Ittra Kumitat Eżekuttiv – April 2018

Inkomplu Naħdmu…b’Rieda Sħiħa u Ġenwina

Issa li għaddew il-festi marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid Mqaddes, il-President u l-Kumitat
Eżekuttiv jixtiequ jirringrazzjaw lil numru kbir ta’ voluntiera li taw sehem fid-diversi attivitajiet u servizzi
li kellna. Grazzi kbira tmur b’mod speċjali lill-bandisti kollha Żebbuġin tas-sehem tagħhom fil-
purcissjonijiet tal-Ġimgha L-Kbira u l-Korteo ta’ Kristu Rxoxt. Kellna kummenti ferm sbieħ marbuta
b’mod speċjali mas-servizz fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa L-Kbira fejn il-banda tagħna kienet kważi kollha
bandisti mir-raħal tagħna.

U f’nofs dan kollhu, komplejna wkoll bil-ħidma amministrattiva, fejn ftit tal-ġimgħat ilu [nhar is-Sibt 10
ta’ Marzu] tlaqqew it-tesserati membri biex kif jobbligana l-istatut, saret il-Laqgħa Ġenerali. Permezz
ta’ din l-ittra ser inkunu qed naġġornawkom dwar dak li seħħ u ġie deċiż waqt l-istess laqgħa.
Twaqqif tal-Kumitat Eżekuttiv

Parti ewlenija tal-Laqgħa Ġenerali kienet il-ħatra tal-Kumitat Eżekuttiv. Din is-sena rċivejna għaxar
nominazzjonijiet għall-membri tal-Kumitat u nomina waħda għall-kariga ta’ President. In-
nominazzjonijiet ġew ilkoll approvati u kkonfermati unanimament kif imniżżel hawn taħt:

President Soċjeta` Filarmonika Santa Marija:

  • Dr. Anthony Dimech M.D.

Membri tal-Kumitat Eżekuttiv:

  • Is-Sur Marnol Sultana Segretarju Eżekuttiv
  • Is-Sinjorina Judith Zammit Teżoriera
  • Il-Kan. Dun Noel Saliba Direttur Spiritwali
  • Is-Sinjorina Diane Calleja Uffiċċjal għal Relazzjonijiet Pubbliċi (PRO), Kultura u Drama
  • Is-Sinjorina Analise Cini Asst. Segretarja/Uffiċjal Amministrattiv
  • Is-Sur Michael Cini Delegat tal-Bandisti u Chairman Kummissjoni Banda
  • Is-Sur Rupert Zammit Delegat tal-Każin u proġetti/Rapp. Sezzjoni Żgħażagħ
  • Is-Sinjura Salvina Zammit Rapp. Sezzjoni Nisa
  • Is-Sur Martin Calleja Uffiċjal responsabbli minn skemi ta’ fondi
  • Dr. Marlene Cini Konsulent Legali

Bħal kull sena, ingħataw dettalji sħaħ dwar l-infiq u d-dħul kollu ta’ kull xahar fis-sena 2017. Biex
kullħadd jingħata sodisfazzjon ta’ fejn il-kontribuzzjonijiet tiegħu/tagħha qegħdin jiġu investiti, ma’ din
l-ittra, fl-aħħar paġna hemm id-dettalji kollha. Min jkun jixtieq jikjarifika xi punti jew jixtieq aktar dettalji,
tiddejqu xejn tkellmu lit-Teżoriera jew lil xi membru tal-Kumitat Eżekkuttiv. Dawn ir-rendikonti ġew
iċċertifikati mir-Reviżuri [Awdituri Interni] tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija kif wkoll iċċertifikat
minn Accountant kwalifikat u mgħoddija lill-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat ġewwa Malta skond
l-att tal-liġi li tirregola lill-organizzazzjonijiet volontarji u non-governattivi rreġistrati.

PREMJU PRESTIĠJUŻ għas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija
Kien nhar il-Ġimgħa 5 ta' Marzu meta s-
Soċjeta’ tagħna ġiet imżejna bi prempju
prestiġjuz, hekk kif l-Arkivju Mużikali li kien
inawgurat f‘Awwissu li għadda kklassifika
finalist fil-kompetizzjoni nazzjonali ‘Ġieħ l-
Artiġġjanat Malti’. Minbarra l-unur li ksibna
fuq livell nazzjonali u r-rebħ ta €1,000, dan il-
premju jiċċertifika x-xogħol li sar fuq dan il-
proġett kif wkoll isaħħaħ il-linja tal-Kumitat, dik
li nwettqu proġetti ta’ kwalita. Dan il-premju
huwa xhieda ċara lil l-investiment li sar fuq
dan il-proġett sar bil-għaqal u meqjus. Nieħdu
l-opportunita u ntennu r-ringrazzjamenti
tagħna lil numru ta’ voluntiera kif wkoll lil
benefattur/benefattriċi li kkummissjona parti
mportanti minn dan il-proġett. Ma jonqosx
ringrazzjament speċjali lid-disinjatur tal-
proġett Leli Cini, fejn permezz tas-supervizjoni u għajnuna tiegħu assigurajna lix-xogħol kollhu isir b’mod professjonali u skond is-sengħa.

FONDI ĠODDA li ser jissarfu f’proġetti b’risq ir-raħal tagħna
Bħala Kumitat, l-ikbar sodisfazzjon ikun meta tlesti xi proġett; għax dak ikun ifisser it-tkomplija u l-
għeluq ta' perjodu ta' xogħol, ħidma, sfidi u xi kultant diffikultajiet mhux żgħar u ta’ inkwiet. Iżda, minn
naħa tal-Kumitat, filwaqt li nkunu qed nwettqu proġett, ħsibijietna jkunu diġa fuq proġetti u xi kultant
ħolmiet ġodda b’risq il-Banda tagħna. Intennu li bħala Kumitat qed naħdmu biex fejn possibli
napplikaw għal għajnuniet ta’ fondi. L-iskop ewlieni huwa li nġibu lejn ir-raħal tagħna opportunitajiet u
proġetti ġodda mingħajr ma niddependu totalment fuq il-ġenerożita tagħhkom familji Żebbuġin.
B'sodisfazzjon, ninfurmawkom li għal sena oħra erġajna konna protagonisti u irbaħna numru ta’
skemi li ser jissarfu f’proġetti li minħabba l-valur u l-ispejjeż, li kieku ma jkunux dawn il-fondi jibqgħu
ħolma. Ir-rebħ ta’ fondi m’hix kumbinazzjoni imma frott tal-ħidma kbira għal xhur sħaħ. Bi pjaċir
inħabbrulkom li dawn l-proġetti u fondi ġodda, fit-totalita’ tagħhom jilħaqu il-valur ta’ €28,781.00c.
Issa irridu nibdew nistinkaw u naħdmu biex nimplimentaw il-proġetti ġodda. Dawn huma id-dettalji…

OURtrip…making hours count!
Wasalna fl-aħħar rapport amministrattiv biex b’hekk inkunu għalaqna il-progett VOLstory. ORG ,
proġett li issa nistgħu nibqgħu ingawdu minnu li fost l-oħrajn jinkludi tagħmir ġdid għas-sala, il-
klassiiet u dalwaqt is-sit eletronniku ġdid. B’sodisfazzjoni, fl-aħħar jiem rċivejna l-aħbar li dan
il-progett gie kklassifikat bħala wieħed mill-aktar proġetti li b’suċċess laħqu il-miri tal-skema.
U issa, għalikom għadna l-proġett ġdid, din id-darba bl-isem OURtrip…making hours
count… Dan il-proġett ser ikun kontinwazzjoni fejn jkopri numru ta’ workshops u investimenti
kapitali b’risq il-volontarjat. Infatti, permezz tal-programm Voluntary Organisations Project
Scheme, ħarsitna ser ddur fuq s-saħħa u s-sigurta ġewwa il-każin u it-tagħmir neċessarju,
fosthom il-fire-escapes u l-ħadid tat-taraġ prinċipali, proġett li ser isir wkoll b’stil artiġjanali.
Proġett ikopri wkoll workshops fl-arti tal-stained glass; fejn eventwalment dan għandu jwassal
biex fl-aħħar tal-proġett tiġi installata opra artistika [fuq disinn tas-sur Leli Cini] magħmula
minn dan il-materjal ġewwa il-każin tagħna; opra li filwaqt li ser tkun qed tikkomemora il-
volontarjat, ser tkun wkoll centralment żżejjen il-każin tagħna u ser sservi wkoll ta’ attrazzjoni
unika għar-raħalna. Aktar dettalji fil-ġimgħat li ġejjin.

ALLinTUNE…where volunteering and arts meet!
Hekk kif imħabbar waqt il-laqgħa ġenerali, permezz tal-programm Small Initiatives Scheme,
maħruġ mill-Malta Council for the Voluntary Sector, ġew akkwistati wkoll fondi ġodda fejn
permezz tagħhom ser tkun qed issir l-installazzjoni ta' struttura fl-injam [coving] f’parti tal-
kazin bl-iskop li tissahhah l-akustika tal-post u titjieb il-kwalità tal-awdjo ġewwa l-każin tagħna,
fid-dawl li dan il-post iservi ta’ skola mużikali. Dan il-proġett ser ikun wkoll ikkumplimentat
b’esebizzjoni permaneneti fid-daħla tal-każin kif wkoll b’inizjattivi li bihom nattiraw aktar żgħar
u żgħażagħ jitħajru jirfsu l-għatba tal-volontarjat.

l-Għażżiela…jisimni Marija!
Il-Kumitat Eżekuttiv minn żmien għal żmien qed iniedi inizjattivi li fihom inkunu qed nieħdu
ħsieb il-wirt li ħallewlna dawk ta’ qabilna kif wkoll nippromovwu t-tradizzjonijiet ta’ raħalna.
Din id-darba jmiss u ħsibna biex bħala soċjeta’ nxerrdu aktar informazzjoni fuq it-tradizzjonijiet
u d-devozzjoni marbuta mall-festa tal-Madonna tal-Għażżiela, festa li hija unika ġewwa l-
ġzejjer Maltin u sta għalina ż-Żebbuġin li nieħdu ħsieb inzommu ħajjin drawwiet ta’ raħalna.
Dan il-proġett ser ikun qed jitnieda aktar ‘il quddiem la darba toqrob din il-festa.

IŻ-ŻOGĦŻIJA MUŻIKALI…Ilbieraħ, Illum u Għada!
Ħdimna wkoll fuq skemi edukattivi b’risq il-bandisti tagħna. B’sodisfazzjoni, l-banda tagħna
reġgħet ikkwalifikat għall-proġett ieħor mill-iskemi ta’ għajnuniet maħruġa minn Aġenzija
Żgħażagħ. Permezz ta’ din l-għajnuna ser nibbenefikaw minn fondi, żgħar iżda importanti,
intiżi biex jgħinu lill-aljievi u l-bandisti ż-żgħar tagħna. Nżommukom aġġornati.

Kif rajtu, dawn huma opportuntijiet li mportanti li nkomplu nisfruttaw biex b’hekk ikunu jistgħu isiru
aktar proġetti utli għal komunita’ tagħna. Inkomplu insostnu u mportanti ħafna li niċċaraw li dawn il-
fondi allokati, jridu jintużaw biss għall-proġett sottomess u bl-ebda mod ma jistgħu jintużaw xi fondi
għal għanijiet oħra. Fl-aħħar mill-aħħar dan kien possibli grazzi għall-fiduċja, għajnuna u d-
donazzjonijiet kontinwi tagħkom. Nitolbukom biex l-għajnuna u d-donazzjonijiet tagħkom jibqgħu
kontinwi u tkomplu tkunu ġenerużi mas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija biex b’hekk ilkoll flimkien ikollna ir-riżorsi, l-organizzazzjoni u l-garanziji finanzjarji meħtieġa biex nisfruttaw opportunitajiet simili
b’risq il-ġid komuni tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija u r-raħal tagħna għażiż taż-Żebbuġ.

QALB KBIRA U ĠENERUŻA….aktar proġetti kkummisjonati minn BENEFATTURI!!
B’sorpriża, u grazzi għall-ġenerożita ta’ individwi benefatturi, matul ix-xhur li ġejjin ser ikun wkoll qed
jitwettaq proġett ieħor, fejn hekk kif imħabbar fil-Laqgħa Ġenerali ser ikun wkoll qed jitlestew sett ta’
ħabbati għal bieb prinċipali tal-każin. Kien ftit tax-xhur ilu, fejn il-kumitat ġie avviċinat minn
benefattur/benefattriċi li esprim/a/iet x-xewqa li jiġi ikkummissjonat dan il-proġett li ser ikun qed
jikkumplimenta il-bieb li ġie inawgurat f’Awwissu li għadda. Wara evalwazzjoni interna fi ħdan il-
Kumitat, dan il-proġett ġie approvat bid-disinn [tas-sur Leli Cini] ppreżentat fil-Laqgħa Ġenerali li
għaddiet. Grazzi wkoll lil diversi voluntiera li diġa offrew xi xogħlijiet gratis marbuta ma’ dan il-proġett.
Aktar dettalji fil-ġimgħat li ġejjin.

Sadanittant, naġġnornawkom li miexi b’ritmu tajjeb wkoll ix-xogħol fuq it-Taraġ Prinċipali tal-Każin.
Nirringrazzjaw lis-Sur Fredu Saliba u Paul Saliba tal-kooperazzjoni sħiħa u x-xogħolijiet kollha li
jagħmlu fil-każin kif wkoll lil Nicholas u Ritienne Cini li ser ikunu qed jikkummissjonaw parti kbira mill-
ispejjeż. Sadanittant, jekk hawn xi individwi/familji li jixtiequ jikkontribwixxu għal-ispejjeż li, jistgħu
jgħaddu d-donazzjonijiet tagħhom lil xi membru tal-Kumitat. GRAZZI ILKOLL!!!!

F’isem il-Kumitat Eżekuttiv, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawn l-individwi benefatturi tal-fiduċja sħiħa fit-
tmexxija tas-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija. Minn naħa tagħna, proġetti bħal dawn qegħdin ikunu
implimentati xejn differenti minn proġetti oħra li għalihom niksbu l-fondi, fejn kumitat qabel li tiġi
addattata proċedura fejn il-benefatturi u individwi li jkunu kkummissjonaw dawn it-tipi ta’ proġetti
jingħataw kopji tal-irċevuti kollha tal-ħlasijiet li jkunu saru marbuta mall-proġett rispettiv, dan biex anke
l-persuna/i involuti jingħataw is-sodisfazzjoni mistħoqq.

Approvazzjoni ta’ STATUT AĠĠORNAT – nimxu maż-żminijiet
Għalkemm l-istatut tas-Soċjeta kien qed ikun aġġorrnat minn sena għal oħra permezz ta’ diversi
emendi, kien ilu jinħass li jsir aġġornament maġġuri fl-istatut li jirregola il-ħajja u l-imġieba tagħna l-
membri kollha fi ħdan is-Socjeta’. Kien għalhekk li waqt il-Laqgħa Ġenerali ġie imressaq u approvat
statut ġdid, b’il fuq minn 50 emenda ġdida [fuq l-istatut approvat oriġinarjament waqt il-Laqgħa
Ġenerali ta’ nhar it-28 ta' Jannar 1996]. L-istatut il-ġdid ser ikun eventwalment ippublikat fuq is-sit
www.bandasantamarija.com meta dan is-sit il-ġdid jiġi inawgurat fi żmien qasir. Marbut ma dan,
ringrazzjament partikolari imur lejn Dr. Marlene Cini li mgħejjuna minn Analise Cini ħadmu mhux ftit
biex dan l-eżercizzju amministrattiv li beda numru ta’ xhur ilu seta’ jitlesta fil-ħin.

Sadanittant, fuq talba ta’ membri mill-Għaqda Armar bi qbil mall-Parroċċa, waqt l-istess laqgħa
ġenerali ġiet mressqa proposta biex fi ħdan is-Soċjeta’ titwaqqaf sezzjoni ġdida, bl-għan ta’ din is-
Sezzjoni ikun li bi ftehim dokumentat bejn is-Soċjeta’ u il-Parroċċa Santa Marija, din tassisti u tieħu
ħsieb dak kollu li huwa konness ma’ restawr u ħdim ta’ armar ġdid għall-festi u attivitajiet esterni.
Dwar dan, bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet mall-parroċċa u għaldaqstant aktar dettalji jingħataw
ladarba ikun hemm xi żviluppi ġodda f’dan ir-rigward.

NOTA ĠENERALI TA’ RINGRAZZJAMENT…
Filwaqt li r-ringrazzjamenti lil diversi benefatturi u voluntiera ser isiru f’ittra separata minħabba n-
nuqqas ta’ spazju; nixtiequ fuq nota ġenerali nirrigrazzjaw lilkom ilkoll li pparteċipajtu fil-lotteriji li ġew
organizzati mis-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija bil-għajnuna tas-Sezzjoni Nisa u tas-Sezzjoni
Żgħażagħ. Grazzi lil dawk kollha li għenu fil-ġbir tal-biljetti marbuta mal-lotteriji kif ukoll il-biljetti tat-
tlettax-il hamper li tqassmu b’xejn lil kull familja. Dettalji tar-rebbieħa jingħataw fl-ittra li jmiss. Grazzi
lil dawk kollha li jitqarbnu fi djarhom u lill-familji tagħhom tal-laqgħat sbieħ li tawna meta morna
għandhom u qassamnilhom tifkira żgħira tal-Għid. Grazzi lil dawk kollha li għenu fl-organizzazzjoni tal-
Mejda tal-Appostli u lil group ta’ żgħażagħ fejn fuq kitba tad-Direttur Spiritwali Kan. Dun Noel Saliba
ddrammatizzaw l-Aħħar Ċena. Fl-aħħar u mhux l-anqas…grazzi lil dawk kollha li offrew rigali u
vouchers biex jittellgħu waqt l-attivitajiet varji li jiġu organizzati kif wkoll lil diversi persuni li għaddew
numru ta’ donazzjonijiet fl-aħħar ġimgħat. Inħeġġu lilkom ilkoll biex tkompli tgħinu għax hekk biss
inkunu nistgħu nsostnu t-tagħlim tal-mużika u nesegwixxu n-numru ta’ servizzi li noffru lil Paroċċa
għażiża tagħna!

Ħsieb mid-Direttur Spiritwali….!!
Il-fidi hija bħal żerrigħa: tikber u tagħti l-frott skont kemm issib art tajba u kkultivata

Tislijiet

Marnol Sultana
Segretarju