Il-ħidma tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija hija mifruxa mas-sena kollha, b’impenji li jvarjaw fuq diversi binarji. Minkejja dan, l-għan prinċipali tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija kien u jibqa’ t-tagħlim tal-mużika. Infatti, dik li llum nafuha bħala Soċjetà Filarmonika Santa Marija bil-fergħat u l-attivitajiet kollha tagħha, hija evoluzzjoni ta’ għaqda mużikali­ – il-Banda Santa Marija, li hija l-omm u l-qalb tas-Soċjetà.

Is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija qed toffri tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas.. Dan qed tagħmlu fi ħdan is-sede tas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija matul is-sena kollha. It-tagħlim tat-teorija tal-mużika qed isiru minn l-assistent surmast Franco Cefai, filwaqt li t-tagħlim fuq l-istrumenti qed isiru mis-Surmast tal-Banda Santa Marija, Dr. Joseph Grech.

Sabiex tkompli ssaħħaħ it-tagħlim tal-mużika, is-Soċjetà waqqfet il-Kummissjoni Banda; kummissjoni li qed timpenja ruħha sabiex, fi ħdan is-Soċjetà, tkabbar it-tagħlim u tifirxu wkoll fuq dixxiplini differenti.

Is-Soċjeta’ tistidinkom lilkom studenti u ankeˋ kbar li intom interessati tibdew titgħallmu l-mużika biex tagħmlu l-ewwel pass u tavviċinaw lill-Kumitat Eżekuttiv jew lis-Surmast/Asst. Surmast.

Meta student jibda t-tagħlim tal-mużika mas-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija, ma jfissirx biss li wieħed ikun qed ikabbar il-ħiliet u t-talent fil-mużika biss, imma issa awtomatikament dan it-tagħlim qed jiġi rifless u dokumentat bħala suġġett [Informal Education] fl-school leaving certificate.

Meta tidħol aljievi ikun ifisser li inti ikollok:

  • Tagħlim Professjonali u Strumenti b’XEJN għal kullħadd
  • Tagħlim jiġi rifless u dokumentat bħala suġġett [Informal Education] fl-School Leaving Certificate
  • Opportunita’ lil dawk l-istudenti biex jersqu għall-eżamijiet ta’ bordijiet internazzjonali ekwivalenti għall ‘O’ Level!
  • Nitgħallmu, Ndoqqu u Niddevertu Flimkien!

Dawk interessati għadhom jikkuntatjaw lis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija fuq soc.filar.santa.marija@gmail.com jew ikelmu xi membru tal-Kumitat.