Sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Banda Santa Marija, kien ilu jinhass il-bzonn lil Banda taghna ikollha d-dar taghha, Kazin li fih tkun tista trawwam it-taghlim tal-Muzika. U dik li darba kienet holma, illum hija realta’. Gawhra arkitettonika f’bieb rahalna bi stil neo-klassiku! Dan il-kazin inbena mill-bennej Anthony Zammit fuq disinn (kemm tal-faccata u anke fuq gewwwa) tas-Sur Leli Cini, bil-perit inkarigat ikun is-Sur Saviour Micallef.
Kien wara snin ta’ hidma u determinazzjoni minn diversi voluntiera (fl-20 t’Awwissu 2003 sar it-tqeghid u tberik tal-ewwel gebla) u bil-ghajnuna ta’ diversi benefatturi, meta fit-18 t’Awwissu 2013 , waqt il-programm muzikali ‘Festum Olivarum’ saret ufficcjlament l-inawgurazzjoni tal-Kazin tal-Banda Santa Marija mill-Ambaxxatur ta’ Malta gћal-Kultura t-Tenur Joseph Calleja u tbeerek mill-isqof l-E.T. Monsinjur Mario Grech.
Minn dakinhar l-hawn, il-hidma fil-Kazin ma’ waqfitx, fejn minbarra li saret hidma biex thallsu il-kontijiet kollha pendenti marbuta mal-kostruzzjoni tal-Kazin, ricentament kompla x-xoghol ta’ taghmir fl-istess Kazin, b’diversi progetti jitlestew fl-ahhar xhur fosthom is-Sala Principali tal-Kazin [Inkluz il-Palk], l-Arkivju Muzikali u il-Kamra tal-Kumitat, Voluntary Hub u Klassijiet tat-Taghlim, Tarag tal-Irham u il-Foyer tas-Sala. Bhalissa ghaddejjin wkoll diversi xogholijet marbuta mal-Hadid tat-Tarag principali, Vetrina ghal-Arkivju Muzikali kif wkoll installazzjoni Artistika li ser tkun inawgurata fis-Sena 2020. Beda x-xoghol wkoll ta’ rinnovazzjoni fil-foyer tad-dahla tal-Kazin.
Hawn taht ghandkom issibu diversi ritratti marbuta ma’ diversi okkazzjonijiet u hidmiet minn numru kbir ta’ volontarji li hadmu matul is-snin fuq il-progett tal-Kazin.