L-Assunta u d-devozzjoni lejha f’Malta

Id-devozzjoni lejn it-tlugh is-sema ta’ Marija Santissima hija wahda li ghandha għeruq sodi u antiki f’Malta. L-istorja ta’ Pajjizna kompliet sawret avvenimenti mall-festi tal-Madonna li komplit ziedet id-devozzjoni lejn omm Alla. Dan narawh kemm fit-tmienja ta’ Settembru meta intrebah l-Assedju l-kbir u fl-istess data naraw l-Italja cedit fit-tieni gwerra u ghalhekk kien ifisser li l-gwerra kienet spiccat ghall-Malta u eventwalment matul it-tieni gwerra kelna avveniment iehor li intrabat mad-devozzjoni li l-Maltin ghandhom ghall-Madonna. Dan kien meta fil-hmistax ta’ Awissu kien dahal il-Konvoj ta’ Santa Marija li kien ifisser is-salvazzjoni tal-Maltin.

Meta inharsu lejn l-istorja naraw li skond it-tradizzjoni d-devozzjoni lejn il-Madonna bdiet sahansitra mall-migja ta’ San Pawl fostna meta San Luqa li kien qieghed jivjagga ma’ San Pawl kien nafragat mieghu fuq Malta. Jinghad li San Luqa li kien pittur kien pitter pittura tal-Madonna bil-Bambina li llum skond it-tradizzjoni tinsab fis-santwarju tal-Mellieha. Ghalkemm ma jezistux dokumenti li jikkonfermaw dan bill-miktub xorta din hija tradizzjoni qadima hafna li baqghet tigi tramandata minn generazzjoni ghall-ohra.

Din id-devozzjoni tidher li kompliet tifjorixxi meta naraw li fost l-eqdem knejjes li nafu bihom f’pajjizna nsibu bosta minnhom iddedikati lill-Madonna bhall-Knisja tal-Lunzjata ta’ Hal Millieri, Santa Marija ta’ Hal Xluqq u ohrajn li kienu digà jezistu fil-Medjuevu. Meta nharsu lejn il-parrocci naraw li fost il-parrocci l-iktar qodma nsibu l-parrocca ta’ Santa Marija ta’ Bir Miftuh u ta’ Santa Marija ta’ Ghawdex insibu ukoll, it-twelid tal-Madonna tan-Naxxar. Wara dawn naraw parrocci ohra qodma bhall-Mosta, l-Qrendi, l-imqabba, Hal Ghaxaq, H‘Attard, Had Dingli, l-iMgarr, Malta u Iz-Zebbug, Ghawdex. Ma’ dawn ta’ min insemmu numru kbir ta’ kappelli li nsibu f’l-irhula u fil-kampanja kollha iddedikati lil Santa Marija.

Meta nharsu lejn il-festa ta’ Assunta naraw li din ma kinitx issir minn dejjem fil-15 ta’ Awissu. San Glormu fil-martirologju tieghu nizzila biex tigi ccelebrata fit-18 ta’ Jannar. Kien fi zmien l-Imperatur Maurizio fis-seklu VI li din il-festa bdiet tigi ccelebrata fil-15 ta’ Awissu kif nafuha llum. Fil-qedem kien isirilha Ottavarju u kien obbligu s-sawm lejlietha.

Il-festa ta’ Santa Marija tibqa marbuta ma’ pajjizna, l-iktar meta fil-gwerra, propju fil-15 ta’ Awissu ta’ l-1942 meta Malta kienet wasslet f’l-ahhar nifs matul il-gwerra li kien ilha li bdiet sa mill-1939. Il-provvisti kienu spiccaw u l-poplu kien qieghed ibati l-guh. Kien propju nhar il-festa ta’ Santa Marija Assunta meta mill-bokka tal-port dehru dehlin xi vapuri li kienu jiffurma parti mill-konvoj li kien tela’ xi jiem qabel minn Gibiltà biex iwasslu l-munizzjoni biex Malta setghat tiddefendi ruhha u l-ikel tant mistenni mill-poplu li kien qieghed ibati l-guh. Dawn il-vapuri dahlu fil-port qalb id-daqq tal-qniepen u l-ferh tal-Maltin li xerrdu dmugh meta raw li kien proprju nhar il-festa ta’ Santa Marija li kien ilhom iqimuha sa mill-qedem. Kellu jkun proprju f’din il-festa li Malta taghna giet salvata minn halq l-ghadu. Minn dik il-grajja ’l hawn il-Maltin baqghu dejjem jghozzu l-festa tat-Tlugh fis-Sema ta’ Ommna Marija Santissima.

 

Il-Festa tal-Assunta fiz-Zebbug 

It-tmien Kappillan taż-Żebbuġ, Dun Giovanni Camilleri (1863-1865), fil-bidu tal-parrokat tiegħu, kien għamel ġabra għal l-istatwa titulari u ordnha minn għand id-ditta Gallard et Fils ta` Marsilja. Kien aktar tard fl-istess sena (1863) din tlestiet u inġgħabet fil-parroċċa taż-Żebbuġ, fejn dakinhar kienet saret festa kbira bi sparar ta musketterija u tiri ta` xkubetti bħala salut. (Ritratt ta’ Carmel Saliba)