ASSUMPTAFEST 2021!
IL-ĠIMGĦA 20 T’AWWISSU 2021…
IL-KUNĊERT ANNWALI TAS-SOĊJETA’ FILARMONIKA SANTA MARIJA!
Wara nuqqas ta’ sena, minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19, Il-Banda Santa Marija, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Grech, ser tirritorna bil-preżentazzjoni tall-kunċert mużikali “ASSUMPTAFEST”, nhar il-Erbgħa 21 ta’ Awwissu fi Pjazza l-Assunta [maġenb il-knisja], ż-Żebbuġ Għawdex fid-8.45pm. Dan il-Kunċert qed jiġi organizzat flimkien u b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali u bil-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Kunsill Malti għall-Arti. Matul dan il-kunċert, il-banda Santa Marija ser tkun qed tippreżenta lill-udjenza diversi siltiet mużikali. Ħsibna wkoll biex din is-sena jindaqq wkoll l-Innu l-Kbir, innu li daħal f’qalb il-poplu Żebbuġi għal-70 sena! Il-protagonisti prinċipali ser ikunu għal darb’oħra l-bandisti tal-Banda Santa Marija. Ħsibna wkoll biex minbarra t-talent lokali, partikolarment bis-sehem tal-kor Santa Marija u Regina Angelorum u s-solisti tal-Innu l-Kbir Jacqueline Vella, Godwin Cini u Matthew Cini, ser jingħaqdu magħna wkoll l-kantanti rinomati Sarah Bonnici u Neville Refalo. Dawn iż-żewġ kantanti żgur li m’għandhom bżonn ebda introduzzjoni fil-qasam mużikali u għaldaqstant l-ispettaklu huwa sigur!
Ser nagħtu wkoll numru ta’ rikonoxximenti lil persuni li matul is-snin li għaddew taw kontribut siewi lis-Soċjeta Filarmonika Santa Marija kif ukoll lir-raħal tagħna; fosthom il-premju ‘Ġieħ il-Banda’ u l-premju ‘Bandist/a tas-Sena’. Nifirħu wkoll lil bandisti Nathan Grech u Kylie Sutana li ser issirlilhom l-vestizzjoni bħala bandisti ġodda mal-Banda Santa Marija wara xhur ta’ studju. Ma’ jonqsux messaġġi tal-okkażżjoni. Dan il-kunċert ser ikun festa mużikali għal kulħadd...għalhekk nħeġġukom biex iżżommu dan l-appuntament magħna filwaqt li tħajru oħrajn jattendu. L-attendenza tagħkom hija żgur l-aqwa appoġġ u apprezzament għall-bandisti tagħna. Infakkrukom li s-Soċjeta
Filarmonika Santa Marija tinvesti numru sostanzjali ta’ finanzi biex jirnexxiela ttella’
programm professjonali.
…LINJI GWIDA MARBUTA MALL-COVID-19
Kif wieħed jista’ jobsor, din l-edizzjoni ta’ Assumptafest ser tkun waħda kemmxejn differenti, u qed tiġi organnizzata fl- isfond li biex ingħatajna il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet tas-saħħa, kien hemm bżonn li jsiru numru ta’ preparamenti filwaqt li rridu nimxu strettament ma’ l-istruzzjonijiet marbuta mall-awtoritajiet tas-saħħa, fosthom li dawk li ser jipparteċipaw jew jattendu irid jkollhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin jew inkellha ikollhom riżultat negattiv li jrid ikun sar mhux aktar minn 72-siegħa qabel din l-attivita. I-post fejn ser isir il-kunċert ser ikun wkoll imdawwar skond dak eseġit fil-linji gwida ta-aħħar jiem. Nitolbukom tifmhuna u nikkoperaw flimkien.
Għaldaqstant, tkunu qed tgħinuna ħafna biex min ser ikun ħa jattendi, jimla l-formala qasira fil-parti t’hawn isfel u timpustawha fil-letter box tal-każin jew tgħadduwha lil xi membu tal-kumitat. Għal min mhux ser ikun possibli li jikkonferma minn qabel, navżaw Iil-postijiet ser ikunu kemmxejn limitati [minħabba li trid tinżamm id-distanza soċjali] u għalkemm ser ngħamlu minn kollox biex nassiguraw post lill-kulħadd, ser ikollna nimxu fuq il-prinċipju ta’ first come first serve basis. Jekk inti ċert/a li ser tingħaqad magħna, nistendnukom timlew il-formola fl-iqsar żmien possibli biex ma’ tidiżupuntawx ruħkom!. Għal min isibhu aktar komdu, tistgħu tibgħatu sms jew iċċemplu fuq: 79273580 u tagħtu d- dettalji hemm.
Fl-aħħar imma mhux l-anqas grazzi kbira tmur lil dawk kollha, fosthom lil bandisti Żebbuġin u bandisti oħrajn, Surmast u Asst. Surmast u l-Kumitat li bħalissa għaddejjin bl-arranġamenti u l-preparazzjonijiet meħtieġa biex jittella’ dan il- programm mużikali. F’dan il-Kuncert l-element ta’ sorpriża ma’ jonqosx…għalhekk żommu din id-data libera u ngħaqdu magħna għal din l-avventura mużikali.
INSELLMULEK O’ MARIJA…NHAR JUM IL-FESTA B’DIFFERENZA
Sadanittant, fuq stedina tall-Parroċċa, sehem il-Banda Santa Marija ser jissokta nhar Jum il-Festa, fejn wara l-velja ta’ talb mmexxija mill-Eminenza Tiegħu, il-Kardinal Mario Grech, il-banda tagħna ser tkompli tanima bid-daqq ta’ diversi marċi u innijiet popolari ad unur Ommna l-Assunta ġewwa l-Knisja parrokkjali. Konvinti li lkoll ser inkunu hemm biex flimkien b’mod dinjituż u f’atmosfera ta’ ferħ insellmu lil din Ommna l-Assunta fl-għeluq tal-festa 2021. Nirringrazzjaw lil Arċipriet tal-istedina.
GRAZZI LILKOM VOLUNTIERA, BENEFATTURI U SOSTENITURI…!
Napprezzaw l-fatt li ħafna nies u familji jiddedikaw ħafna ħin għall-banda. Grazzi partikolari tmur lil:
Sħabi membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv tal-ħidma u koordinament matul dawn il-jiem u għal-ħinijiet twal. Din is-sena għadna sfida doppja peress li waqt il-festa għaddejjin wkoll b’diversi proġetti. Għalhekk grazzi
kbira u mistħoqqa lil kollegi membri tal-kumitat.
Membri tas-sezzjoni nisa u Sezzjoni żgħażagħ tal-għajnuna kollha speċjalment fil-ġbir tal-biljetti fil-lotterija ta’ Lulju. Grazzi lil dawk kollha li ppartecipaw fil-lotterija ta’ Lulju. Apprezzajna ferm li kien hemm ammont ferm sabiħ ta familji li għalkemm ma sibnihomx id-dar, xorta sabu mezz u għaddew il-biljetti lill-Kumitat/Sezzjoni Nisa matul dawn il-jiem. Navżaw lir-rebbieħa tal-Lotterija huma Catherine Calleja ta’ Triq Ġoma (l-ewwel premju), Deborah Żammit ta’ Triq Kaċċaturi (it-tieni premju) u Lily Cachia ta’ Triq il-Knisja (it-tielet premju). Nifirħu lir-rebbieħa!
Lil diversi individwi, ditti u ħwienet li għoġobhom jirrekklamaw fuq il-ktieb tal-Festa. Dawn id-ditti u ħwienet kienu ta’ għajnuna kbira. Inħeġġukom tużaw is-servizzi u prodotti ta’ dawn ilkoll!. Grazzi lil Rupert Zammit, Analise Cini u Diane Calleja tal-koordinament kif wkoll lil parroċċa tal-ispazju,
U grazzi lil diversi voluntiera li bħalissa komplew għaddejjin b’diversi xogħlijiet fil-każin. Ilkoll għadna
naprezzaw ix-xogħol ta’ dawn in-nies li qegħdin iqattgħu sigħat twal ta’ xogħol fis-skiet! Niskużaw ruħna ma’ dawk li qed jużaw is-sala għal kull inkonvenjent sakemm jitlestew x-xogħolijiet.
Sadanittant, nifirħu lil Graziella Cini (rappreżentanta u membru fi ħdan is-Sezzjoni taż-Żgħażagħ) u lil Josmar Vella li matul dawn il-jiem ser jingħaqdu fis-sagrament taż-Żwieġ. Nawgurawlhom u fl-istess ħin nirringrazzjawhom mill-qalb tas-sapport u xogħol volontarju li kontinwament jagħtu fi ħdan is-Soċjeta’ tagħna!
XEWQA MID-DIRETTUR SPIRITWALI…
Il-Kan. Dun Noel Saliba jixtieq jappella u jħeġġeġ lill-membri tal-
kumitati, bandisti, aljievi, soċi u benefatturi tas-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija biex flimkien mal-poplu kollu, f’dawn il-jiem ta’ festi niġġeddu spiritwalment billi nersqu għall-qrara sinċiera u nqaddsu l-festa bi tqarbina xierqa. Sidtna Marija, bit-tlugħ tagħha fis-Sema bir-ruħ u l-
ġisem, turina kif bil-qawwa ta’ Kristu, aħna msejħin
biex nirbħu t-taħsir:-
– tal-ħajja Fiżika;
– tal-ħajja Soċjali;
- tal-ħajja Reliġjuża;
- tal-ħajja Morali; u
- tal-ħajja Spiritwali.
Talba: lil Marija Mtellgħa fis-Sema bir-Ruħ u bil-Ġisem:
“O Marija, Omm Setgħana,
Bħala wliedek indukrana,
Mit-taħsir dejjem skansana,
Biex fil-Ġenna għad tarana.”
IL-FESTA IT-TAJBA LIL-KULĦADD!
Tislijiet
Marnol Sultana
Segretarju