Kien propju fis-sena 2016 li benefattur avviċina lil Kumitat Eżekuttiv u wera x-xewqa li jħallas il-bieb tal-każin. Il-Kumitat avviċina lil Emmanuel Cini għal-disinn. Is-Sur Cini ippreżenta d-disin fil-laqgħa ġenerali tal-2017.
Is-Sur Mario Vella ġie afdat bix-xogħol ta’ dan il-bieb maħdum fl-injam oroko. Il-bieb tal-Każin ġie inawgurat waqt il-Kuncert tal-Festa Assumpta Fest, mill-President Dr. Anthony Dimech u imbierek mid-Direttur Spiritwali il- Kan. Emmanuel Saliba, fis-16 t’ Awwissu tal-2017.
Fis-sena 2018 saru żewg ħabbati tal-bieb maħduma fil-bronż. Disin tas-Sur Emmanuel Cini.
Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tirringrazzja lil Rose Cini li organizzat diversi lotteriji b’risq dan il-proġett u lill- benefattriċi prinċipali li għoġobha tħallas d-differenza biex seta’ jitlesta