Kien tifel li jibza’ mill-bastun tal-kappillan ix-xih u kien irnexxielu jerfa’ fanal fl-ewwel purcisjoni tal-Gimgha l-Kbira minghajr ma jhallas it-3 soldi, ghal hafna snin kien il-mohh wara n-nar tal-festa fiz- Zebbug u kellu wiehed minn uliedu li helisha hafif meta kien qed jahraq xi porvli, kien jiddispjacih li l-kappillani ma kienux jahsbuha kollha l-istess dwar in-nar tal-festa u fl-ahhar snin ta’ hajtu ma kien jiddejjaq xejn joqghod xi hin wahdu d-dar waqt li bintu tkun harget tahdem ghall-gid tal-Banda Santa Marija. Nhar il-Erbgha 17 t’Awissu kien ser jinghata l-unuri ta “Gieh il-Banda Santa Marija 2005”
George Cefai mar fid-dar “Marija Assunta“ fi Triq il-Madonna tac-Cicri u tkellem mas-Sur Toni Cini
Ton, kif tiftakar it-tfulija tieghek ?
Meta konna tfal, dawk li kienu jmorru l-iskola, konna ndumu sa xi l- erbgha ta’ fil-ghaxija u x’hin nigu lura d-dar konna nohorgu nilaghbu daqsxejn. X’hin issir l-Ave Marija nitilqu nigru lejn il-knisja nitghallmu d-duttrina u niltaqghu anke ma’ dawk it-tfal li ma kienux jigu skola u kienu jqattghu l-gurnata gor-raba jew jghinu lil tad-dar. Id-duttrina kienet tibda minn x’hin idoqq, qabel l-Ave Marija sa x’hin ikun se jinghad ir-ruzarju u kienet issir gewwa n-navi ghax dik kienet il-knisja taghna. Kien jghallimna Karmnu ta’ Gezzu ghal madwar nofs siegha jew tliet kwarti sakemm jghamlu l-funzjoni u ahna konna noqoghdu mdawrin mieghu fuq il-bankijiet. Waqt il-hin tad-duttrina il-kappillan ix-xih kien idur gol-knisja (hawnhekk qed jirreferi ghall- kappillan Busuttil) bis-sawt tal-lewz ghassa ghalina, taf int it-tfal kif jghamlu, jaqbdu f’xulxin… min jirragga u min jigri u hawnhekk dan il-kappillan kien jitfalna l-bastun ghal go saqajna u ahna konna nibzghu u nigru ’l barra. Dan ilu kwazi 90 sena taf, u kollox u kullhad spicca u mar ghax anke l-knisja biddlu imma dak il-bastun jekk miniex sejjer zball ghadu hemm x’imkien.
Wara l-Milied konna niltaqghu erbgha flimkien biex immorru nigbru l-istrina. Konna tfal zghar hafna u gieli konna nohorgu qabel l-ewwel tas-sena biex nigbru xi haga qabel tfal ohrajn. Meta kbirna ftit iehor fl-istrina propja imbaghad, gieli morna ghand il-kappillan ta’ dak in-nhar u dan kien jaghtina tliet habbiet kull wiehed u konna nigbru madwar tliet soldi kollox. Imbaghad kien hawn hanut, li ghadu hemm magenb Guzeppa tas-Sajfi, illum f’idejn wahda mit-tfal tal-Bozolli, u nonfquhom pasti u kaghak tal-helu u sa nofs in-nhar ma kien jibqghalna xejn minn dak li konna nkunu gbarna. Mhux il-familji kollha kienu jistghu u niftakar xi tfal li dik il-ftit strina li kienu jigbru kienu jiehduhielhom tad-dar biex itaffu l-mizerja ta’ hajja li kien hawn.
Fit-tberik tal-familji kienu jigu l-kappillan, is-sagristan bil-bixkilla biex jghatuh bajda jew gobna jew xi sold u tifel abbati bis-satla ta’ l-ilma mbierek. Kienu joffrulu l-aktar kafe u luminata jew rozolin u mhux xorb irqiq. Fit-triq kien ikun hemm ragel, Zeppu tat-Tigan bil-karettun u qoffa jistenna u jigri warajhom jigbor xi serduq jew tigiega li kienu jaghtu lill-kappillan u ahna t-tfal nigru warajhom ukoll. Is-sagristan kien Zeppu l-Ghagina, li kien hu c-Covi, u abbatini kien hemm Vitor tal-Gerwa, Patist ta’ Goppi, Fredu ta’ Fannak, Toni ta’ Perelli u ohrajn.
Insomma imbaghad ftit wara, kien hawn kappillan gdid Dun Anton Grima mir-Rabat, li baqa’ msemmi ghaz-zmien qasir li dan ghamel hawn fuq. Skond ma kienet tghid ommi, kien bniedem tar-rahal kollu ghax kien ihobb hafna l-festi ta’ barra u dan il-kappillan fl-ewwel vizti li kien ghamel fid-djar kollha li kien hawn, qal lin-nies li sal-festa li jmiss kien jixtieq jghamel tliet affarijiet li ma kienux isiru hawnhekk: l-istatwi u l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, it-tigrija tal-bhejjem fil-festa ta’ Santa Marija u ried isieheb il-familji Zebbugin ma’ ghaqda li kien isejhilha (pawsa…jipprova jiftakar)…“L-Opra tal-Buona Morte” insomma kien iheggeg biex dawk li jkunu agunija fl-ahhar ta’ hajjithom jitolbu l-hniena ta’ San Guzepp peress li Hu l-protettur taghhom. Dan kien jiddikjarah kuljum waqt il-barka bis-Sagrament li beda jaghmel hu stess filghaxija u n-nies ma kinietx tiddubitah u habbitu mill-ewwel lil dan ghax jghidu ukoll li kienu irregistraw kwazi l-familji kollha u d-devozzjoni lejn San Guzepp imbaghad kibret hawnhekk.
L-ewwel purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira kif kienet saret ?
L-ewwel darba li saret l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira dan il-kappillan ma kienx gab banda iddoqq tafx, ghax mhux zgur kien hawn, imma vari kien lahaq ghamel tal-Ort, tal-Kolonna, tal-Porpra, il-Kbira u d-Duluri u kompla s-sena ta’ wara billi ghamel xi tlieta ohra fosthom ir-Redentur li tant kien mahdum bil-ghaqal li gieli konna naraw xi nisa xjuh jibku quddiemu qabel johorgu mill-knisja. Felic tal-Gerwa li kellu huh Dun George Vella kien ikun dejjem il-knisja jghin u f’din l-ewwel purcissjoni kien ha hsieb iqassam lit-tfal ftit fanali imwahhlin fuq injama li kienu saru apposta u jara li ma jkissruhomx. Min xtaq jerfa’ wiehed minn dawn il-fanali, dan Felic talabhom ihallsu tliet soldi u min ma kellux tliet soldi ic-cans kien li terfa jekk jibqa’. Kienet kelmitu u irrangat mieghu ommi, u jien ma’ xi tfal ohra mort minn fil-ghodu nistenna dan il-fanal u hadd ma kien jaf fejn qieghed, u ommi tfittex u tistaqsi ghalija. F’nofs in-nhar Felic baghtna lejn id-dar u madwar it-tlieta ta’ wara nofs in-nhar ergajt mort nistenna din il-purcissjoni tibda minghajr lanqas biss biddilt il-hwejjeg ta’ fuqi u bqajt hemm. X’hin hrigna kont ferhan tghidx kemm…tifel ta’ tmien snin, ma’ tfal ohra b’dawn il-fanali. Imbaghad ratni ommi u kelli nohrog minn go nofs it-tfal bil-fanal b’kollox, ghax ma tlaqtux minn idejja. Haditni maghha d-dar u libsitni hwejjeg ohrajn u hrabt b’girja wahda u komplejt fil-purcissjoni. Niftakar ftit nies jarawna u konna ghaddejna minn hemm isfel hdejn tac-Cicca u l-purcissjoni baqghet iddur il-fuq. Din it-tliet soldi kellna nehduha maghna waqt id-duttrina imma ta’ tfal li konna flok tajnija lil Felic, infaqnija ghand tal-hanut, ghax it-tfal huma tfal, u ma jahsbuha xejn qabel ifattruha.
U l-ewwel tigrija tal-bhejjem ?
Din kienet saret fil-gurnata tal-Hadd nhar il-festa u bdiet fit-tlieta ta’ wara nofs in-nhar minn fejn ta’ Zahra ghal fejn il-knisja u kienet damet sa x’hin beda jdoqq l-ahhar mota. Kienet imqassma f’erba bicciet, jigifieri l-ewwel bdiet it-tigrija tat-tfal u l-irgiel u min rebah kien ha kappell jew beritta. Il-brieret kienu hituhom b’xejn Mikieli Cefai u Gorg Mizzi. Ghadni niftakar li hekk kif kien jispara konna naharbu nigru u min jasal l-ewwel jghatih l-karta bin-numru fuqha. Warajna kienu jibdew it-tlielaq tal-bhejjem, jigifieri l-hmir mnejn tac-Coca fejn San Mikiel, il-bghula mnejn tal-Bomba u z-zwiemel u d-dwieb minn fejn ta’ Zahra…kollha jigru’ ‘l fuq lejn il-knisja. Ir-rebbieha kienu hadu palju tal-bellus mehjut minn Mikieli tal-Fiesa li semmejtlek u kien hemm min kien lahaq tah lill-kappillan biex jaghmel minnhom xi terha ghal xi artal. Darba wahda meta kbirt, tellaqt bid-debba ta’ hatni, ghax biex ma jkunx gerrej wahdu konna ntellqu t-tnejn flimkien u din d-debba addiju tigrija ghax baqghet sejra bija b’kollox lejn id-dar ta’ sidha l-Ponta u tefghatni ghall-art tahtha goll-kantuniera ta’Bajda Nbid ( illum id-dar tal-Antika )….kienet ghoddha qatlitni.
X’memorji fadallek tal-Festa ?
F’dawk iz-zminijiet Santa Marija kienet issir f’darbtejn, is-Sibt u l-Hadd minghajr it-tigrija li semmejtlek. Filghodu kien jigi l-isqof bhal llum u jaghmel panigierku li b’kollox kien idum sa nofs in-nhar. Il-purcissjoni kienet tohrog fl-istess hin ta’ l-Ave Marija armajn fid-dlam biex titgawda aktar. Biss il-faccata tal-knisja u l-hitan tal-pjazza kienu jarmawhom bit-tazzi jixghelu biz-zejt. Niftakar li darba kienet ghamlet xi ftit xita u dawn imtlew bl-ilma. Qis naqra x’bicca xoghol kienu hadu biex xeghluhom! X’hin tohrog il-vara, kien ikun hemm x-xebbiet u jinfexxu jkantaw quddiemHa u jinghatalHa salut, imma nar ftit li xejn. Wara li kienet tidhol Santa Marija kullhad kien imur lura lejn id-dar ghax ma kienx hemm dik il-bluha li ghandna illum sa l-erbgha ta’ filghodu jiddevertu u x’naf jien, ghalkemm illum bdew isiru xi affarijiet sbieh ukoll.
Zmien ilu inti kellek f’idejk il-loghob tan-nar fiz-Zebbug! Kif tispjegah dan ?
Dan huwa verita’ u ghal xi zmien jien kont il-filogu tal-isparar hawn fuq. L-ewwel isma ftit x’niftakar jien meta kont zghir ghax dan jorbot ukoll. F’lejliet il-festa it-tfal kienu jghamlu t-trikki trakki u jitfghuhom gon-nies, taf int ifaqqghu pap pap pap u n-nies tigri filwaqt li l-pulizija li kien ikun hawn kien jispicca jigri warajna biex jiehu minn idejna dawk l-affarijiet. Kienu jghamlu ig-giggifogu u musketterija. Kienu jhobbu jaghmlu l-aktar sura kbira tal-faccata tal-Knisja taghna komplutha bil-pilastri go nofs il-pjazza u kien ikun fiha rdieden jixghelu bil-gassijiet u suffarelli. Mil-kampnar tal-knisja kienu jitilqu vapur jixghel fuq wire miexi ghal go nofs in-nhar, ghax l-ajruplan bdejna naghmluh ahna meta kbirna imbaghad. In-nar kollu kien jinhadem ghand Salvu taz-Ziga fid-dar tieghu stess u dan kien miz-Zebbug ukoll. Kellu id-dar tieghu li ghadha wieqfa hemm isfel quddiem tal-Fidiel, illum f’idejn ta’ Speditu. Hemhekk ahna t-tfal li konna mfarfrin konna mmorru nahdmu l-bombi tal-musketterija u l-gassijiet fis-sular ta’ isfel ghax in-nar l-iehor kien jahdmu u jzommu go kamra li kellu s-Saghtrija. Matul is-sena konna ningabru nhar ta’ xoghol fil-ghaxija, ghalkemm kien lahaq qalilna biex ma nahdmux minhabba l-periklu ta’ xi hruq, peress li lucelettriku ma kienx hawn u kollox kien isir fid-dawl tal-lampa tal-pitrolju. Nhar ta’ Hadd fil-ghodu, fuq barra mal-hajt tal-Fidiel, kienu jingabru partita xebbiet u dan Salvu kien jghatihom borma bil-kolla u kannol tal-qasba u jurihom kif iqattghu l-karti biex jaghmlu l-profili tal-kumnikazjoni tal-musketterija, kullhadd jobrom biex l-irgiel isibuhom lesti. Dawk l-irgiel li kienu jahdmu n-nar kienu Guzepp il-Perej ta’ Karfusu, Guzepp Camilleri l-Vippa, Awksilju Saliba ta’ Hanxar u hija Karmnu. Lilna t-tfal kien itina t-trab biex nimlew il-gassijiet bil-hadida u mbaghad nobormuhom. Wara nibdew norbtu, nimlew il-bomba u ingewzruha gol-boroz. Tfal ohrajn kienu jikkumnikaw il-profili u kullhadd jahdem hemm. Fl-ahhar gimghatejn qabel il-festa konna nibdew nahdmu il-vapur li semmejt u kien ikun fih zewg tilari wiehed kull naha. Naha wahda konna naghmlulu l-arma ta’ l-isem tal-Modonna (Nome di Maria) u nah’ ohra kienu jpittru l “l-Arma t’ Ghawdex” jew xi haga ohra. Kullhadd kien jiskanta lejh miexi mimli gassijiet li kienu jixgheluh u jimbuttawh. Fil-bidu dan il-vapur kienu jitilquh minn fuq il-bejt mhux tal-knisja imma tal-kampnar u t-tfal kienu jingabru fuq xulxin hemm fuq’ u peress li sa x’hin jitlaq kien itajjar hafna nar u xrar konna nintefghu wiehed fuq l-iehor u hemm fuq m’hemmx wisa u ghalhekk bdew jitilquh minn isfel gewwa l-kampnar. Hemmhekk kien ahjar bejn ghax ma kienx mimli daqs illum bil-qanpiena il-kbira u t-tfal kollha, kulhadd issa, seta’ jgawdi ahjar dak il-vapur minghajr periklu. Jien kont bdejt naghmel il-gassijiet li kien fihom xiber u nofs u nbieghhom tliet soldi il-wiehed f’lejliet il-festa. Darba kien hemm certu wiehed jismu Nazju tat-Tnieta u talabna gass imma kbir, ikbar u ehxen milli konna naghmlu. Missieri kellu xemgha tal-fratelli u urejtielu izda dan riedu ehxen minn dik. Dak in-nhar kien hawn il-mutwa tan-newl li jkebbu it-tajjar fuqha u ghamiltlu gass dik il-hxuna. Meta il-pulizija raw lil dan Nazju jigri bih hallewh jaharqu biss minn fuq il-bejt tal-knisja. Meta xeghlu beza’ minnu u erhielu fuq il-bejt u aktarx li l-post ghadu jidher mahruq.…dik kienet il-musketterija ta’ tfuliti.
Meta miet Salvu taz-Ziga u minn dawk il-guvintur li semmejt fit-tfulija ma kien fadal hadd jaghmel dawn l-affarijiet, indhalna ghal dan ix-xoghol jien u Peppi Vella tal-Bajda. Konna ningwalawha flimkien u nafdaw lil xulxin f’li naghmlu u allura thossok liberu li tahdem u tistinka. Bdejna naghmlu il-murtali tal-wiehed u niehdu hsieb il-kaxxa filwaqt li l-irdieden u l-kumplament tag-giggifogu konna nordnawh ghand Guzepp ta’ Lajku, bniedem li kien imsiefer u allura kellu esperjenza ta’ dan ix-xoghol minn pajjizi ohra.
X’kien l-ewwel xoghol li hdimtu flimkien allura ?
L-ewwel bicca xoghol imdaqqsa taghna kienet meta gabu l-qanpiena l-kbira u konna ghamilna xi bombi u musketterija. Dan kien zmien il-kappillan Cauchi u talabna nghamlu xi haga ta’ l-isparar. Tlabnih javza lil ta’ l-Orjenti biex imbaghad x’hin inmorru nixtru jaghtina li nordnaw, li jkollna bzonn u hekk ghamel. Konna xtrajna wizintejn patassa u artimonju, li swew tlettax -il xelin u infaqna seba’ xelini ohra biex xtrajna l-kubrit, sflask u karti li kellna bzonn. Ma dawn konna nixtru nuhhala tal-fniek (qxura) miz-Zebbug stess peress li din ma kinitx perikoluza u ma taqbadx waqt li tkun tithallat. Dawn kienu l-affarijiet li kellna bzonn biex naghmlu l-bomba. Ghadni nara lic-Covi fuq din il-qanpiena tiela’ bil-wieqfa minn isfel maghha! Kien iddispjaciena hafna dak in-nhar, ghax fuq il-bejt tal-knisja kienu qed jisqu l-luminata lil dawk li kien hemm jghinu sakemm din il-qanpiena resqet ghal postha, imma jien u Peppi bqajna b’xejn, hi, avolja tlabnihom jaghtuna nixorbu. Mhux hekk biss imma l-kappillan l-anqas kien mar ihallas lil ta’ l-Orjenti u dawn kellhom avukat u l-kont kien baghtu lili d-dar t’ommi. Konna irrangajna kollox imma dawn l-affarijiet donnhom jibqghu mieghek anke wara li ghaddew kemm issa….76 sena. Konna ghadna zewgt itfal mank ahna guvintur jien u Peppi u konna mgienen ghall-isparar u qatt m’ghamilna xejn ghall-flus. Bdew ikabbru l-knisja u s-snin ghaddejjin, ahna kbirna u wasal kappillan iehor. Imma dawn donnhom ma kienux kollha l-istess ghax filwaqt li ahna kien mohhna kif se nivvintaw u nzidu xi haga zghira tan-nar kull sena biex inkunu bhal irhula ohra, uhud minnhom kienu jghidulna biex noqoghdu lura u jekk jibqghalna xi haga tal-flus nghatuhielhom biex ideffsuha x’imkien fil-knisja. Konna ninkeddu!!! Imbaghad bdew isiefru hafna nies u wiehed minnhom kien dan Peppi tal-Bajda u komplejna jien u Dun Karm, hu Peppi. Komplejna nahdmu l-bomba izda l-kulur konna ngibuh minghand wiehed Wenzu minn Hal-Qormi.
Kif kontu tigbru l-flus ghan-nar tal-Festa ?
Ha nghidlek kif konna naghmlu ahna bejnietna l-ewwel. Konna nahdmu flimkien…wiehed jiehu hsieb u l-ohrajn jghinu, kienu; Toni Cini Kenunu, Wigi Cini tac-Covi filwaqt li Dun Guzepp Cini ta’ Cellu kien jara u jikteb dak li nigbru. Mhux ghax ma kienx jafdana, fhimt, ghax ahna konna mhux biss inhobbu n-nar izda… kif naqbad nghidlek… ahna konna nfittxu lil xulxin u ma konna nhallu lil hadd ifesfes f’xi widna ta’ xi wiehed minnha ghax kif taf int meta tkun imcappas man-nies taghmel x’taghmel difficli li ma ssibx lil xi hadd li jghid xi haga avolja konna noqoghdu attenti hafna. Insomma matul is-sena konna naghmlu xi fiera u madwar tliet lotteriji u ara ma tahsibx li kien hemm min kien jghatina xi ghaxar liri taf ghax dawk kienu zminijiet ohra, kollox bis-soldi kien jingabar. Il-paga ta’ gimgha, nofs lira kull ma kienet, imma matul is-sena konna nigbru xi haga fix-xahar u b’kollox kien ikollna qrib mitt lira nar. Halli nkun sincier mieghek, …kien hemm nies, fosthom Guzepp ta’ Harkes bil-hanut joqghod il-Ponta u dan kien ihobb jghinna hafna. Lahaq mar hu stess itellghalna n-nar mix-xatt bit-trakk tieghu biex niffrankaw xi haga, ghax kont trid thallas permess. Guzepp kien jaghtina xi hames liri ukoll u bniedem bhal dan ma tinsiehx kif gieb u lahaq. L-ahhar xoghol li ghamilt kien meta tellajt wizna porvli biex nahdmu t-tiri tal-murtali l-ghada. Dak iz-zmien kont nahdem Chambray u kif tlajt id-dar, Tonina staqsietni minnufih (Tonina il-mara jigifieri) x’kelli taht it-tarag u ghedtilha li kont tellajt il-porvli ghat-tiri. Kelli lit-tifel Kelinu li flimkien ma’ Mario ta’ Tonina ta’ Zolla sabu dan il-porvli u waqt li kienu jaharqu xi ftit minnu ha go wicc Kelinu taghna. Staqsejtu x’kellu f’wiccu ghax ghalkemm kien qed jismaghni nkellmu ndunajt li ma kienx qed jarani u allura zamm ghajnejh maghluqha. Jien ksaht xhin rajtu hekk imma issaportajtu dak in-nhar u l-ghada kelli nmur bih l-isptar. Kont bezghan li tilef id-dawl t’ghajnejh u kont bezghan ukoll li stajt nigi fl-inkwiet mal-gustizzja. Insomma ikkurawh u ghall grazzja t’Alla ma kien xejn. Lili staqsewni kemm il-darba fejn seta’ sab dan il-porvli u jien dejjem wegibt li qatt ma tista tobsor x’jiddisinjaw u jivvintaw t-tfal u m’ghedtlux x’kelli d-dar jew x’kont nghamel fin-nar u spiccajna b’wicc il-gid. Dik is-sena kellna disghin lira nar u l-murtali li hdimna ahna kienu qeghdin go kamra tac-Caqra u ghamlu ghalihom il-grieden peress li jkunu mahdumin bil-kolla, kif semmejt qabel, u allura kellna nnehhuhom ghall-post iehor u Kalang ic-Covi offrielna biex niehduhom gol-hanut tieghu hdejn il-knisja. Ic-Covi jorqod naha u c-Covija ohra u l-murtali faccata fl-istess kamra. Dak inhar kellna ukoll kaxxa gelatina f’dik il-kamra. Illum ahseb ftit l-periklu li kien hemm ghax kieku grat xi haga dawk ghadhom telghin lejn is-sema! Dik kienet l-ahhar darba li messejt in-nar b’idejja. X’hin regghet bdiet toqrob il-festa Dun Karm talabni nkompli nghinu jahdem u kont qattajtlu xi kartun u karti u ghamilt il-profili. Imbaghad waqaft ghal kollox.
Kont habrieki u zgur li stajt tibqa toffri xi ghajnuna fil-Festa. Ma jiddispjacikx ?
Le ma jiddispjacini xejn..issa taf li mhux b’kapricc ma bqajtx izda ghax kont mixghuf. Kienet haga ta’ mewt jew hajja u kelli familja mdaqqsa u l-periklu beda jidher aktar car. Beda diehel ukoll tahlit u munizzjon gdid u bdejna nisimghu li taret dik il-kamra jew l-ohra u kien hemm bzonn min jifthilna ghajnejna jew jurina mezzi godda. F’hajti ghaddejt ukoll minn affarijiet li ma gewnix sewwa mill-ewwel u terga’ tipprova u fl-ahhar tasal imma fix-xoghol tan-nar meta taghmel hekk tkun temmejt hajtek qabel zmienha…dawn m’hux hrejjef li qed nghidlek taf. Ma jiddispjacinix lanqas ghaliex imbaghad kelli wliedi bhal Karmnu, anke meta kien jghix fl-Awstralja, u Anna li qeghda l-Kanada, li bil-ghajnuna taghhom saru xi opri ukoll fil-knisja.
Wara dak kollu li ghamilt ghaz-Zebbug issa ser tinghata l-unuri ta’ “Gieh il-Banda Santa Marija” Int x’tahseb ?
Ma nafx x’naqbad nghidlek la ghaziltu lili… imma ma rridx naccetta xi haga li biha ninkoraggixxi guvintur jahdmu in-nar ghax inkun qed nitfaghhom f’halq il-mewt. Hadd qatt ma kien jobsor li ser nitilfu tlieta minn hawn fuq bin-nar. Jekk dan ir-rispett li qed tghatuni ser iwassal xi forma ta’ messagg nixtieq li jkun liz-zghazagh tar-rahal. Nghidilhom biex jitheggu u jahdmu mhux biss fil-granet tal-Festa izda s-sena kollha ghax intom dejjem sejrin u l-festa illum kibret hafna min kif spjegajthielek meta konna tfal. Jien inhares lejn binti Roza biss biss ilha s-snin tghin lill- parrocca u ghal dawn l-ahhar snin lill-Banda tar-rahal taghna. Jien dejjem inkun hawn u gieli nkun wahdi, imma inkun kuntent meta hi tohrog kull gimgha tahdem bhal ma kont naghmel jien ghall- gid tal-parrocca. Wara din il-battikata kollha nispera li xi haga ta’ gid tibqa f’xi ras ta’ xi hadd ghax ghalhekkk tkellimt mieghek avolja forsi jkun hemm min jidhak b’xi haga li ghedtlek. Li ma kienx ghalik dan kollu zgur li kien jibqa mistur u allura intom haqqkom Prosit u Grazzi.
Tmiem ta’ l-intervista.
L-unuri ta’ “Gieh il-Banda Santa Marija“ kienu ser jinghataw ufficcjalment lis-Sur Toni Cini waqt il-Kuncert Annwali tal-Banda Santa Marija fil-pjazza tar-rahal. Toni Cini miet fl-iSptar Generali t’Ghawdex nhar il-Erbgha 02 ta’ Marzu 2005 fl-eta ta’ 94 sena, ftit gimghat biss wara li ghamilnielu din l-intervista. Ic-Certifikat t’Apprezzament issa ser jinghata f’ismu lil bintu Roza Cini. Zgur li mis-sema Toni ser isegwi dan l-avveniment u jkun qed jitlob ghal dawk kollha li jahdmu ghall-gid tar-rahal taghna, iz-Zebbug.
George Cefai
30 ta’ Gunju 2005