Wara snin ta’ hidma minn diversi voluntiera (fl-20 t’Awissu 2003 sar it-tqeghid u t-tberik tal-ewwel gebla tal-kazin), il-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija gie inawgurat lura fis-sena 2013, ezattament nhar il-Ħadd 18 t’Awwissu waqt il-programm mużikali ‘Festum Olivarum’, avveniment mnaqqax bi ћjut tad-deheb fl-istorja tar-raћal taż-Żebbuġ. Il-Kazin tal-Banda taghna gie inawgurat mill-Ambaxxatur ta’ Malta gћall-Kultura, it-Tenur Ċelebri Joseph Calleja u inbierek mill-isqof l-E.T. Monsinjur Mario Grech.
Il-każin tal-Banda Santa Marija huwa ġawhra fid-daћla prinċipali tar-raћal tagћna, u dan grazzi ghal hidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi li matul is-snin stinkaw kemm felhu biex raw din il-holma ssir realta’. Id-Disinjatur tal-Kazin huwa s-Sur Leli Cini, wild ir-rahal taghna taz-Zebbug u l-Perit huwa Saviour Micallef.
Il-hidma tal-Kazin ma waqfitx hawn, hekk kif recentament kompla imbghad x-xoghol ta’ taghmir gewwa l-istess kazin, fejn fi ftit xhur tlestew diversi progetti u opri, ewlenin is-Sala Principali tal-Kazin, Arkivju Muzikali, il-Klassijet tat-Taghlim, Volunteering Hub, Bieb Principali, Tarag Principali u Foyer tas-Sala. Bhalissa ghaddejjin wkoll xogholijiet fuq il-Hadid tat-Tarag kif wkoll installazzjoni artistika li ser tkun inawgurata fis-sena 2020. Minbarra hekk, fix-xhur li gejjin ser jibda wkoll xoghol ta’ rinnovazzjoni fil-foyer tad-dahla tal-Kazin.
Hawn taht ssibu diversi ritratti li jixhdu mumenti mportanti li sawru l-istorja tal-Kazin tal-Banda taghna.