Is-Soċjetà Filarmonika’ Santa Marija taz-Zebbug Għawdex twaqqfet nhar il-31 ta’ Mejju 1995 bl- għan ewlieni tagħha kien li tifforma il-banda tar raħal filwaqt li ssaħħaħ l-aspett mużikali, kulturali u artistiku fl-istess villaġġ. Matul is-snin, din l-organizzazzjoni stabbiliet ruħha u bdiet tipprovdi diversi servizzi mużikali madwar bosta villaġġi / bliet kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Minbarra l-aspett tal-mużika, sa mit-twaqqif taghha, s-Soċjetà Filarmonika Santa Marija organizzat u kkummissjonat numru ta’ inizjattivi, studji u proġetti relatati mal-istorja u l-iżvilupp tar-raħal taz-Zebbug, speċjalment f’oqsma partikolari relatati mal-mużika, aspett socjali u tradizzjonijiet, kultura u arti. Matul l-aħħar snin, eżattament fl-2013, din l organizzazzjoni wkoll inawgurat il-Kazin taghha, il-post jew ahjar d-dar li llum tilqa’ numru ta’ mużiċisti u voluntiera.
Dawn huma d-dati mportanti li sawru l-istorja tas-Soċjetà Filarmonika’ Santa Marija:
- 30 ta’ Mejju 1995 – twaqqif tal-ewwel kumitat u l-Banda Santa Marija
- 28 ta’ Jannar 1996 – Approvat l-ewwel Statut waqt Laqgha Generali
- 20 t’Awwissu 1997 – inawgurazzjoni ufficjali tal-Banda Santa Marija
- 20 t’Awwissu 2003 – tqeghid u tberik tal-ewwel gebla tal-kazin
- 6 ta’ Marzu 2004 – il-Banda Santa Marija tinghata l-istat ta’ Socjeta’ u jitwaqqfu l-ewwel Sezzjonjiet
- 28 t’April 2008 – Il-Banda Santa Marija tinghata l-premju ‘Gieh iz-Zebbug’ mill-Kunsill Lokali taz-Zebbug
- 19 ta’ Gunju 2009 – is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija ufficjalment rregistrata bhala Organizzazzjoni Volontarja – VO/0238
- 18 t’Awwissu 2013 – inawgurazzjoni tal-Kazin tal-Banda Santa Marija
- 14 ta’ Dicembru 2016 – inawgurazzjoni tal-palk u s-Sala Principali tal-Kazin
- 10 t’Awwissu 2017 – inawgurazzjoni tal-Arkivju Muzikali u Kamra fejn jiltaqa’ l-Kumitat Ezekuttiv
- 11 t’Awwissu 2017 – is-Soċjetà Filarmonika’ Santa Marija tikseb l-istatus ta’ Personalita’ Juridika
- 13 t’Awwissu 2017 – inawgurazzjoni tal-bieb prinċipali tal-Kazin
- 10 ta’ Marzu 2018 – emendat u aġġornat l-istatut tas-Soċjetà Filarmonika’ Santa Marija waqt Laqgha Ġenerali
- 27 ta’ Mejju 2018 – inawgurazzjoni tal-Voluntary Hub u klassijiet tat-tagħlim