Ittra Kumitat Eżekuttiv – Mejju 2021

FOST L-ISFIDI…ĦIDMIETNA KOMPLIET

Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti, ta’ spiss tismgħa min jgħidlek ‘qed naħdmu kif nistgħu’. Dan jgħodd
wkoll għalina s-Soċ. Filar. Santa Marija, fejn għalkemmm l-isfidi huma kemmxejn kbar, xorta waħda
qed ngħamlu milli nistgħu biex ħidmietna tkompli għaddejja, ovvjament dejjem b’ħarsien sħiħ lejn il-
linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’din l-itttra ser inkun qed naġġornawkom dwar dak li
sar, x’qed isir u x’hemm ppjanat, anke fid-dawl li din hija l-ewwel ittra wara l-Laqgħa Ġenerali li saret
aktar kmien f’Marzu.


Approvazzjoni tar-Rendikont Finanzjarju u Konferma tal-Kumitat Eżekuttiv
Flimkien mad-diversi rapporti amministrattivi, parti ewlenija tal-Laqgħa Ġenerali tkun il-ħatra tal-
Kumitat Eżekuttiv. Ninfurmawkom wkoll li abażi tan-nominazzjonijiet mitfuha, il-Kumitat Eżekkutiv u l-
karigi rispettivi baqgħa l-istess bħal dak tas-sena preċedenti. Ingħataw wkoll dettalji sħaħ dwar l-infiq
u d-dħul kollu ta’ kull xahar fis-sena 2020. Biex kullħadd jingħata sodisfazzjon ta’ fejn il-
kontribuzzjonijiet tiegħu/tagħha qegħdin jiġu investiti, ma’ din l-ittra, fl-aħħar paġna hemm id-dettalji
kollha.


Huwa tajjeb li tkunu tafu kemm qed ikun d-dħul, imma nemmnu wkoll li intom benefatturi tagħna
għadkom dritt tkunu tafu fejn qed ikun l-infieq. Ta’ man isemmi wkoll li bħal kif ġie mgħarraf waqt il-
Laqgħa ġenerali, kull proġett li kien kkummisjonat tħallas kollhu u ma hemm ebda kont pendenti
marbut ma’ proġetti lesti. Sadanittant, min jkun jixtieq jikjarifika xi punti jew jixtieq aktar dettalji,
tiddejqu xejn tkellmu lit-Teżoriera jew lil xi membru tal-Kumitat Eżekuttiv. Ta min insemmu li dawn ir-
rendikonti ġew iċċertifikati mir-Reviżuri [Awdituri Interni] u anke minn Awditur kwalifikat u mgħoddija
lill-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat ġewwa Malta skond l-att tal-liġi li tirregola lill-
organizzazzjonijiet volontarji.


Ringrazzjament jmur lil sħabi membri tal-kumitat, sezzjonijiet, bandisti u għexieren ta’ voluntiera li
matul is-sena jagħtu xogħol volontarju fi ħdan is-Soċjeta’ tagħna. Intennu li huwa permezz ta’ dan l-
isforz kollettiv li naslu f’dak li nkunu ppjanajna. Kif dikuss fil-laqgħa ġenerali, s-Soċjeta’ qegħda hemm
għal qadi ta’ raħalna u l-parroċċa tagħna, biex teduka, tferraħ, torganizza u ġġib lejn raħalna
opportunitajiet ġodda. Naprezzaw meta xi ħadd jgħaddilna xi suġġeriment, opinjoni u għaliex le, xi
lment jew kritika. Ħuma dawn li jkabbru u jsaħħu l-banda tagħna…ħossukom liberi!


AĠĠORNAMENT: FONDI, PROĠETTI U PRODUZZJONIJIET ĠODDA

l-ikbar sodisfazzjon ikun meta tlesti xi proġett; għax dak ikun ifisser it-tkomplija u l-għeluq ta’ perjodu
ta’ xogħol, ħidma, sfidi u xi kultant diffikultajiet mhux żgħar u ta’ inkwiet.  Iżda, minn naħa tal-Kumitat,
filwaqt li nkunu qed inwettqu proġett, ħsibijietna jkunu diġa fuq proġetti u xi kultant ħolmiet ġodda
b’risq il-Banda tagħna. Kif infurmajnikom fl-aħħar ittri, bħalissa għaddejjin bit-twettiq ta’ diversi proġetti
u bi pjaċir ninfurmawkom wkoll li sadanittant ġew wkoll akkwistati aktar fondi għal aktar proġetti. Fil-
qosor, dan huwa dak li għaddejjin minnhu:


Xogħol ta’ natura infrastrutturali u tagħmir tal-Każin
Filwaqt li tlestiet il-Vetrina għal Arkivju Mużikali, Sadanittant tkompla x-xogħol fuq il-gwarniċun tal-
foyer tad-daħla tal-Każin, fejn issa dħalna fl-istadji finali tax-xogħlijiet. Fl-aħħar jiem beda wkoll x-
xogħol preparitorju fuq is-sala, fejn hekk kif diġa nfurmajnikom ftit xhur ilu, ser jittejbu l-faċilitajiet fis-
sala fosthom l-installazzjoni ta’ ACs, titjib fl-akustika tal-post permezz ta’ soffit kif ukoll se jsir upgrade
tal-faċilitajiet sanitarji u biben interni. Grazzi għal fondi ġodda, issa dan l-investiment ser ikompli
lil’hinn mis-sala, fejn ser isir wkoll gwarniċun dekorattiv fil-foyer tas-Sala. Dan ser ikun jikkumplimenta
il-proġett tal-Koppla u fl-istess ħin ser ikun qed isaħħaħ l-akustika tal-post. Ovvjament, dawn proġetti
li jieħdu iż-żmien u għaldaqstant qed niffukaw li l-ewwel nlestlu dak li hemm mibdi qabel ma jibda
xogħol ieħor.


Tisħiħ mill-aspett bandistiku
Ħidmietna qegħda wkoll tiffoka fuq kif nistgħu nsaħħu u nġeddu l-banda tagħna. Bħalissa għaddejjin
b’żewġ proġetti li bihom ser inkunu qed jiġu restawrati u/jew ser jinxtraw Strumenti ġodda flmkien ma
investiment f’aktar risorsi marbut mat-tagħlim tal-Mużika. Dwar dan ser inkunu qed naġġornawkom fil-
ġimgħat li ġejjin.


Produzzjonijiet Mużikali
Sadanittant, wara s-success tas-sena li għaddiet permezz tal-kuncert POP&PANS, ergajna tfajna
ħarstina wkoll biex ħidmietna mhux biss tkun limitata sabiex natrezzaw il-kazin, imma wkoll ħdimna
biex tinkiseb għanuna biex meta ikun il-waqt is-Socjeta’ tagħna tkun tista wkoll ttella produzzjoni ta’
livelli. Infatti, hekk kif imħabbar aktar kmieni fil-mezzi tax-xandir, bi pjaċir ninfurmawkom lis-Soċjeta’ tagħna hija waħda mis-16 il-benefiċjarju/proġett minn Malta u Għadex li kkwalifika [wara proċess sħiħ
ta’ evalwazzjoni] bħala parti mill-iskemi RESTART 2021 immaniġġjati mill-Kunsill Malti għall-Arti fi
ħdan l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Permezz tal-proġett MUSIC IN
SEQUENCE megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti, ħarstina ssa ddur fuq il-preparazzjonijiet meħtieġa
marbuta ma’ żewg produzzjonijiet mużikali għax-xhur li ġejjin, ovvjament dejjem skond u b’rispett sħiħ
lejn il-linji gwida maħruġa minn żmien għal żmien mill-awtoritajiet tas-saħħa. …aktar dettalji ser
jitħabbru l’quddiem ladarba anke jiġu ffinalizzati l-proċessi amministrattivi li jmiss.


Dawn il-proġetti/inizjattivi qegħdin ikunu totalment ffinanzjati minn diversi skemi ta’ fondi, fosthom l-
iskema MICE maħruġa mill-Misteru għal Għawdex, Agenzija Żgħażagħ, mill-Malta Arts Funds flimkien
mall-Għaqda Każini tal-Banda u mill- Malta Council for the Voluntary Sector permezz tal-programm
Small Initiatives Scheme. Grazzi Kbira lil dawn l-entitajiet għax huwa biss permezz ta dawn il-fondi li
ħafna proġetti jsiru realta’.


Ir-rebħ ta’ fondi m’hix kumbinazzjoni!
Filwaqt li nkunu qed nikkompetu ma’ mijiet ta’ għaqdiet oħra; kull applikazzjoni tfisser sigħat twal ta’
ħsieb, ġbir ta’ stimi, rapporti, preparazzjonijiet, laqgħat ġewwa Malta kif wkoll awditjar tar-rendikonti
finanzjarji tas-Soċjeta. Hawn nirringrazzjaw lil dawk kollha li jgħinu f’dan il-proċess. Insemmu wkoll lil
fondi jittieħdu ladarba jitlesta l-proġett u wara li jkunu saru l-ispezzjonijiet ta’ verifika minn awdituri.
Għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar is-suċċess ta’ kull poġett huwa possibli grazzi għall-fiduċja, għajnuna u
d-donazzjonijiet kontinwi tagħkom.  Nitolbukom biex l-għajnuna u d-donazzjonijiet tagħkom jibqgħu
kontinwi u tkomplu tkunu ġenerużi biex b’hekk ilkoll flimkien ikollna r-riżorsi, l-organizzazzjoni u l-
garanziji finanzjarji meħtieġa biex nisfruttaw opportunitajiet simili.


Sitta u Għoxrin Sena Flimkien…Storja ta’ ħidma u servizz
Eżattament nhar il-31 ta’ Mejju 2021, is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija ser tkun qed tgħalaq is-sitta
u għoxrin sena mit-twaqqif tagħha. Matul dawn is-snin esperjenzajna tiżwieqa ta’ ħidma volontarja li
ssarfet fit-twettiq ta’ diversi proġetti kif ukoll konna ta’ servizz kontinwu kemm lir-raħal kif wkoll lill-
parroċċa. Għaldaqstant, b’ringrazzjament għal dan kollu, s-Soċjeta’ ħasbet biex bħas-snin li għaddew
infakkru dan l-anniversarju permezz ta’ Quddiesa nhar il-Erbgħa 2 ta’ Ġunju 2021, f’waħda mill-
Erbgħat tal-Madonna. Il-Quddiesa ser tkun iċċelebrata mid-Direttur Spritwali l-Kan Dun Noel Saliba.
Nistiednu lilkom membri u ħbieb tagħna biex flimkien mal-Kumitat Eżekuttiv, Bandisti, Sezzjoni Nisa u
Żgħażagħ ningħaqdu għal din iċ-ċelebrazzjoni b’radd ta ħajr ‘l Ommna l-Assunta u fl-istess ħin
inkomplu nitolbuha żżomm idejha fuq il-ħidma tagħna.


Opportunitaˋ ta’ Tagħlim Professjonali tal-Mużika – Titilfuhiex!
Dieħel is-sajf, u għalhekk issa huwa iċ-ċans biex wieħed jibda jitgħallem strument. Bħalissa għadna
numru ferm sabiħ t’aljievi u studenti minn kull eta, għalhekk inħeġġu lil dawk interessati biex jagħmlu l-
ewwel pass. It-tagħlim tat-teorija tal-aljievi tagħna qed ikun imżewwaq b’sessjonijiet fejn l-istudenti
ikunu mhux biss qed jitgħallmu t-teorija tal-mużika, iżda wkoll isiru sessjonijiet dwar l-istorja, t-
tradizzjonijiet u l-iżvilupp tal-mużika ġenerali ġewwa pajjiżna. Sadanittant navżaw lil dawk li
irreġistraw biex uliedhom jibdew jitgħallmu l-mużika li bħalissa qed nistennew l-aħħar linji gwida biex
nassiguraw tagħlim f’ambjent sikur. Sadanittant, min għadu jixtieq jirreġistra lil uliedu, jista jgħamel
hekk billi jkellem lil Franco Cefai jew lil xi membru tal-Kumitat.


Ninfurmawkom li meta student jibda t-tagħlim tal-mużika mas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija, ma
tfissirx biss li wieħed ikun qed ikabbar il-ħiliet u t-talent fil-mużika, imma issa awtomatikament dan it-
tagħlim qed jiġi rifless u dokumentat bħala suġġett [Informal Education] fl-school leaving certificate li
jingħata lil kull student meta dan jispiċċa mis-sekondarja. Dan iċ-ċans huwa possibli wara lis-Soċjeta’
tagħna laħqet il-kriterji kollha meħtieġa biex ikkwalifikat u ġiet irreġistrata mall-Kunsill Malti għall-
Kwalifiki. Din hija opportunitaˋ tad-deheb għalikom studenti u żgħażagħ tagħna. U sal-lum dan it-
tagħlim jista’ jinkiseb mingħajr ebda ħlas!


Aktar ħidma amministrattiva…l-pass li jmiss
Matul l-aħħar snin, pass wara pass, il-kumitat eżekutiv ħadem ferm mill-aspett amministrattiv kemm
dwar l-operat tas-soċjeta’ infusha u anke mat-tmexxija tal-Każin. Infatti, wara li rajna li jinqatgħu l-
kontijiet pendenti kollha, s-Socjeta’ gabet l-istatus ta’ Personalita Juridika u aktar ricenti dħalna għal
isfida sabiex jiġu aġġornati l-pjanti skond l-użu eżistenti; process li swiena €14,950.00c iżda li fl-istess
ħin fetħilna il-bibien għal aktar fondi u proġetti. Dan ssarraf wkoll biex fl-aħħar xhur ġiet aġġornata l-
liċenzja/klassi tal-operat tal-bottegin [restaurant] skond in-normi stabiliti. Wara dan kollhu, issa l-
kumitat tefa’ ħarstu fuq s-saħħa u s-sigurta ġewwa l-każin. Għaldaqstant, matul dawn il-ġimgħat ser
ikun qed jiġi kkummissjonat Audit u Risk Assessment biex eventwalment tkun tista tiġi installata
sistema li tipproteġi lil-Każin u lil min ikun ġo fih f’kas ta’ xi inċident.

Tgħidulna dan x’ridtuħ? Ma’ kontux għaddejjin? Huwa vera, konna għaddejjin, imma l-Kumitat
Eżekuttiv itenni li aħna obbligati u nħossuna responsabbli mhux biss għat-tmexxija ta’ dak li qegħdin aħna preżenti fih, imma wkoll responsabbli minn dak li ser isibu quddiemhom dawk li ser jiġu
jamministraw warajna. Nemmnu li fejn hemm lok ta’ titjib, irridu naħdmu fuq kull aspett biex naraw li
kollox ikun konformi u regolat. Konxji li dan l-investiment jaf ifisser eluf ta’ Euro u għal dan il-kumitat
diġa ħaseb. Infatti, bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet u sottomissjonijiet ta’ dokumenti biex. tali
spejjeż jkunu jistgħu jkunu koperti minn skema ta’ fondi maħruġa aktar kmienu u b’hekk ser nevitaw
piż fuqkom il-familji u benefatturi tagħna.


Librett Ġdid ta’ Marċi brijużi – Iddeddika Marċ lil Familja jew għal Memorja ta’…
Fid-dawl li bħalissa naqas l-impenn bandistiku, ħadna l-opportunita biex ngħatu spinta u jitlesta x-
xogħol fuq librett ġdid b’sett marci ġodda, bil-għan li jibda jintuża ladarba jerġgħu jibdew isiru l-marċi.
Filwaqt li diġa għadna numru sabiħ ta’ benefatturi li diġa offrew li jikkummissjonaw marċ, jekk hawn
min jixtieq jiddedika marċ [kull wieħed jiswa €50] huwa mitlub ikellem jew lil Micheal Cini, delegat
bandist jew lil xi membru tal-Kumitat [Mob: 79273580]. Dan huwa l-aħħar ċans.


RINGRAZZJAMENTI U AWGURJI…
 Lil dawk kollha li għoġobhom jgħaddulna id-donazzjoni tagħhom matul l-aħħar ġimgħat fid-
dawl li bħalissa mhux possibli jsiru attivitajiet. Insostnu li l-ispejjeż xorta jibqgħu hemm
[fosthom ta’ tagħlim] u għaldaqstant naprezzaw l-għajnuna tagħkom.
 Grazzi lil numru ta’ voluntiera u ħaddiema li bħalissa għaddejjin bid-diversi xogħolijiet fil-każin.
Naprezzaw l-impenn u d-disponabilita’. Grazzi speċjali lil Leli Cini tal-għajnuna, anke mill-fatt
li ta’ spiss jiġi minn Malta biex isegwi l-andament tax-xogħol,
 F’din l-ewwel okkazzjoni, Is-Soc. Filar. Santa Marija tifraħ lid-Direttur Spiritwali l-Kan. Dun
Noel Saliba għal ħatra tiegħu bħala Rettur tal-Knisja ta’ Santa Lucija ġewwa Kerċem.
Nawgurawlu għal din il-ħidma pastorali ġdida fdata lilu ġewwa d-Djoċesi tagħna. Nwegħduh
dejjem it-talb u l-koperazzjoni sħiħa tagħna
 Nawguraw lil diversi studenti, fosthom bandisti, aljievi u membri fi ħdan is-sezzjoni żgħażagħ li
matul dawn il-jiem u ġimgħat li ġejjin ser ikunu għaddejjin bl-eżamijiet. Lilkom ilkoll u lill-
istudenti kollha ta’ raħalna nawgurawlkom u nagħmlulkom kuraġġ. Santa Marija żżomm
idejha fuq kull wieħed u waħda minnkom!
 ‘Ħabbejtkom f’Ħajti, Tinsewnix Wara Mewti’ – Bħal kull sena, s-Soċ. Filarmonika Santa Marija
qed tpoġġi bukkett fjuri mall-kanċell taċ-ċimiterju biex ilkoll niftakru f’dawk l-ommijiet u l-
missierjiet li llum m’għadhomx magħna. Ninfurmawkom wkoll li b’lealta’ sħiħa lejn deċiżjoni
mill-kulleġġ tal-kappilani f’Għawdex, il-quddiesa speċjali mis-Soċjeta’ f’Jum l-Omm u Jum mil-
Missier mhux ser isiru. Dan peress lill-quddies fiċ-ċimiterju kemm fil-ġurnata tas-Sibt filgħaxija
u anqas il-Ħdud jew f’xi Festi mhux permessibli aktar. Ovvjament, f’kas li jkun hemm tibdil
f’din id-deċiżjoni, s-Soċjeta’ permezz tad-Direttur Spiritwali tagħha terġa tibda biċ-
ċelebrazzjoni tal-quddiesa nnar Jum il-Omm u Jum il-Missier ġewwa ċ-ċimiterju tal-Parroċċa.
 Lis-Sezzjoni Żgħażagħ li ta’ kull ġimgħa qed jippreparaw servizzi awdjo-viżwali u li qed jiġu
mxandra għal fuq il-media soċjali nhar l-erbgħat,
 Lil Mario Portelli li ta’ kull ġimgħa matul l-erbgħat kif wkoll fl-okkażjonijiet speċjali jinkariga li
jtellgħa il-bandiera tas-Soċjeta’. Grazzi lil Nicholas u Ritienne Cini tas-sostenn, paċenzja u d-
disponabbilita’ tagħhom waqt ix-xogħolijiet li għaddejjin fid-daħla tal-każin

Ħsieb mid-Direttur Spiritwali….!!
San Ġużepp ma tismax ħossu fl-Evanġelju. Kważi dejjem qisu minn wara l-kwinti. Preżenti, jaħdem,
jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu, imma fil-kwiet. F’dinja ta’ ħafna protagoniżmu, San Ġużepp jurina
qabel xejn il-valur li l-protagonist jibqa’ l-Mulej u aħna nkunu l-aktar f’postna meta niftħu qalbna għalih
u nfittxu r-rieda tiegħu.

Tislijiet,

Marnol Sultana,
Segretarju