Dun Karm Cachia
taghrif migbur minn: Carmel Saliba Dip.Ger.
Dun Karm Cachia twieled iz-Zebbug Ghawdex fid 9 ta’ Dicembru 1882 u gie mghammed fil-Knisja Parrokkjali mill-Kappillan Dun Bartolomeo Busuttil S. Th.D., u tawh l-ismijiet ta’ Karmelu, Antonju u Ewgenju.
Fit-23 ta’ Frar 1890, ircieva s-Sagrament tal-Grizma minn idejn l-Isqof Mons Giovanni M. Camilleri O.E.S.A. fl-okkazjoni ta’ l-ewwel Vista Pastorali tieghu.
Dun Karm fi tfulitu kien umli gwejjed u jfittex is-solitudni u jaf biss it-triq tal-knisja u ta’ l-iskola. Meta spicca l-iskola tar-rahal fl-1892, beda l-iskola sekondarja fir-Rabat, u wara dahal is-Seminarju taht it-tregija tal-Patrijiet Gizwiti. Dun Karm, meta kien fil-kors tat-Teologija, jibqa jissemma ghall-originalita tat-Tezi fuq is-Santissima Trinita. Ghalkemm il-Professur, li kien Patri Gizwita Taljan, wera ix-xewqa li jistampaha spejjes tas-Seminarju, imma Dun Karm zamm iebes.
Dun Karm gie ordnat Qassis fil-21 ta’ Dicembru 1907, u ghamel l-Ewwel Quddiesa Solenni fil-Milied. Id-diskors ta’ l-ewwel Quddiesa ghamlu Dun Guzepp Farrugia miz-Zurrieq.
Kien iqaddes kuljum f’hin regolari qrib is-6.00am. Qabel il-quddiesa kien izomm skiet perfett. Kien iqaddes b’devozzjoni kbira u pronunzj ezatt ta’ kull kelma, osservata ezatta u perfetta ta’ kull regola tal-Liturgija, kalma u gabra li tghaggbek. Kont tahsbu anglu u mhux bniedem! Il-quddiesa tieghu kienet iggib f’min jismaghha, mhux biss devozzjoni imma reverenza u ammirazzjoni. Id-devozzjoni lejn Gesu Sagramentat kienet il-mimmi t’ghajnejh u sultana ta’ qalbu. Nosservaw li Dun Karm kellu wkoll qima u mhabba speccjali lejn il-Madonna u kien jghid kuljum hmistax-il posta Ruzarju.
Il-virtu’ ta’ l-umilta f’Dun Karm kienet tiddi daqs kemm tiddi fih id-devozzjoni lejn Gesu’ Sagramentat. Huwa kien imzejjen b’umilta’ kbira u sinciera, u kien f’din il-virtu’ l-ezempju ta’ kulhadd. Huwa kien jahrab it-tifhir u jibza’ minnu aktar milli n-nies tad-dinja jibzghu mit-tmaqdir.
Imma darba gara li l-qassisin ingabru fid-dar ta’ San Kalcidon ghall-irtir. Il-predikatur ma setax jigi minn Malta minhabba il-maltemp. L-Isqof tela’ z-Zebbug, sab lill Dun Karm quddiem Gesu’ Sagramentat jghid l-uffizzju. “Dun Karm”, qallu, “ghandek bzonn tigi u taghmel priedka lill-qassisin, ghax ma giex il-predikatur”. “Iva issa?” staqsieh Dun Karm. “Iva issa”, qallu l-Isqof. Dun Karm ghalaq il brevjar, mar ma l-Isqof bis-suttana ta’ kuljum li kellu fuqu, u mar jippriedka.
Il-qassisin x’hin rawh tiela minn nofs il-knisja, qalu: “Mela dan ghandna ghall-priedka?” Dun Karm ippriedka kif kien jaf hu u kulhadd hareg sodisfatt.
Dun Karm kien wiehed mill-ahjar predikaturi tal-gzira. Meta kien jitkellem dwar l-Ewkaristija, dwar il-Passjoni tas-Sinjur taghna Gesu’ Kristu, jew dwar il-Madonna, kien jintilef u ma kien jixba qatt. Is-Suggetti preferuti tieghu kienu dwar il-perfezzjoni nisranija.
Dun Karm kien l-ewwel wiehed li nehha d-drawwa l-aktar antika, “il-priedka tan-nafra” li kienet issir nhar Hamis ix-Xirka fuq il-Passjoni. Dun Karm beda itla mill-ewwel fuq il-pulptu minghajr ma jibda l-priedka minn wara l-artal. Ta’ warajh bdew jaghmlu bhalu.
Is-Sagrament tal-Qrar, li huwa wiehed mill-akbar invenzjonijiet tal-hniena t’Alla, fil-persuna ta’ Dun Karm, sab il-ministru l-iktar fidil, tajjeb u ghaqli. Il-motto tieghu kien “Fortier sed suaviter”, bil-qawwa, imma bil-hlewwa. Kien soltu jghid: :nhobb niehu bil-hlewwa lil-kulhadd, ghax biex tigbed l-erwieh ghall-qrar, ahjar qatra ghasel minn garra hall.
Ghall-qrar kienu jigu ghand Dun karm minn kull rokna t’Ghawdex u minn Malta. Min jaf kemm-il darba kien ikun tiela’ d-dar mill-knisja, imorru jfittxuh, u hu jerga’ bil-pacenzja kollha, jitlaq lejn il-knisja.
Kif lahaq Mons. Mikiel Gonzi, Isqof ta’ Ghawdex, sema’ bil-fama ta’ dan il-qassis gharef u qaddis u riedu s-Seminarju, Professur tat-Teologija morali. Izda Dun Karm hass ruhu li ma hux possibli ghalih li jintrabat b’siegha skola, u jinzel u jitla’ kuljum bil-mixi miz-Zebbug ghas-Seminarju.
Madwar is-sena 1934 griet ix-xniegha li Dun Karm ghandu marda li tittiehed, marda kerha u riedu jwarrbuh fl-‘Isolation Hospital” (f’Lazzarett). Xi uhud kienu jwarrbuh. Fil-knisja ghamlulu l-hwejjeg tal-quddiesa ghalih; kultant bdew jiddizinfettaw il-konfessjonarju tieghu. Il-komunita’ religjuza, li taghha kien konfessur, rat kif ghamlet u helset minnu hafif hafif.
Haga ta’ l-ghageb! Mixhut f’dan il-bahar ta’ mrar, duluri ta’ dispjacir ma hargitx kelma wahda minn fommu ta’ tgergir ghalkemm minn gewwa min jaf kemm kien qed isofri. Minn barra qisu mhux hu, ma tilifx, anqas siegha wahda l-kalma nterjuri. “Il-virtu’ tal-pacenzja” qal “altru naqrawha fuq il-kotba u altru trid tipprattikaha; x’differenza!”
Min jaf kemm penitenzi ohra kien jaghmel, li jafhom Alla biss! Dun Karm kien dejjem fommu sieket, qatt ma jsemmi lilu nnifsu, qatt ma kien juri minn barra dak li kien ihoss minn gewwa. Ghalhekk, kulhadd kien jikkunsidrah bhala qassis misterjuz, li ma tantx tista’ taghraf dak li jghaddi minn ghalih. Spiss kienu jsiru kummenti fuqu, issa fuq haga u issa fuq ohra.
Fit-18 t’Ottubru 1950, qaleb ghall-aghar, u biex forsi juri li ma jridx pompi fil-funeral qal lil wiehed minn hutu: “Jien fqir ghext u fqir irrid immut”
U hekk miet fil-faqar, tant li meta mar jarah l-Isqof Pace stqarr: “X’mizerja jinsab fiha Dun Karm”. Ġhal xi ghaxart ijiem qabel ma miet kienet tigi fuq il-bieb tal-kamra tieghu hamiema bajda. Hemm kienet toqghod il-jum kollu, ghalxejn ikeccuha. Sa fl-ahhar, wiehed minn hutu tela’ fuq il-bejt. Dak il-hin taret, imma wara ftit minuti regghet giet u hemm qaghdet il-granet kollha sa x’hin miet. X’hin ruhu harget minn gismu, l-hamiema taret u hadd ma raha izjed.
Wara li ircieva l-Vjatku u l-Grizma tal-Morda bl-akbar devozzjoni ghal habta tad-9.00am dahal fl-agunija u fis-12.45pm ta’ l-20 t’Ottubru 1950, ruhu ttajret ghal hdan il-Mulej li tant habb f’hajtu, u mill-adorazzjoni ta’ Gesu’ Sagramentat fit-Tabernaklu Mqaddes ghadda ghall-Adorazzjoni Perpetwa ta’ Gesu’ fil-Glorja Eterna tas-sema, fl-eta ta’ 67 sena, 10 xhur u 10 t’ijiem.
Giet ordni biex il kadavru tieghu jitqieghed minnufih f’tebut taz-zingu u li jehduh ic-cimiterju mill-iqsar triq li hemm fir-rahal, bil-ghassa tal-pulizija. Biex jaghtuh l-ahhar tislima gew mies minn kull rokna ta’Ghawdex u anki minn Malta. Minn kull fejn ghadda l-karru bdiet niezla xita ta’ fjuri bhala l-ahhar turija ta’ qima.
Dun Karm gie midfun fic-cimiterju taz-Zebbug fil-qabal numru 30, u issa qieghed fil-kappella. Wara mewtu tqassmu ghadd kbir ta’ ritratti tieghu bi skrizzjoni helwa u semplici miktub b’turija ta’ rispett mill-Kan. Dekan tal-kolleggjata tan-Nadur Dun Frans Camilleri.
TMIEM.
Din l-informazzjoni giet mehuda minn Diskors tal Can. Cant. Carmelo Cini. Il-Hamis 1 ta’ Gunju, 2000. Fil-Knisja Matrici, Arcipretali u Santwarju ta’ Santa Marija taz-Zebbug – Ghawdex.
Tifkiriet ta’ Dun Karm Cachia miz-Zebbug Ghawdex (1882 – 1950) migburin minn Mons. G. Andrea Vella S.Th.D., J.C.D.
Min jaqla’ xi grazzja huwa gentilment mitlub jibghatha lil f’dan l-indirizz; Can. Cant. Carmelo Cini 42, Triq Cicri, Zebbug, Ghawdex, Malta.