u lanqas magni ohrajn biex tqatta, ecc…
Fejn iltqajt l-ewwel darba mal-arcipriet tal-parrocca Luigi Vella?
Kienet qed toqrob il-festa ta Santa Marija fl-1980 u jien kont nitla` indoqq fir-Rabat gimgha qabel il-festa taghkom u gejt hemmhekk. Indunajt li kienu qed jippreparaw bil-kbir ghal l-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari ghax anke kien gej xi kardinal u bqajt diehel fil-knisja. Sibt lill-arcipriet Vella u huh Dun Gorg ma` ohrajn jarmaw il-paviljun tal-Madonna u introducejt ruhi maghhom. L-arcipriet Vella spjegali fuq fuq fejn jinstab dan il-materjal, fl-ghelieqi imsejha tas-Saghtrija ftit il-boghod mill-Knisja fil-majjistral taz-Zebbug. Staqsejt lill-arcipriet jekk kienx possibli li nara dan l-irham dak in-nhar stess u niftakar ftit hin wara konna morna jien, l-arcipriet, Censu Saliba (Alla jtih il-Genna) missier l-arcipriet li kellkom Dun Noel u daqxejn ta tfajjel Neriku Cefai, filwaqt li intom komplejtu tarmaw il-paviljun ta Santa Marija. Sadanittant xhin inzilna rajna dan l-irham li kienu diga sabu il-post ezatt fejn kien u anke kixfuh mill-hamrija li kellu fuqu. L-aktar li spikkat kienet il-blata li minnha sar l-artal imdaqqsa mhux hazin kwazi daqs karozza, ( hawnhekk juri r-ritratt ta din il-blata ). Imbghad Censu spjegali li Il-Blata ser titghabba minn hemmhekk ghal Triq tac-Cakra, titla` mis-Saghtrija biex tghaddi miz-Zebbug u jibqghu nezlin biha lejn ix-xatt. Qabel tlaqt kont ghazilt bicca minn dan l-irham u hadtha mieghi biex inkun nista nippruvah u nara xtip ta materjal kien ezatt u jekk kienx tajjeb biex jinhadem. Sadanittant kien irrizultali li dan ma kienx alabastru kif kienu jafuh fl-antik ghaliex l-alabastru huwa aktar artab u allura ma jigix ileqq hafna u jkun fih ukoll gibs ippressat. Dan taghkom kien irham fin aktar mill-alabastru li jiehu lostru isbah u jissejjah ONYX (ONICE).
Kemm domt biex lestejt id-disinn bdawk id-dettalji?
Ha nghidlek ara, jien dak in-nhar ma kontx mort lura Malta ghax kont qieghed fil-lukanda Duke of Edinburgh fir-Rabat Ghawdex kif ga spjegajtlek biex indoqq fSanta Marija tar-Rabat. U kif kont hemhekk wara nofs in-nhar, kif spiccajt l-ikel qbadt lapes u drawing book li kont intella` mieghi dejjem u pittirt id-disinn tal-artal li hemm illum. Dak in-nhar hareg! Meta mort lura Malta komplejt ghamilt id-dettalji bhal zbul, gheneb u zkuk insomma lestejtu u bghattu lill-arcipriet Vella. Ftit granet wara kien cempilli u qalli li kien intghogob hafna izda staqsieni jekk kontx kapaci nahdem dawk id-dettalji li kont pittirt. Ghaliex dan l-arcipriet kien wera dan id-disinn lill-Isqof Cauchi u anke Hu gie f dubju ghax kien staqsieh imma dan jghamluC ghax bil-lapes facli thazzez. Vera kien ghogbu ghax Monsinjur Cauchi xi snin wara kien ippublika xi kotba u kien inkluda dettalji minn dan l-artal fil-faccata ta quddiem. Is-Sibt ta wara Santa Marija taghkom fl-1980 ftehemna li niltaqghu jien u l-arcipriet u tlajt biex nghatih stima li kien talabni, Lm2500 tieghi (elfejn u hames mitt lira) filwaqt li biex inqalghet il-blata, giet trasportata lejn Malta u xoghol fil-knisja kien hemm spejjes ohrajn ta Lm1100 (hdax il mitt lira) Dun Alwig qalli dawn il-precizi kelmiet Din il-blata ilha go dik l-ghalqa ta Salvu Cefai mijiet tas-snin, inti zgur minn din il-bicca xoghol huxC Dan ma kienx progett zghir, kien l-artal principali jigifieri mhix cajta taf. Dak iz-zmien fxi knejjes kienu ga inqalghu xi artali simili u allura kien hemm ukoll xi ftit tal-kompetizzjoni ghax bdew igibu disinni anke barra minn Malta jigifieri dan ix-xoghol ried ikun perfett, izda jiena l-artal kont ga qed narah lest fmohhi u assigurajtu li jkun kollox sew u spjegajtlu fejn ghandha tintbaghat il-blata. Kienet riesqa il-festa tax-Xaghra, ghax jiena nitla` ndoqq ukoll hemmhekk, u niftakar fjum il-Vitorja ezatt gie Censu u xi nies ohrajn mieghu miz-Zebbug u infurmani li l-blata kienet diga` fi triqtha lejn Malta ma` dan Mintoff li tkellimna. L-ghada mort l-Malta Marbles (wara kienet saret Imqabba Marbles u illum Agius Marbles) u hemmhekk rajt din il-blata famuza u storika nghid jien. Allura imbaghad lestejt d-disinn kbir, full-size ta kif ha jsir u bdejt infassal ukoll kif ser inqatta` l-affarijiet minnha u x-xoghol beda fSettembru. Kienet blata li meta saffejniha, jigifieri meta qtajnilha il-qoxra taghha vera kienet sabieha, ma kien hemm telf xejn lanqas tracca wahda ta arja, ghax anke il-qxur konna uzajna. Ma din il-blata kienu gabu ukoll tliet bicciet zghar li minnhom ghamilt il-paviment ta taht l-artal. Fl-1 ta Mejju ghabbejna kollox fuq trakk lejn l-Imqabba fejn kien hemm il-wicc peress li dik hija irhama solida ta 2 pulzieri miksija bl-onice u allura hdimtha l-Imqabba peress li riedet titghabba bcrane apposta minhabba it-toqol taghha. It-trakk raqad l-Imqabba u l-ghada s-Sibt 2 ta Mejju nizzilna dan l-artal lejn iz-Zebbug. Tlaqna madwar il-5 ta fil-ghodu u qbadna il-vapur l-Imgarr. Fuq iz-zuntier sibna hafna nies jistennewna, nies li whud kienu bennejja u fkemm ilni nghidlek hattejna kollox fil-knisja.
Erga fakkarna ftit il-process ta kif tlesta dan l-artal mejda gdid?
Kien hemm artal mejda ta l-injam minflok dan ta l-Onyx li illum, minghalija gieli juzawh fxi funzjoni fic-cimiterju. Censu kien ga nehha l-artal tal-gebel li kien hemm taht l-inkwadru, ghamlulu sodda tal-concrete u mbaghad meta qlajna l-artal maggur poggejnieh floku naqra il-barra. Konna qlajniegh bicca bicca u nnumerajnieh. Dak iz-zmien kien ikun hemm hafna nies jghinuni jew josservaw bhal Cikku Mallia, ovvjament Censu Saliba u anke xi tfal zghar fosthom niftakar anke lilek. Izda kien jigi jittawwal hafna certu wiehed Toni Camilleri tal-Gilormu min-naha tisfel tar-rahal. U fjumejn lestejna dan l-artal mejda u ha jumejn minhabba li l-paviment tieghu fih zewg targiet u kellna nistennewh jinxef sew qabel poggejna l-pilastri fuqu. Is-Sibt wasalna biex inpoggu il-wicc tal-artal u peress li dak tqil, uzajna l-lasti li jgorru bihom l-istatwa ta Santa Marija biex wassalnieh sal-post. Dorna hafna irgiel mieghu u jiena taht biex nikkoregihom u niftakar li ezatt, imma ezatt taf, li kif ghedtilhom nizzlu u tpogga fuq is-saqajn jigifieri mess ma` dawk l-erba pilastri, dak il-hin smajna iddoqq il-qanpiena il-kbira bil-hin tat-tmienja ta fil-ghodu minn nepputija tal-arcipriet Marija li kienet tkun dejjem hemm tnaddaf. Tiskanta ghax il-mensa kien qisha l-ilsien tal-qanpiena u fil-pront kullhadd ferah u niftakar lil Dun Gorg hu l-arcipriet qalilna l-Angelus bhala l-ewwel ringrazzjament lill- Madonna li dan ix-xoghol tlesta biex imbaghad sa nofs in-nhar kien lest minn kollox. Fil-ghaxija dan Dun Gorg kien ghamel l-ewwel quddiesa fuqu ghall-benefatturi, ghall dawk li hadmu u kien irringrazzja lil kullhadd. Vera kienet sabieha dik il-quddiesa u niftakarha sew hafna, qatt ma ninsiha dik l-esperjenza.
L-interess taz-Zebbugin fdak li kont qed taghmel kif kien?
Waqt li kont ghaddej bix-xoghol ftas-Sliema, minn naha tieghi jien bqajt ninforma lill-arcipriet kull xahar fiex kont wasalt fix-xoghol u hadd ma kien jigi jara xqed naghmel sa meta darba minnhom fJannar tas-sena 1981, kont qieghed prova waqt kuncert fit-Tejatru Manuel u jitfacca certu Karmnu Cini (ta Sufu) u xi nies ohra mieghu. U morna u raw ix-xoghol li peress li kelli hafna minnu lest baqghu mpressjonati. U infurmaw bkollox lill-arcipriet li mbghad gie hawnhekk ma` Dun Gorg u Dun Salv u raw bghajnejhom ix-xoghol li kien avanzat hafna ghax aktarx li kien Frar. Imbaghad dwar meta lestejtu fil-knisja dak in-nhar fil-ghaxija stess bdew gejjin nies ma nafx min fejn, kien gie nofs ir-rahal jarah ghax il-kelma griet, jigifieri kienu jafu xqed naghmel tikka btikka. Diga` kien hemm iffissata l-gurnata tal-konsagrazzjoni tieghu izda jien ma stajtx nigi peress li kelli d-daqq imwieghed. Il-mara tieghi Carmen kienet tellghet l-offerti mal-benefattur tal-blata Salvu Cefai waqt dik il-quddiesa u ghad ghandna xi ritratti wkoll. Waslet il-festa u dik is-sena telghu hafna nies minn Ghawdex kollu u anke minn Malta. Dawn rajthom jien ghax kont hemm hdejn dan l-artal kwazi il-hin kollu. Hafna kienu jghiduli li mhux veru kien xoghli u niftakar darba minnhom tnejn min-nies minn GhSielem minghalija kienu anke sfidawni li ma kontx ghamiltu jien. Kien success! Bdin il-bicca xoghol imbaghad infethu bibien is-sema ghax go Ghawdex biss sal-lum hdimt l-artali ta hames parrocci, taz-Zebbug, tax- Xaghra, San Lawrenz, Munxar u tal-Qala. FGhawdex ukoll imma go kappelli hdimt ta Sant Anton fix-Xaghra, ta Marsalforn, tas-sorijiet ta l-Istilla fir-Rabat, ta San Gakbu, Dar Stella Maris u tal-Muzew fiz-Zebbug. Jekk naccetta wkoll dak ta San Pupulju tal-Furjana ha nkun hdimt 31 artal fMalta u Ghawdex, medja ta wiehed u nofs fsena min 25 sena lhawn ghaliex taghkom issa ghalaq 25 sena.
Xmemorji ghandek tal-benefattur Salvu Cefai?
Jiena sirt nafu sew meta bdejt ix-xoghol fil-knisja hemmhekk u kont fkuntatt mieghu il-hin kollu u gieli kont immur ghandu d-dar. Fil-knisja kien ihobb joqghod in-naha ta San Pawl, kien jigi kmieni fil-ghaxija jghid ir-ruzarju waqt li jien kont inkun ghadni nahdem u konna noqoghdu nitkellmu ftit qabel jibda jitlob. Kliemu kien kollu gherf, ftit kliem imma meqjus. Kont ghamilt tliet kurcifissi minn dan l-onice u tajt wiehed lilu, iehor kien tah l-arcipriet Vella lill-Isqof Cauchi u iehor qieghed ghand l-arcipriet Vella. Salib zghir iehor kien inghata lill-Vigarju Generali tGhawdex Gauci li kien gie ghal xi funzjoni. Kont ghamilt ukoll sett gandlieri ghal fuq dan l-artal li ghadhom jintuzaw ukoll.
Sur Pisani xifisser ghalik iz-Zebbug illum, wara 26 sena?
Fdawn is-snin fir-rahal kien hemm okkazjonijiet ta ferh u bghafsa ta qalb nghid anke ta niket. Niftakar kienet waslet il-festa ta Santa Marija, jien kont qed indoqq fil-Katidral u gie fuqi Dun Guzepp Saliba miz-Zebbug ukoll u qalli li hemm fuq kienet grat tragedja u fiha kien miet Leli Cini li mbghad thassret il-festa brispett lejh. Kien hemm ohra wara li fiha mietu tnejn fosthom dak ir-ragel hu l-mara tieghek. Niftakar ukoll funerali ta hafna Zebbugin fosthom qassisin li hallewna li kienu jigu hdejja waqt ix-xoghol fil-knisja. Ma ninsiex lil Guzeppi n-Nahasru bniedem simpatiku hafna li xejn mhu xejn ma kien jaqta` qalbu minn xejn, xejn, lanqas jekk tghidlu ejja ha nwaqqghu l-koppla, mhu xejn, kien jghidlek iva ejja ha nmorru , dak it-tip kien. Din in-nostalgija ggieblek id-dieqa. Ferh kien hemm kemm trid u niftakar hafna affarijiet sbieh. Okkazjonijiet ta sacerdoti godda li daqqejt fihom u tigijiet tlajt kemm il-darba hemmhekk. Is-successi li rajt jikseb it-tim tal-football, l-ikla tadizzjonali li taghmlu kull sena tipikament festa maltija fil-pjazza, u dan l-ahhar snin il-kuncerti taghkom li semmejtlek ovvjament ma ninsa qatt meta gie ikkonsagrat l-artal ghax dik tibqa xi haga kbira u ta kull sena ghadni inhobb nitla` biex innaddfu jien fdawk il-hofor u t-toqob li fih, u naghmel nofs ta nhar indur mieghu. L-ewwel nahslu bl-ilma, nghatih il-lostru mill-gdid fejn forsi jkun intlaqat bxi haga u jerga jigi brillanti. Bqajt inzomm kuntatt ukoll billi kull sena naghmel arlogg mill-istess irham lill-Ghaqda tan-Nar taghkom li jghamluh lotterija, u bqajt ukoll nitla` ndoqq ghax is-Surmast Guzeppi Mallia jkun jistennieni bil-herqa.
Int President Onorarju tas-Soc. Filar. Santa Marija. Kemm kont konvint mit-twaqqif ta din l-ghaqda muzikali?
L-ideja tal-banda kien ilhom isemmuha hemmhekk izda kienu jibdew u imbaghad jaqtghu qalbhom u jispicca kollox. Orkestrina dejjem kien hemm, izda li taghmel banda mhix cajta eh ghax dan kullhadd jibda jaghmel dik il-haga jew l-ohra izda mbaghad trid tara tibqax ghax dik l-isfida. Naf li tinvolvi hafna spejjez ghax jien qieghed fkumitati ftas-Sliema, u l-Hamrun u naf xjinvolvi ghax dawn baned kbar. Tinsiex li intom rahal ta` ftit aktar minn 1000 ruh u trid taqta` t-tfal barra ghax dawk mhux ha jaghtuk flus, koppji zghazagh l-istess ikunu taht spejjes ta trobbija u dar, u allura dawk li jghatu jqassmu lilkom tal-banda, tan-nar, tal-football, muzew, knisja u kunvent. Ghalija din taghkom hija xi haga providenzjalimiraklu dan. Izda intom forsi rnexxejtu aktar minn ohrajn peress li mill-bidu nett (ghax kont segwejtkom) kien hemm serjeta` kbira kif tmexxu u anke fdak kollu li torganizzaw. Mhux biss bqajtu tezistu izda irnexxielkom takwistaw dik l-art u fuqha qed tibnu s-sedja, kazin li lilek fid-diskorsi smajtek kemm il-darba issejjahlu gojjell u verament hekk hu. Jien naf bsocjetajiet li ilhom imwaqqfa kwazi 100 sena fpostijiet akbar minnkom u hafna aktar sinjuri u ghadhom bla kazin jew qeghdin fterran. Izda l-inpenn taghkom bhala kumitat li bqajtu taqdfu minkejja kollox, jimlieni bil-kuragg ghax naf li kappaci u taslu. U taqtghux qalbkom ghax diffikutajiet kullhadd ikollu taf, kullhadd, basta ma tidhkux bxulxin, ghax veru li l-bini jiehu hafna energija izda dak daqt jghaddi u tikkoncentraw aktar fuq l-attivitajiet kulturali u krejattivi bhalma kontu taghmlu fil-bidu ghax il-bini johloq gap fil-mixi.
Xinhuma l-impressjonijiet tieghek fuq il-Kuncert Annwali li taghmel il-Banda Santa Marija?
Jien imdorri niehu sehem fakkademji, izda il-kuncerti taghkom li taghmlu fis-Sajf fihom l-aqwa hagal-element lokali. Fdawn ta l-ahhar snin sar progress aktar minn tal-bidu, muzika adattata, mhux li iddejjaq in-nies, ma taghmlux diffikultajiet fil-muzika li tghazlu ghax jekk xi hadd irid jisma` xi haga kbira dak imur it-tejatru u mhux jigi fil-pjazza. Izda l-aktar li hadt pjacir nara fil-kuncerti huwa li hadtu hsieb tiftakru u ssemmu Zebbugin jew nies ohrajn li taw kontribut lejn iz-Zebbug, lejn Santa Marija u lejn il-festa taghha u turu apprezzament lejhom u lejn xogholhom. L-Unuri ta Gieh il-Banda Santa Marija zgur hija xi haga li haqqkom vera prosit ghaliha ukoll u naf bsocjetajiet ohrajn li kupjawkhom fuqha. Kompluh dak il-gest ghax issa bil-kazin tkunu hafna aktar obligati u z-zghar jibqghu jiftakkruhom. Hadt pjacir ukoll li hsibtu anke fl-innijiet u ghamiltu wiehed liz-Zebbug, lill- Madonna tal-Ghazziel, u iehor lill- Madonna tac-Cicri ghax dawk ma kienux jeziztu u nispera li l quddiem taghmlu izjed ghax fadlilkom affarijiet li tridu tahsbu fuqhom bhalma diga` ghedtlek. Marci jien ktibt xi 100 u iddecidejt li ntihom kollha lilkom biex l-ewwelnett il-flus mill-kopji tehodhom is-Socjeta` taghkom u anke meta xi hadd ikun irid xi marc issa jkellem lilkom ghax naf li qeghdin migburin bmohhi mistrieh li ser jinqeda ghax dawk propjeta` taghkom issa. U mill-gdid grazzi lilkom li fdak il-kuncert sabieh Niftakru, Nifirhu u Ngeddu tas-sena 2005 onorajtuni bdik il-hatra ta President Onorarju.
Ron l-ahhar kelma
L-ahhar kelma ghax din importanti tmur lilkom! Intom tas-Socjeta` Filarmonika Santa Marija, kif naqbad nghid… grupp ta nies li matul is-snin urejtu bil-fatti kemm vera tapprezzaw il-kultura lokali u ghalhekk inheggigkom biex torganizzaw tours mhux barra mir-rahal biss izda fil-knisja taghkom ukoll ghat-turisti, fejn naf jien almenu darba fil-gimgha ghax dan l-artal ghadu sal-lum l-attrazzjoni tal-knisja… Illum minbarra l-artal mejda hemm knisja mimlija minn dan l-Onice lokali. Dan huwa l-aqwa attrazzjoni ghat-turisti u mhux niehu biss nies jaraw affarijiet li nhaddmu barra minn Malta ghax bhekk wiehed jara u japprezza xjippossedi il-lokal taghkom. Tridu tkunu intom li toholqu dawn l-inizzjattivi ghax hadd mghandu dan il-potenzjal anzi nghid dan l-obligu.
George Cefai
30 ta’ Mejju 2006
Profil tas-Sur Ronald Pisani
Ronald Pisani twieled fil-5 ta` Jannar 1951 minn Domenico Pisani mill-Hamrun u Francesca Silvio mill-belt ta` Bormla u huwa il-hames wild minn seba` li kellha il-familja Pisani. Mizzewweg lil Carmen Ann Grech minn tas-Sliema u ghandhom zewgt itfal, Jean James u Aaron. Ta`eta zghira wera il-hajra tieghu fl-arti u haga li mhix tas-soltu kienet li waqt il-lezzjonijiet ta l-iskola Ronald kien mhux biss jikteb dwar is-suggett, izda kien ipingi mmagni tal-lezzjoni partikolari u b`hekk kien jirbah marki bizzejjed specjalment waqt xi ezami.
Ta` 10 snin beda jistudja il-muzika, suggett verament ghal qalb dan l-artist u l-ewwel strument li tghallem kienet il-kitarra klassika. Wara kompla jistudja il-vjolin fil-Malta Society of Arts taht is-surmast Mro. Carmelo Callus filwaqt li taht Mro. Carmelo Pace u Mro. Carmelo Schembri, Pisani studja l-armonija u t-teorija tal-muzika.
Waqt dan il-perjodu Ronald Pisani beda jiehu interess fl-arti ta` l-iskultura u ghal xi zmien kien jattendi il-Poly Technic ta` l-Imsida taht l-artisti Esprit Barthet u Anton Agius. Wara ha t-tahrig fit-teknika biex jaghmel il-forma tal-gibs ghand Guzeppi Genius.
Il-materjal li l-artist Pisani ghandu ghal qalbu bla ebda dubju huwa l-irham. Fl-1967 Ronald beda jahdem mad-ditta ta` Spiteri Sacco tal-Hamrun fejn ha hafna esperjenza fis-sengha ta`marmista u kien waqt dan il-perjodu li hadem ukoll mal-professur taljan Chicotti. F`dan il-perjodu Ronald Pisani kien baqa jistudja il-vjolin biex b`hekk fl-1971 dahal Membru Residenti fl-orkestra tat-Teatru Manuel, illum l-Orkestra Nazzjonali, li dam bhala Prim Vjolin sa 1-1987. F`din l-orkestra daqq diversi xoghlijiet ta` kompozituri internazzjonali maghrufa taht diversi diretturi ta` fama kemm Maltin u anke barranin. Dan kien zmien sabih ghall-artist Pisani li baqa` marbut ma` qalbu sal-lum.
Fl-1975 huwa ha sehem f`kompetizzjoni ta` l-arti organizzata mic-centru taz-zghazagh Immakulata Kuncizzjoni Hamrun fejn rebah l-ewwel premju u fl-1978 gie ukoll fl-ewwel post f`konkors imniedi mill-Malta Trade Fair fejn rebah dik il- kompetizzjoni ghall-isbah disinn tal- Poster Ufficjali ta`dik is-sena. F`dik is-sena ukoll Ronald tella` esebizzjoni ta` xoghlijiet fl-irham gewwa il-muzew tal-Fine Arts fil-Belt Valletta.
L-opportunitajiet li jahdem f`diversi knejjes kienu hafna kemm f`Malta u kemm f`Ghawdex. Fl-1981 Pisani hadem l-artal mejda ghall-knisja arcipretali taz-Zebbug Ghawdex. Din il-bicca xoghol hija meqjusa bhala l-kapulavur tas-sur Pisani li wara kompla jahdem diversi xoghlijiet ohra fl-istess knisja.
Xoghol iehor li jispikka hafna insibuh fil-Bazilka tal-Karmnu fil-Belt Valletta, fejn fost restawrazzjonijiet li ghamel l-artist hadem ukoll 12-il kolonna ta` certu kobor. Dawn il-kolonni huma l-akbar li hawn f` Malta bil-materjal ta` l-irham.
Okkazjonijiet meta Ronald Pisani kien ikkumissjonat bihom kellu hafna. Fosthom il-monument li jfakkar id-900 mitt sena mit-twaqqif tal-parrocca ta` San Lawrenz tal-Birgu li huwa meqjus bhala kapulavur iehor wara dak ta` Ghawdex. Dan il-monument gie inawgurat waqt il-migja tal-Papa Gwanni Pawlu II f` Malta fl-1990. Pisani hadem ukoll il-monument tal-gwerra 1939-1945 f` tas-Sliema, il-monument ta` Karen M. Grech f` San Gwann, u aktar ricenti l-monument tal-millenju fil-Hamrun.
Ronald Pisani sal-lum hadem 31 artal mejda f` diversi parrocci u knejjes f` Malta u f`Ghawdex, fosthom dak taz-Zebbug Ghawdex, ix-Xaghra, San Lawrenz, il-Qala u l-Munxar. F` Malta hemm dak ta` San Guzepp l-Imsida, Wied il-Ghajn, l-Balluta, San Guzepp fir-Rabat u Santa Tereza ta` B`Kara. Dan ta` l-ahhar huwa mahdum minn blokka solida ta` aktar minn 12-il tunnellata u hu meqjus bhala l-akbar artal mejda f` Malta. Fil-Katidral ta` l-Imdina Pisani hadem bosta lapidi li jkomplu jzejnu dan it-tempju majestuz gewwa gziritna. Fost xoghol ta` restawrazzjoni importanti f` dan il-katidral huma l-lapidi ta` l-isqfijiet minn zmien l-ordni tal-Kavallieri ta` San Gwann, u l-paviment fil-kappella tal-kurcifiss b`disinn ta` Francesco Zahra.Dan l-artist gie ikkummisjunat ukoll biex jahdem l-artal mejda fil-knisja ta` St.Hilda fi Stevenege gewwa l-Ingilterra u kien ikkonsagrat mill-Isqof ta` Counterbe f` Mejju tas-sena 2000.
Illum Pisani ghandu esperjenza ta` aktar minn 37 sena fix-xoghol ta` l-arti ta` l-iskultura u bhala marmista hadem f` diversi parrocci, knejjes, kunventi, u kazini tal-baned f` Malta u Ghawdex, wiehed isib numru ta` xoghol fid-djar privati. Pisani ha sehem f`diversi esebizzjonijiet kollettivi kemm f` Malta u anke barra minn Malta. Xoghlijiet ghall kollezzjonijiet privati barra minn Malta l-artist ghandu bosta f` diversi pajjijzi: fl-Awstralja, l-Ingilterra l-Italja, il-Brazil, l-Egittu, l-Isvezja, fil-Grecja u gewwa il-Germanja u Spanja.
l-ahhar bicca xoghol li hadem dan l-artist kien ir-restawr tal-prespettiva tal-Katidral ta` l-Imdina. Dan ix-xoghol ha hafna zmien minhabba li kellu jsir b` reqqa, galbu u b`certa sengha. Din il-prespettiva hija ta` irham fin u kienet inhadmet gewwa Venezja. Tpoggiet f` dan il-Katidral fis-seklu 18.
Fil-Prezent, Ronald Pisani qed jahdem fuq monument li ser ifakkar il-mitt sena mill-inkoronazzjoni ta` l-Immakulata Kuncizzjoni ghall-belt ta` Bormla. Dan huwa monument ta` madwar tmien metri gholi
Ronald Pisani huwa ukoll kompozitur ta` ghadd kbir ta` marci brijuzi li jindaqqu f` hafna festi, u okkazzjonijiet ohrajn. Ghal dawn l-ahhar 28 sena Ronald kiteb aktar minn 100 marc brijuz. Fl-1986 Pisani irrekordja sett ta` ghaxar marcijiet fuq cassette, u wara fuq CD. Fost l-aktar marci popolari li ikkompona il-kompozitur Pisani wiehed isib Bernadette, Ernestrus, Tarsus, Carmen, id-Dragun u ohrajn.
L-attivita` ta` Ronald Pisani ma waqfitx hawn ghax kemm fix-xoghol ta` l-arti kif ukoll fil-qasam muzikali l-artist ghadu attiv hafna. Ta` kull sena Pisani jkun ikkommisjunat biex jikkomponi mal-5 marci jew aktar ghal-festi f` Malta u f` Ghawdex kif ukoll barra minn xtutna, bhall-Awstralja, Sqallija, Canada u Spanja.
Ronald Pisani idoqq mal-Kappella Bugeja f` Malta u Ghawdex bhala prim vjolin taht id-direzzjoni ta` Mro. Patri Salv Galea O.P. Dumnikan. Huwa wkoll it-tezorier tas-Socjeta Filarmonika `Sliema` u President Onorarju ta` l-Ghaqda Muzikali San Gejtanu tal-Hamrun.