Ittra Kumitat Eżekuttiv – April 2022

Inkomplu Naġġornawkom…

F’din l-ewwel ittra għas-sena 2022, qed niġu għandkom biex bħal kif dejjem għamilna nkomplu
naġġornawkom b’dak li hu għaddej bħalissa fi ħdan is-Soċjeta’ Filar. Santa Marija. Fid-dawl taċ-
ċirkostanzi, l-aħħar xhur għalkemm forsi miill-aspett bandistiku kienu kajmani, minn naħa l-oħra
tgħajna spinta lid-diversi proġetti, ssottomejna applikazzonijiet ġodda ta’ fondi kif wkoll bdew il-pjanijiet
għal inizjattivi ġodda.


Proġetti varji…u id f’id anke għall-Parocċċa tagħna.
Sa mill-aħħar ittra li bgħatnilkom il’hawn, tkomplew diversi proġetti, fosthom fuq is-soffit, installazzjoni
tad-dawl ġdid, gwarniċun, dekorazzjoni artistika (stained glass) u sistema t’arja kundizjonata għas-
sala, sar l-irħamar tat-turġien li jagħtu għal fuq il-bejt u tal-fire escapes mis-sala, sett ta’ mensoli
dekorattivi fil-faccata, installazzjoni ta sistema ta’ Fire Detection, Alarm u Fire Fighting madwar il-każin
kollhu, kisi tal-foyer tas-sala u r-restawr/twaħħil ta’ linfa tal-kristall, kif wkoll ir-renovazzjoni tat-toilets
kollha. Aktar kmieni tlesta il-proġett tal-gwarnicun u l-illuminazzjoni tad-daħla tal-każin. Beda wkoll ix-
xogħol fuq il-bibien interni tas-Sala u l-Arkivju. Bħalissa għaddejjin wkoll bl-aħħar preparamenti
marbuta mal-librett ġdid ta’ marċi brijużi, bil-ħsieb li jiżżanzan matul il-festa, hekk kif bħala banda ser
inkunu qed infakkru il-25 anniversarju minn meta giet inawgurata il-Banda tagħna, eżattament lura fis-
sena 1997.


Wieħed jista jobsor l-impenn li hu meħtieġ biex qed isir dan kollhu. Iżda ma waqafniex hemm u
ħarsitna marret il’hinn minn dak li jirrigwardja il-Każin u l-banda tagħna. Infatti, kif diġa kontu infurmati
fl-aħħar ġimgħat mill-Parroċċa, wara proċess t’applikazzjoni bis-sehem tas-Soċjeta` tagħna, ġiet
kkonfermata s-somma ta €14,860 mill-iskema Restoration Funding Scheme biex isir ir-restawr u
konservazzjoni tat-titular tal-Knisja tagħna li jirrapreżenta l-Inkurunazzjoni tal-Madonna. Dan huwa
pass li jkompli jżejjen l-istorja tal-Banda tagħna. Bħal kif dejjem sibna l-appoġġ tagħkom membri,
voluntiera, benefatturi u residenti ta’ raħalna, min-naħa tagħna, kommessi li fejn possibli nkomplu
naħdmu fuq skemi u proġetti simili li jkunu ta’ benefiċċju mhux għas-soċjeta’ tagħna biss imma għall-
parroċċa, għaqdiet u r-raħal kollu.


Laqgħa Ġenerali 2022…Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2022
Fl-isfond tax-xogħol kollhu, s-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija hija obbigata li kull sena ssejjaħ
laqgħa ġenerali fejn it-tesserati membri kollha ikunu mistiedna jattendu u jipparteċipaw. L-iskop
ewlieni ta’ din il-laqgħa jkun li jingħataw rendikonti dettaljati amministrattivi u finanzjarji dwar dak li
jkun seħħ fix-xhur ta’ qabel u dawn jiġu approvati minn awdituri indipendenti. Issir ukoll l-elezzjoni tal-
membri fit-Tmexxija Eżekkuttiva, jitressqu emendi għall-istatut u jiġu diskussi punti relatati mal-
pjanijiet li s-Soċjeta’ tkun qiegħda tfassal, Riċentament irċivejna aħbarijiet ferm pożittivi marbuta ma
fondi ġodda u għalhekk matul il-laqgħa ġenerali ser inkunu qed inħabbru numru ta’ inizjattivi u anke
sorpriżi ġodda!


Matul l-istess Laqgha ser wkoll tingħata informazzjoni importanti dwar is-sejħa għall-offerti li ser
toħroġ aktar tard din is-sena marbuta mat-tmexxija tal-bottegin/Restaurant tal-Każin (hekk kif il-
kuntratt jiskadi din is-sena). Punti oħra fuq l-aġenda huma l-preparamenti għall-festa li jmiss, fejn
hawn sejħa partikolari tmur lil dawk kolha li jixtiequ jidħlu membru fis-Sezzjoni Zgħażagħ biex
jikkuntatjawna. It-tiġdid huwa mportanti ferm u għaldaqstant issa huwa ċ-ċans biex żgħażagħ ġodda
jingħaqdu f’din is-sezzjoni u jkunu jistgħu jibdew il-preparamenti għall-festa li jmiss.
Sadanittant, kulħadd għandu jħossu liberu li jwassal xi suġġerimenti jew jagħmel xi intervent/ilment
waqt din il-laqgħa. Mela ingħaqdu magħna nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2022 fis-7:45pm. Ta’ min wkoll
ninnotaw li din ser tkun wkoll l-ewwel okkażżjoni biex taraw id-dehra ġdida tas-Sala.


Nominazzjonijiet għal-membri ġodda fi ħdan il-Kumitat Eżekuttiv…
Ninfurmawkom li bejn il-Ġimgħa 22 ta’ April u l-Ġimgħa 29 ta’ April 2022 ser jintlaqgħu
nominazzjonijiet għall-membri fit-tmexxija eżekuttiva. F’kull organizzazzjoni, it-tiġdid huwa important u
aħna mhux eċċezzjoni. Għalhekk, min huwa interessat jidħol parti mill-Kumitat Eżekuttiv huwa
mħeġġeġ jgħamel dan il-pass. Nominazzjonijiet għall-membri fit-tmexxija eżekuttiva u/jew emendi
għar-regolamenti għandhom jintbagħtu lis-Segretarju bil-miktub billi jintefgħu fil-kaxxa tal-ittri tagħna
jew jintbgħatu permezz ta’ email: soc.filar.santa.marija@gmail.com. Importanti ħafna li dawn ikunu
ssekondati minn żewġ membri tesserati. Min ikollu xi diffikulta, tiddejqu xejn tkellmuna. Nappellaw lil
dawk interessati biex jitfgħu n-nominazzjoni tagħhom u b’hekk nassiguraw kumitat eżekuttiv effettiv
…U ara li tkun Tesserat u membru msieħeb mas-Soċjeta’ tagħna


Peress li ma ġejniex bieb bieb niġbru t-tessera, qed nagħtu ċans biex kull min jixtieq iġedded it-
tessera tiegħu [għas-sena 2022] jkun jista’ jagħmel dan bla diffikultaˋ billi ikellem lil xi membru mill-
Kumitat Eżekuttiv u Sotto Kumitati [jew letterbox tal-Każin] u jgħaddi dettalji tiegħu. Kull tessera tiswa
biss €2.50. Żammejna l-miżata baxxa kemm jista’ jkun biex bħas-snin li għaddew kulħadd ikollu l-
opportunitaˋ jkun parti mill-familja tagħna. Tingħata rċevuta għal kull tessera.

Attivitajiet marbuta mall-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir
Matul dawn il-ġimghat ser niċċelebraw l-akbar festa tal-Knisja tagħna, jiġifieri, il-qawmien mill-mewt ta’
Sidna Ġesu’ Kristu. Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tagħti kontribut dirett hekk kif permezz tal-
banda tagħna ser tkun qed tesegwixx żewġ servizzi, dak tal-Ġimgħa Kbira u id-Dimostrazzjoni bl-
istatwa ta’ Kristu Rxoxt nhar Ħadd il-Għid. Sadanittant, bħal kull sena matul dawn iż-żmienijiet, qed
jiġu organizati dawn l-attivitajiet:


Lotterija Kbira tal-Għid b’risq it-tagħlim tal-Mużika
Nixtiequ navżaw lill-membri mis-Sezzjoni tan-Nisa, Żgħażagħ u Kumitat għaddew jiġbru l-
biljetti fl-istatwa tad-Duluri u f’Kurċifiss matul dawn il-jiem. Din il-lotterija qed issir b’risq it-
tagħlim tal-mużika kif ukoll parti mill-finanzjament ta’ servizzi varji lill-paroċċa tagħna. Grazzi
lil dawk li laqgħu t-talba tagħna u kitbu f’din il-lotterija! Sadanittant, jekk fadal min jixtieq jieħu
sehem, jista jgħaddi l-biljetti lil xi membru Kumitat Ezekuttiv, Sezzjoni Nisa jew fil-letter box
tal-Kazin san nhar it-Tlieta 19 t’April 2022.


Żjarat lill-Persuni kollha li Jitqarbnu fi Djarhom.
Membri miIl-Kumitat Eżekuttiv bil-preżenza tad-Dir. Spiritwali ser iżuru lill-persuni kollha li
jitqarbnu fi djarhom, sabiex jagħtuhom l-awguri u tifkira żgħira tal-Għid. Dan ser isir f’Sibt il-
Għid filgħodu bejn it-8:00a.m. sa 12:30p.m.. Nirringrazzjaw bil-quddiem lil dawn il-persuni u
lill-familji tagħhom li sena wara l-oħra jkomplu jilqgħuna fi djarhom.


Coffee Morning Kbir tal-Għid – Ġibu t-tfal magħkom!
Nixtiequ navżaw li l-Coffee Morning tal-Għid ser isir nhar il-Erbgħa 20 t’April 2022.
Nħeġġukom tattendu bi ħġarkom. It-tfal kollha preżenti jiġu mogħtija xi ħaġa żgħira ta’ tifkira.
Id-dħul imur kollhu b’risq it-tagħlim tal-mużika ġewwa r-raħal tagħna.
Sadanittant, peress li sfortunatament din is-sena mhux ser ikun possibli li norganizzaw il-Mejda tal-
Appostli u il-Wirja t’Arti Sagra [fuq rakommondazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa u anke minħabba l-
fatt liil-basment tal-Każin bħalissa qed jintuża bħala ċentru ta’ matul il-jum peress li għaddejjin bix-
xogħlijiet fis-sala], matul il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, fit-twieqi u d-daħla tal-każin ser ikunu esebiti
diversi statwi/arti sagra li jfakkru l-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.


Ringrazzjamenti mill-Qalb!!
Marbuta mad-diversi attivitajiet u inizijattivi fl-aħħar ġimgħat, is-Soc. Filar. Santa Marija permezz
ta’ din in-nota tixtieq tirringrazzja…


 Lil dawk kollha li tawna d-donazzjonijiet fl-Istrina 2022 [€1105] u waqt iż-żjarat lil dawk li
joqogħdu waħiedhom [€305], bis-somma miġbura tlaħħaq dik ta’ €1,410.00. Grazzi mmens tal-
fiduċja tagħkom. Naprezzaw li anke min ma sibnihx d-dar xorta għaddilna d-donazzjoni tiegħu!
Nieħdu wkoll l-opportunita’ biex nirringrazzjaw lil dawk il-benefatturi li matul l-aħħar ġimgħat
komplew għaddewlna xi donazzjonijiet jew ħadu inizzjattivi personali li minnhom ibbenifikat is-
Soċjeta’ tagħna.


 Lil bandisti kollha tagħna tal-kooperazzjoni u l-għajnuna kollha, b’mod speċjali fil-programmi
varji f’Diċembru u ta’ Jum ir-Reppublika. Grazzi u prosit ukoll lil Chanelle Dimech għall-prietka
tat-tifla kif ukoll lill-familji kollha tagħhom tas-sapport. Grazzi wkoll lil Dun Noel għall-kitba;


 Grazzi lilkom kollha li pparteċipajtu fil-lotterija tal-Milied. Ir-rebbieħa kienu: Marija Cini ta’ Triq
Mons. Guzeppi De Piro [ewwel premju – Sett Pasturi Kbar], Karmena Saliba ta’ Triq il-Kappillan
Frangisk Vella [tieni premju – Father Christmas] u Salvina Zammit ta’ Triq Sant. Indrija [tielet
premju – Flixkun Whisky].


 Lil dawk kollha li qed jaħdmu u kienu ta’ għajnuna fuq id-diversi proġetti, fosthom grazzi lill-
membri kollha fi ħdan il-Kumitat u Sezzjonijiet, lil Joe Saliba, Mario Vella, Melvin Cini, Anthony
Zammit, Mario Portelli, Sammy Camilleri u il-ħaddiema, Paul Saliba u l-ħaddiema, Joe Cini
Curmi, Carmel Saliba, Natalie Cini, Louis Zammit, Joseph Bartolo, Margaret _ , Salvina
Cini u lil Nicholas u Ritienne Cini. Grazzi partikolari tmur lil Leli Cini, fejn minbarra id-diversi
xogħolijiet huwa wkoll responsabli mis-superviżjoni tal-proġetti. Grazzi wkoll lil Perit John
Attard tal-għajnuna u pariri.


Ħsieb mid-Direttur Spiritwali….tagħlima għal ħajjitna!!
Ejjew ma ngħejjew qatt INĦOBBU u ma negħjew qatt NAĦFRU għax kif jgħidilna l-Papa Franġisku:
“…  Alla ma jegħja qatt jaħfer; aħna li negħjew nitolbuh iħenn għalina.”
(Mill-Enċliklika Evangelii Gaudium tal-Papa Franġisku: parag. 3)

Tislijiet,

Marnol Sultana
Segretarju