It-Twelid tal-Messija!
ll-ġimgħat igerrbu, u sena oħra kważi għaddiet. Kien ftit tal-ġimgħat ilu li konna nfurmajnikom li bħala Soċjeta’, minbarra s-solitu attivitajiet varji, konna dħalna għal żewġ sfidi ġodda; l-ewwel bl-organizzazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Ħelu [Sweet Tooth Festival] nhar it-3 ta’ Novembru, u mbgħad kien imiss lil-Banda tagħna flimkien mall-Kunsill tal-Kultura tippreżenta’ l-Programm ta’ Mużika Sagra ‘SACRIS’ nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru 2019.
Ma’ nistgħux ma’ nirringrazzjawx lil dawk kollha voluntiera u sostenituri tagħna li tawna s-sapport u l-għajnuna meħtiega biex stajna norganizzaw dawn iż-żewġ attivitajiet ġodda. Nistqarru li sodisfatti mmens kemm bir- rispons tagħkom u anke bil-kummenti li irċivejna. Għalkemm għal xi mumenti daħlet l-għeja, żgur lis- sodisfazzjon kien bil-wisq akbar, anke meta tqis li dawn kienu attivitajiet li ġew organizzati għal ewwel darba u fejn anke fil-festival tal-Ħelu nistgħu ngħidu li rnexxielna niġbdu eluf ta’ Maltin u Għawdxin!
U ssa filwaqt li nġeddu l-impenn tagħna li ser nkomplu norganizzaw attivitajiet ta’ dan il-livell fix-xhur li ġejjin, ħarsitna ser ddur fuq programm t’attivitajiet marbut ma’ waħda mill-ikbar ġrajjiet bibliċi. Hawn huma d-dettalji:
Serata tal-Milied 2019 – l-Attivita Ewlenija għall-Famija Kollha…
Is-serata speċjali “Flimkien fil-Milied” imtellgħa mis-Soċ. Filar. Santa Marija din is-sena ser issir nhar IL- ĠIMGĦA 20 ta’ Diċembru 2019 fis-7.00pm. Fuq talba ġenerali, waqt is-serata ser jingħaqad magħna wkoll l- illużżjonista ta’ fama Nazzjonali Brian Role’, fejn ser ikun qed jagħti spettaku ta’ llużjoni u maġija! Minbarra li ser jingħaqad magħna l-Father Christmas, ħsibna wkoll biex nagħtu aktar spazju lit-talent lokali, fejn din is-sena ser jingħaqdu kantanti li ser ikantawlna melodiji tal-Milied. Ser ikollna wkoll farsa minn żgħażagħ Żebbuġin miktuba mill-PRO Diane Calleja. Ma jonqsux il-Priedka tat-Tifla, diversi poeżiji kif wkoll kant mill-kor Regina Angelorum li ser ikompli jdaħħalna aktar fl-ispirtu ferrieħi ta’ dawn il-ġranet.
Naturalment l-ikel ma jonqosx u ser tingħata tifkira lit-tfal kollha li jattendu. Tinsewx li matul s-serata tittella’ wkoll l-lotterija fis-sett pasturi l-kbar. Din is-sena titilfuhiex u ħeġġu oħrajn jiġu. Ħsibna biex inżommu il-prezz tad-dħul baxx, iġifieri dak ta’ €5.00c. Ser noffru trasport b’xejn lura d-dar u għal min jixtieq trasport għal qabel, ħuwa mitlub javviċina lil xi membru tal-Kumitat jew Sezzjoni Nisa. Biljetti jistgħu jinxtraw jew mill-Bar tal-Każin, Membri Sezzjoni Nisa jew anke mill-bieb dakinhar stess tal-attivita’. Minbarra tkunu qegħdin tqattgħu ftit ħin ta’ divertiment magħna, fl-istess ħin tkunu qed tgħinu lil Banda tagħna tkompli bil-ħidma tagħha!
NOTA: Għal din is-sena biss, din l-attivita’ ser ssir il-Ġimgħa [u mhux is-Sibt ta’ qabel il-Milied], minħabba arranġamenti li saru mal-Korijiet Santa Marija u Regina Angelorum biex minflok jiġi organizzat il-Kunċert Nativitate Domini
CHRISTMASFEST…Storja ta’ Kant u Mużika!
Il-Kumitat Eżekuttiv ħadem biex għal darb’ oħra jiġu akkwistati fondi biex biħom insostnu attivitajiet varji ġewwa r-raħal tagħna. ChristmasFEST huwa xhieda ta’ dan, fejn grazzi għal għajnuna miksuba, għal żmien il-Milied ser jiġu sostnut l organizzazzjoni ta’ żewġ kunċerti mużikali, wieħed nhar is-Sibt 21 ta’ Diċembru 2019 organizzat mill-Korijiet Santa Marija u Regina Angelorum mmexxi minn Mro. Franco Cefai u mbad il-Programm Mużikali bis-seħem tal-Banda tagħna nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru 2019 mmexxi min Mro. Dr. Joseph Grech.
Infakkru li nhar It-Tnejn 23 ta’ Diċembru 2019, Il-Programm Mużikali ‘O Ġesu’ Bambin’ ser isir wara lil-Banda Santa Marija takkumpanja l-purċissjoni bil-Bambin li titlaq minn DAR STELLA MARIS fil-5:00p.m. Nieħdu spunt
u nirringrazzjaw kemm lil Arċipriet Dun Ġwann Sultana kif wkoll lis-Soċjeta tad-Duttrina tal-Mużew tal-istedina u kooperazzjoni sħiħa biex il-banda tagħna tieħu seħem fil-purċissjoni tal-Milied. Wara l-Programm Mużikali, l- banda ser tkompli wkoll tanima bid-daqq waqt il-quddiesa tan-Novena.
Lotterija Kbira tal-Milied – b’risq it-tagħlim tal-mużika.
Infakkrukom li għadna kif qassamna pakkett biljetti f’kull dar biex wieħed jkun jista jieħu seħem fil-lotterija f’sett pasturi kbar u artistiċi (valur ta €200) li jinsabu għall-wiri fit-tieqa tal-każin tagħna. Nappellaw biex kull familja tittanta xortiha f’din il-lotterija tal-Milied. Il-Biljetti ser jinġabru fil-jiem li ġejjin minn diversi membri tal-Kumitat u sezzjonijiet. Din is-sena ħsibna biex erġajna kabbarna din il-lotterija b’risq it-tagħlim tal-mużika, fejn issa ser ikollna wkoll Father Cħristmas bħala t-tieni premju (b’valur ta’ €50) kif wkoll flixkun whisky għat-tielet rebbieħ. Lil dawk li ma nsibuħomx f’darhom u jixtiequ jittantaw xortihom huma mitluba tghaddu dawn il-biljetti lil xi membru tal-Kumitat Eżekkuttiv jew fil-letter box tal-Każin sa nħar il Ġimgħa 20 ta’ Diċembru 2019.
Żjara lill-Persuni li jgħixu waħedhom
Bħal kull sena fi żmien il-Milied, membri mill-Kumitat Eżekuttiv flimkien mad-Direttur Spiritwali l-Kan. Dun Noel Saliba ser inżuru lil dawk il-persuni kollha li jgħixu waħedhom. Filwaqt li nwasslulhom l-awgurju ta’ dawn il- ġranet qaddisa, nagħtuhom ukoll tifkira żgħira tal-Milied. Dan l-appuntament din is-sena ser isir nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru bejn it-8.00a.m. u 12:00p.m. u mit-3.30pm il quddiem mill-Knisja l-isfel u it-Tlieta 24 ta’ Diċembru 2019 bejn it-8.00a.m. u 12:00p.m. mill-Knisja l-fuq. Nieħdu gost ħafna niltaqgħu magħkom.
Iż-Żgħażagħ Bandisti tagħna f’attivita tal-Milied!
Nhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru 2019, numru ta’ bandisti żgħażagħ li tgħallmu u li diġa bdew idoqqu mal- banda tagħna ser ikunu wkoll qed jipparteċipaw bħala ‘youth band’ fil-Purċissjoni tal-Milied ġewwa l-Belt Victoria. Dan is-servizz ser jibda fis-7:00p.m. minn Pjazza t-Tokk.
Flat B16 #2 – l-istorja tkompli….Kummiedja fi tlett atti
Għal sena oħra, is-Sezzjoni Żgħażagħ ser tkun qed itella’ Kummiedja fi tlett atti bl-isem ‘Flat B16 #2, kitba tal- PRO Diane Calleja. Min ingħaqad magħna fis-snin l-oħra żgur għadu jiftakar is-serati ta’ daħk kontinwu li jafu joffru ż-Żgħażagħ Żebbuġin. Għalhekk din is-sena ngħaqad magħna għal din il-Kummiedja nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Jannar 2020 [fit-8.00p.m.] u s-Sibt 11 ta’ Jannar 2020 [fit-8.00p.m.] ġewwa s-sala tal-Każin. Nassigurawk daħka tajba u fl-istess ħin tkun qiegħed tagħti sapport liż-żgħażagħ mir-raħal tagħna li ħadu ħsieb kemm il-kitba kif wkoll il-produzzjoni u d-direzzjoni ta’ din il-kummiedja. Aktar dettalji fil-jiem li ġejjin!
Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat u Quddiesa għal dawk li ħallewna matul is-Sena
Kif dejjem sostnejna, aspett ieħor ferm importanti għas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija ħu dak spiritwali fejn bl-għajnuna tad-Direttur Spiritwali Kan. Dun Noel Saliba, nhar it-Tlieta 31 ta’ Diċembru 2019, dritt wara il- quddies ta’ filgħaxija, ser norgannizaw siegħa Adorazzjoni għall-bandisti, benefatturi, helpers u membri kollha fi ħdan is-Soċ. Filar. Santa Marija. Imbagħad nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020 fil-Quddiesa tal-Għaxra u nofs, is- Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija ser torganizza Quddiesa għal dawk kollħa li ħallewna matul is-Sena 2019. Din il-quddiesa ssir flok li jsiru fjuri waqt il-funerali tal-individwi.
L-Istrina 2020…Ħarsitna ‘il quddiem lejn sena ġdida ta’ ħidma
Bħas-snin li għaddew, nhar l-ewwel jiem ta’ Jannar 2020 ser inkunu niġbru l-istrina. Il-ftit mingħand kulħadd ifisser għajnuna kbira għalina biex inkomplu nkunu ta’ sapport fl-attivitajiet mużikali, soċjali, edukattivi u kulturali ġewwa r-raħal tagħna. Mingħajr id-donazzjonijiet tagħkom ma nkunux nistgħu noffru servizz lill-paroċċa u lir- raħal tagħna.
Il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020…Ikla għall-Ħbieb!!
Ħidmietna hija marbuta wkoll m’attivitajiet soċjali u ta’ divertiment bħala rikonoxximent għax-xogħol u s- sagrifiċċji li jgħaddu minnħom il-bandisti, membri, voluntiera u benefatturi kollħa tagħna. Bħal kull sena ser issir ‘L-ikla tal-Ħbieb’ nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020. Dan il-buffet kbir ser jiġi organizzat ġewwa l-każin tagħna stess bl-għajnuna ta Santa Marija Snack Bar. Għal min jixtieq jingħaqad magħna Il-prezz ser ikun dak ta’ €17.50 għal kbar u ta’ €12.50 għaż-żgħar (soft drink u tazza inbid inklużi). Nitolbukom biex tikkuntatjaw lil xi membru tal-Kumitat jew tibgħatu sms fuq 79273580
Lilkom ilkoll benefatturi, voluntiera, bandisti, membri, soċi u sostenituri tagħna…
Għal din is-sena, din l-ittra ser tkun l-aħħar okkażżjoni fejn nibgħatu ninfurmawkom dwar dak li qed jiġri fi ħdan is-Soċjeta’ u l-banda tagħna. Kienet waħda mill-aktar snin impenjattivi, b’numru ta’ proġetti, servizzi u attivitajiet. Nixtieq nagħlaq b’ringrazzjament ta’ gratitudni u l-isbaħ xewqat lilkom kollha li tagħtuna l-appoġġ kontinwu. Inselli b’mod speċjali lil sħabi President u membri tal-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll lill-membri kollha tas- Sotto Kumitati tan-Nisa u taż-Żgħażagħ, Kummissjoni Banda, lill-bandisti, Surmast u Assistent Surmast, soċji, membri, voluntiera, emigranti u ħbieb.
Din is-sena ringrazzjament partikolari jmur lil dawk il-voluntiera kollha li taw seħem biex lestejna fil-ħin diversi proġetti ta’ natura kapitali, ilkoll min diversi skemi ta’ fondi. Dawn ilkoll proġetti li kienu ħolma u li llum saru realta’! Grazzi wkoll lill-Arċipriet, Kleru, Kunsill Lokali u l-għaqdiet tal-kooperazzjoni. Napprezzaw il-fatt li ħafna nies matul din is-sena ddedikaw ħafna ħin għall-banda tagħna. Anke lilkom benefatturi tal-banda tagħna, nirringrazzjawkom tal-fiduċja u s-sapport finanzjarju. Grazzi lkoll familji Żebbuġin!
Nawguraw l-Festi t-Tajba lilkom u lill-familji tagħkom.
Ejjew ħalli flimkien niċċelebraw fi spirtu t’għaqda t-Twelid tas-Salvatur tagħna, ĠESU’ BAMBIN.
Tislijiet,
Marnol Sultana
Segretarju
N.B. Il-parti tad-donazzjonijiet u ringrazzjamenti lil xi benefatturi m’ħix ser tidħer minħabba nuqqas ta spazju. Din l-
informazzjoni tidħer fl-ittra li jmiss.