Kien f’Mejju tas-sena 2016, eżattament waqt il-quddiesa ta’ ringrazzjament f’għeluq il-21 Anniversarju tal-banda tagħna meta ġie mħabbar l-proġett tas-Sala prinċipali, liema proġett sar permezz tal-fondi mill-iskema Voluntary Organisations Project Scħeme, dakinhar amministrata mill-Ministeru għad- Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.
Dan il-proġett, intitolat ARTruistic360° kien wieħed varjat, fejn ħarisna wkoll lejn l-aspett artistiku, bil- ħsieb huwa li nattrezzaw il-każin tagħna biex ngħinu lil tfal u żgħażagħ tagħna jiżviluppaw it-talenti tagħħom. Kien għalhekk, li parti oħra minn dan il-proġett huwa li jinbena palk ġdid.
Taħt id-direzzjoni tas-Sur Leli Cini, it-twettieq ta’ dan il-proġett laħaq il-qofol tiegħu bejn Awwissu u Novembru tas-Sena 2016. Hawn nieħdu spunt u nirringrazzjaw lis-Sur Josef Vella li b’mod volontarju ħa ħsieb jikkordina x-xogħol kollhu marbut mal-istruttura tal-ħadid u welding, lil Joe Saliba [ta’ JSoffits] li b’mod volontarju ħa ħsieb ix-xogħol marbut ma gypsum kif wkoll kien ta’ għajnuna fix-xogħol tal-ħadid u lil Mario Vella li wkoll b’mod volontarju qed jieħu ħsieb ix-xogħol kollhu marbut mal-injam tal-Palk.
Rajna li nattrezzaw il-palk b’mod komplut. Hawn nirringrazzjaw lil Salvina Cini li ħadmet gratis il- purtiera li tgħalaq is-siparju tal-palk kif wkoll lil Judtih Zammit li qed tieħu ħsieb il-ħjata tal-kwinti u purtieri għas siparju ta’ ġewwa tal-palk. Sfruttajna l-okkażżjoni wkoll biex taħt il-palk ikun jista jintuża bħala post fejn jiġu stivati diversi oġġetti. Infatti, tlestew wkoll kxaxen kbar li jidħlu taħt l-istess palk, dan biex b’hekk ikollna post adekwat fejn naħżnu oġġetti bħal siġġijiet, imwejjed, leġiji u anke xi drappijiet u oġġetti oħra. Nirringrazzjaw lil Lewis Dimech u lil Christ Xuereb li b’mod volontarju ħadmulna diversi
roti u fittings għall-istess kxaxen.
U kif jgħidu, ħaġa taqla lil oħra. Filfatt, konsegwenza ta’ dan il-proġett u fuq parir tas-Surmast direttur tagħna, taħt it-tapit kollhu tas-Sala ġie installat materjal li jassorbi l-ħsejjes biex b’hekk is-sala tagħna tkun aktar adegwata għal waqt il-kunċerti u it-tagħlim tal-mużika. Ix-xogħol marbut mal-installazzjoni ta’ dan il-materjal sar wkoll kollhu b’mod volontarju. Grazzi lil Rupert Zammit li kkordina dan ix-xoghol minbarra l-għajnuna kollha matul il-proġett.
Sa issa semmejna parti mill-beneficcji li bħala Soċjeta’ u każin ser nibbenefikaw minn dan il-Proġett. Infatti, permezz tal-istess proġett, marbut mal-palk, ser jigi wkol installat projector tat-tip short-throw u big-screen biex b’hekk dan l-apparat eletronniku jintuża għal diversi attivitajiet li jsiru fis-Sala tal-Każin. Nirringrazzjaw lil Jimmy Saliba ta’ Jimmy Electronics għal-għajnuna volontarja u direzzjoni fix-xiri u installazjoni tal-projector kif wkoll lil Charles Xuereb li b’mod volontarju ħa ħsieb il-ħjata tal-bigscreen. Grazzi mill-gdid li joe Saliba u Josef Vella li ħadmu sistema mekkanizata biex dan il-bigscreen jkun jista
jinżel u jitla b’mod awtomatiku.
Biex nikkumplimentaw, dan il-proġett kine jinkludi l-akkwist ta mitt (100) siġġu apposta għas-Sala tal- Każin. Meta kienet qegħda titfassal l-applikazzjoni għal dan il-proġett, ħarisna wkoll biex natrezzaw il- każin tagħna b’tagħmir li ikun utli għal bandisti tagħna. Għalhekk, permezz ta’ dan il-proġett hemm kopert wkoll 20 leġiju ġdid u moderni biex jiġu wżati waqt id-diversi attivitjaiet mużikali li jsiru u anke waqt il-provi ta’ kull gimgħa.
Dan huwa proġett b’diversi fergħat, u għalhekk ma kienx jonqosx li bħala parti mill-azzjonijiet inkomplu nagħmlu s-Sala tal-Każin il-vetrina prinċipali. Infatti, s-Sala tal-Każin tagħna ġiet mgħammra b’esebizzjoni permamenti li fiha wieħed ser ikun jista japprezza permezz ta’ inkwadri fuq canvas mumenti mill-istorja tal-banda tagħna. Mill-ġdid nirringrazzjaw lil Joe Saliba ta’ JSoffits tax-xogħol fil- gypsum marbut ma din l-esebizzjoni, fuq disinn tas-Sur Leli Cini. Nieħdu spunt u nirringrazzjaw b’mod partikolari lil Stephen Cini, Leli Cini, Mario Cassar u Matthew Vella li għaddewlna xi ritratti marbuta mal- istorja tal-banda tagħna, partikolarment fl-ewwel snin tagħha.
Marbut mal-istess stil ta’ esebizzjoni, ser ssir wkoll plakka fuq stil innovattiv u li ser tkun tfakkar lil dawk li jingħataw ‘Ġieħ il-Banda’ matul is-snin. Din il-plakka twaħħlet b’mod prominenti ġewwa s-Sala tal- Każin biex b’hekk ikunu imfakkrin kif jixraq numru kbir ta’ voluntiera u benefatturi li matul is-snin kienu protagonisti ewlenin fl-iżvilupp tal-istess Soċjeta tagħna. Grazzi lil Fredu u Paul Saliba [ta’ Fred Marbles] tal-għajnuna biex inħadmet l-irħama fuq disinn tas-Sur Leli Cini u lil mastrudaxxa Mario Vella li ħadem l-injam gratis marbut ma’ din il-plakka.
Dan kien proġett li talab sigħat twal ta’ xogħol u preprazzjonijiet amministrattivi wkoll, mingħajr ma nsemmu n-numru ta’ rapporti, laqgħat kontinwi ġewwa Malta u spezzjonijiet li jsiru fuq il-post mill- awdituri u uffiċjali biex ikun assigurat li dak li jkun implimentat ħuwa konformi mal-proġett mirbuħ. Hawn nirringrazzjaw lil membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv li għenu fil-koordinament ta’ dan il-proġett.
Kienet sfida mhux żgħira li fi ftit xhur irnexxielna nlestu dan il-proġett. Grazzi partikolari lil Leli Cini li ta’ kull ġimgħa ninżel minn Malta biex ssir superviżjoni tax-xogħol u jagħti d-direzzjonijiet meħtieġa. Grazzi lil dawk kollha li għażlu jgħinuna fix-xogħol kollhu u grazzi lill-familji tagħhom tas-sagriffiċju!
Dan il-proġett ġie inagurat nhar il-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2016 fis-1:45pm, fejn f’attivita qasira bis-sehem tal-Iskola Primarja tar-raħal tagħna ilqajna lil-Ministru l-Onor. Helena Dalli biex tinawgura dan il-proġett b’fondi li ġew allokati mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u Libertajiet Ċivili. Bħala kommunita, imbad iċċelebrajna u intuża għal ewwel darba l-palk [u nistgħu ngħidu s-Sala il-ġdida] nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru 2016, fis-Serata tal- Milied 2016, fejn waqt l-istess serata intwera wkoll feature dwar dan il-proġett.
Eventwalment, fis-sena 2017, sar wkoll investiment f’sistema ta’ sound għas-Sala tal-Każin, bl-iskop aħħari ikun li s-sala tkun attrezzata b’dak kollu li hu meħtieġ biex ikunu jistgħu jsiru konferenzi, seminars u attivitajiet/ċerimonji simili. Nirringrazzaw lis-sur Joseph Galea li ħa ħsieb jiggwidana kif wkoll jinstalla din is- sistema b’mod volontarju. Fl-istess ħin, ġewwa s-Sala tal-Każin lestejna wkoll struttura biex tgħin fl-aspett artistiku [sound] tal-post; fejn hawn nirringrazzjaw lil Mario Vella għax-xogħol fl-injam, Joe Saliba għal xogħol fil-gypsum u lil Natalie Cini li mgħejjuna minn Konsilja Cini bħalissa għaddejjin kemm bit-tfassil u ħjata tal- purtieri.