KARMNU CINI (Ta’ Puċaru)
Kien wiehed minn grupp ta’ bandisti li jdoqqu ma’ baned ohrajn imma xettiku hafna dwar it-twaqqif ta’ Banda fiz-Zebbug, fl-ahhar granet ta’ qabel il-pensjoni ndiehes mal-Banda Santa Marija u qatt ma falla l-provi jew is-servizzi. Dak li kien jghidlu is-Surmast Joseph Grech kien importanti daqs li ma jiekolx laham nhar ta’ Gimgha jew li jattendi ghall-Quddiesa tal-Hadd u l-akbar ferita ghalih kienet mhux dik li saritlu f’intervent kirurgu izda li ma kienx qed jithalla jdoqq. Il-Bandist Karmnu Cini halla dan il-wied tad-dmugh nhar is-Sibt 13 ta’ Gunju izda ftit gimghat qabel huwa rrakkonta storja ta’ 70 sena dwar iz-Zebbug ta’ tfulitu lis-Sur George Cefai, President tas-Socjeta` Filarmonika Santa Marija.
Karm irrakkontalna fil-qosor kif tghallimt il-Muzika u x’tiftakar dwar ’l-Orkestra’ ta’ tfulitek… fil-qosor!
Ma nafx kif ser nitkellem fil-qosor fuq haga li tinvolvi 70 sena ta’ storja izda ha nipprova nikkuntentak. Fir-rahal kien jitla’ jghallem il-muzika Zaren Refalo mix-Xaghra u kien ikollu mieghu lil certu Mr Mercieca ta’ Gangetta. Dan Zaren kien jghattilna n-noti ta’ fuq il-pitazz u kien ikollu qisu furketta bi tlieta (tuning fork) jibdel u jaqleb in-noti u ma jhallihomx sekwenzati biex jara xi studjajna. Jien kont naqtaghhom ghax kont inkun ga nafhom peress li z-ziju tieghi, hu ommi, Karmnu kien ghallimhomli. Izda ta’ tifel li kont ma kontx nuri u Mercieca kien jibqa’ skantat sakemm darba wiehed minn shabi kixifni maghhom. L-ewwel Orkestra tar-rahal kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Adriano Lanzon, kont ghadni tifel u kont noqghod narahom idoqqu minn ma’ xi pilastru fil-knisja faccata taghhom jew ilhaqt tlajt fil-galleriji ta’ hdejn l-orgni hdejhom ghax hemmhekk kienu jdoqqu. Illum l-anqas dawn m’ ghadhom hemm.�Hemm fuq ma kienx jithalla jitla’ kulhadd pero’ s-sagristan Mallia li aktar tard sar hu s-Surmast�ta’ din l-orkestra kien ihallini nitla’ hdejh. Fil-bidu nett taht Toni Mallia kien ikun hemm muzicisti li int ma nafx kemm tiftakar minnhom, Bertu Mallia hu Toni, Guzepp Saliba il-Kesusu, missierek Frenc Cefai u huh Pawlu, u Frenc Cini ta’ Waddaba kollha bil-vjolini u l-kuntrabaxx kien idoqqu Wigi Dimech tac-Ckejkna. Aktar tard kien hemm hafna ohrajn idoqqu bhal Cikku Mallia ta’ Bertu bil-kuntrabaxx, Censu Saliba tal-Bdott bl-ewfonju, Cikku ta’ Regina, Ganni Camilleri ta’ Fannak u z-ziju tieghi Wigi li llum kollha mietu. Kien hemm iz-ziju l-iehor Karmnu li semmejtlek u illum joqghod il-Mellieha li kien ukoll skultur tajjeb hafna u ghamel progetti kbar fil-knejjes gewwa Malta u Ghawdex.
Minn jahti li tghallimt iddoqq, tiftakarha l-ewwel okkazjoni?
Kelli madwar 9 snin u jien u hija Gangu konna noqoghdu magenb il-knisja ghand in-nanna Koncetta c-Covija u niftakar li anke z-zija Kristina kienet ghadha xebba. Iz-ziju Karmnu kien ghadu guvni u kien jghaddili l-lezzjonijiet tal-muzika. Darba gie jismaghni Bertu fuq xewqa ta’ Karmnu u inzerta kien hemm s-sagristan Toni Mallia ukoll u Bertu beda jghidilhom ’dan it-tifel ghad ikun prima ghall-muzika’. Huma t-tnejn riedu jiehdu l-mertu imma jien pront waqqafthom u ghedtilhom, li Karmnu ghallimmni s-sulficc filwaqt li Toni ghallimni l-prattika. Ma’ Bertu l-aktar li kont niltaqa’ kien meta kont inmur nimla xi ftit ilma ghan-nanna minn fejn toqghod int u wara li kien izommni nitkellem diskursata shiha, kien jghidli: …’issa mur studja daqxejn taf!’ L-ewwel strument kien il-kwartin u domt bih madwar xahrejn izda peress li dan ma kienx jigi inkluz fil-muzika gol-knisja, qlibt ghall-Kurnu. Daqqejt l-ewwel darba fil-kamp tas-suldati f’tas-Sipa, illum id-dar ta’ Mananni Vella u kien hemm iz-zijiet Karmnu bil-kurunetta u Wigi bil-klarinett ma’ ohrajn. Kienu il-granet tal-Milied waqt tejatrin konna daqqejna valzi bhal ’Tra Panina� ’Birikkina� u ahna kulhadd b’pika minn isemma’ l-istrument l-aktar avolja s-Sagristan ibaxxi jdejh u jghajjat ’piano piano!� Ommi kienet hititli glekk ghal dik l-okkazjoni. Kienu gew jarawna anke xi ghalliema li kellna hawn fuq u wahda minnhom kienet Mananni ta’ Tajjar, minghalija Grech dik, li kienet habiba ta’ Zanza Galea. Kienu tawna kafe, kokkodina jew Te ta’ Ceylon ifuh li ma nghidlekx u kellu qoxra griza u bluna. Hemmhekk kienu jinhadmu tejatrini mill-isbah bhal ’Karmnu l-Hajjat�, ’Meta Bertu Sar Tabib� u ’Nhar Lapsi� fost ohrajn. Ta 13-il sena mort indoqq bil-banjo ghand Bastjan Asciak fil-Milied.
X’kienu l-ewwel xogholijiet li ghamilt, ma thajjart qatt issiefer?
Ma kont issib tahdem imkien hlief cekcika l’hawn u ohra l-hemm sa zmien il-gwerra ghax imbaghad tharrek ix-xoghol tal-bini. Naturalment l-ewwel xoghol tieghi kont intella’ xi barmil tajn lin-nannu Kalang ic-Covi li kien bennej, niftakar lil Toni tal-Bozolli igib il-gebel. In-nannu kellu jahdmu mieghu lil Toni Camilleri ta’ Sarogi, Bruno mir-Rabat, Gorg Camilleri tal-Gilormu u z-ziju Wigi t-tifel tieghu li llum dawn kollha marru u hallewna. Li niftakar jahdmu mieghu u ghadhom hajjin fadal Toni Zahra tal-Makku li kien imanwal u z-ziju Karmnu l-iskultur li joqghod il-Mellieha u li llum ghandu erbgha u tmenin sena. Huwa veru wkoll li dak in-nhar kien zmien fejn kulhadd kien isiefer.
Ghaliex l-Awstralja u mhux nghidu ahna, l-Amerika jew l-Ingilterra?
Hemmhekk kienu jmorru l-aktar, minhabba l-qtugh tal-cane, bini, insomma affarijiet hekk. Meta tlaqt lejn l-Awstralja kelli madwar ghoxrin (20) sena u fis-16 ta’ Mejju 1954 u wasalt f’North Whyalla f’Adelaide. Fil-kamra magenb tieghi smajt lil xi hadd idoqq il-kurunetta u hrigt inkellmu mill-ewwel u sirt naf li dak kien Taljan. Issa jien bit-Taljan ma kontx naf nitkellem, lanqas kelma wahda, u hu beda jipprova xi wahda bl-Ingliz ghax ghall Ingliz kien bhalma kont ghat-Taljan jien. Dan kien idoqq mas-Salvation Army u x’ hin ghedtlu li jien indoqq ukoll, hatafni fil-kliem li ser jghidilhom biex immur indoqq maghhom. Kont ghadni zghir u nkwetajt ghax din is-Salvation Army ma kont naf xejn dwarha, hux salvazzjoni tal-erwieh jew inkella ta’ xi haga ohra izda mort u domt maghhom xi erba’ xhur. Waqt is-servizzi taghhom kien johrog tifel zghir bil-kopp jigbor id-donazzjonijiet. Issa l-wages kienu hmistax-il lira franki u jerga’ ta’ kull servizz kienu jaghtuna bejn zewg u tliet liri. Meta dahhalt l-ewwel ghaxar liri, bdejt noghrok idejja bil-ferh ghax irrealizzajt li kelli zewg pagi. Hemmhekk kienet bajja qisha bhal Marsalforn u peress li vicin kien hemm ix-Ship Yard konna ndoqqu f’okkazjonijiet bhal meta varaw vapur gdid jew f’xi servizz mat-toroq. Kienu tawni kurunetta minn taghhom u tant kemm kont ghal qalbi, li kont indoqq xi partijiet tal-muzika bl-amment minn dawk li kont naf Malta bhall-Antifona ta’ Santa Marija, l-Ave Maris Stella, Salve Regina, bicciet hekk.
Jigifieri avolja kont mbieghed minn hawn, il-muzika Zebbugija zammejtha hajja go fik?
U kif! L-akbar ferita, li tweggghek kif tmissha, kienet li dak li kont tghallimt f’Ghawdex ma stajtx indoqqu fil-knisja taghna. Izda mbaghad kien hemm xi hadd li hassarli biex nibqa’ ndoqq ma dawn tas-Salvation Army ghax beda jghidli li dawk ma jemmnux b’ hekk, b’dik u bl-ohra u jien ta’ hmar li kont, tlaqthom. Issa dawn kienu jilqghuni u lili qatt ma kienu semmewli xi religjon ta, qatt ma semmewli xejn u meta tlaqthom kienu hallsuli l-passagg lejn Melbourne, peress li maghhom dejjem tajt l-aqwa servizz. Fi triqti lura lejn Malta kont fuq il-vapur Taljan ’Neptunia’, vapur armat, kollox gdid u fuqu kien hemm idoqqu kwartin, pjanu, vjolin, kuntrabaxx u klarinett u jien kont noqghod insegwihom. Meta dawn indunaw li jien kont muzicist, gennewni biex indoqq maghhom u kienu tawni kurunetta gdida ghax ma kellhomx min idoqqha u l-ewwel kanzunetta li daqqejna flimkien kienet ’That’s Amore’�trid tisma’ lil Pucaru jsaffar il-kazzamore fuq dan l-imbierek vapur. Kien hemm pjacir tkanta u ddoqq. Kont immur niekol maghhom u bqajt maghhom sa Napli, ghax imbaghad minn hemmhekk inzilna Sirakuza. Inzilna Malta mal-vapur ’Star of Malta’ u f’ dik il-gimgha stess konna smajna li kien habat u fuqu mietet wahda mara ta’ nisel Gharbi. Domt ftit inqas minn sena fl-Awstralja ghax kont iddejjaqt, izda ara ma tahsibx li gejt hafi tafx�kelli zarbun ara wiccek.
Tiddejjaq jekk nitkellmu ftit dwar Marija tieghek?
Staqsini li trid imma fejn ma joghgobnix noqghod kwiet…
Xejn personali! Ghidilna perezempju kif iltqajt maghha u l-bidu taghkom flimkien�
Ma’ Marija tieghi ltqajt l-ewwel darba waqt li konna telghin bil-mixi mir-Rabat f’okkazjoni minnhom ta’ meta giet ir-Regina. Jien kont il-kbir fost huti u fil-bidu ommi lanqas xtaqet li nkellimha, heqq hekk kienu jghamlu dak in-nhar u ghalkemm lil ommi kont inhobbha bla tarf, xorta kont ninzel apposta fil-hanut ta’ Fortun ta’ Sika u lil Marija kont naghtiha karta bil-post fejn ha niltaqghu. Jien kelli 24 sena u Marija li hija n-neputija ta’ Dun Karn Cachia kellha 20 sena. Insomma gimgha wara l-ohra u ppreparajna biex nizzewgu u hi kienet taf li maghha f’qalbi kien hemm mara ohra – il muzika.
U ejja semmielna ftit it-tieg taghkom…
Ommha Kelina ghamlitilna festa tat-tieg mill-isbah u l-quddiesa kienu mexxewha l-Kappillan Dun Frangisk, Dun Salv Camilleri tal-Bomba u Dun Guzepp Cini ta’ Cellu li kien kugin ma’ missieri li wara kienu kollha mistiedna ghat-trattament. Dak in-nhar tat-tieg kien il-Vgili ta’ Ghid il-Hamsin, s-Sibt 15 ta’ Gunju 1957�u konna ghazilna dik il-gurnata minhabba d-devozzjoni li kien hawn lejn l-Ispirtu s-Santu. Izda kellna haga kontra taghna ghax dak in-nhar inzertat wahda minn erba’ sawmiet obbligatorji li kienu jsiru matul is-sena, msejha l-Quattrotempi. Niftakar li ma kinux riduna nippreparaw l-ikel kollu kif suppost izda lill-mistednin tajniehom minn kollox u niftakar lil ommi u Marija maghha b’ zewg kannestri f’ idejhom u tawhom borza u xi haga ohra maghha. Fost affarijiet ohra kellna l-Pane di Spania, baskuttini, kafe` u kokkodina u langas tal-helu u l-festa kienet giet tiswa xi haga fuq sittin (60) lira. Ha nghidlek din ara la qed niftakarha kienu jaghmlu qlub tal-helu biex jaghtuhom lill-qassisin, lis-sagristan, lix-xhieda u lin-nanniet li fil-kas taghna kien fadal biss in-nanna tieghi Angla n-Nawxa. Izda llum tant tbiddlu l-affarijiet li ma fadalx ’qlub� ghal dawn in-nies.
X’gara wara l-15 ta’ Gunju 1957?
Wara dak in-nhar morna noqoghdu fis-sqaq fejn illum hemm Gulja ta’ Marija ta’ Giljan u b’ kumbinazzjoni hemmhekk llum ghandi lit-tifla ~etta u l-familja taghha joqoghdu sewwa sew ma genbha. Erba’ snin wara imbaghad bnejna din id-dar fejn qeghdin nitkellmu jien u int. Izda xi haga kurjuza li ghadni niftakar kienet li ohti Stella kienet diga msiefra fl-Amerika u kienet xtratli linfa t’erba’ bozoz… dik kienet zgur ma tahlix ghax dawl kien ghad m’hawnx u xi nies kienu gew id-dar kollha jberrqu ghajnejhom biex jarawha tixghel ghax dak in-nhar hafna minnhom ma kienu jaraw xejn hlief bhejjem u raba’ jew facendi fit-trobbija tal-familji. Din Stella taghna ma kinitx kuntenta b’ daqshekk ghaliex f’ lejliet Santa Marija waqt li kont indoqq fil-knisja gie abbati u qalli li hemm barra fejn t’Aida hemm jistaqsi ghalija Loretu tal-Ghamara u riedni ninzel mieghu d-dar taghna dak il-hin ghax fit-trakk tieghu kellu xi bicciet ghamara u sufan tal-qasab li kienet hallsithom ohti Stella. Frahna ghax x’hemm isbah minn rigal bhal dan f’lejliet il-Festa. Mhux la kemm kien ikollok biex tibni u tixtri din il-kumdita` ghax�ma kien hawn xejn. Xi snin wara siefru 3 huti ohra, Fortun mar l-Awstralja, Gangu l-Ingilterra u Vitor l-Amerika li dawn ukoll kienu jibghatulna xi rigali u hekk nixtieq li jkunu mibnija l-familji tal-lum.
Il-Kumuttiva f’San Lawrenz kienet ta’ sodisfazzjon kbir ghal-hafna minnkom, le?
Dik kienet aktarx is-sena 1955, u konna daqqejna hemmhekk fil-karnival ma’ Wenzu l-Body. Kien stedinna f’din il-Kommuttiva li qed issemmi u kien libbes lis-subien ta’ xebbiet biex jizfnu. Is-Sagristan Mallia kien ipprepara muzika apposta fosthom ’Iz-Zebbugija� u valzi ohrajn u gejna fl-ewwel post u ghamlulna ghazla�jew ikla fil-Lukanda �Duke of Edinburgh’ li kien hemm ir-Rabat jew�nithallsu hames xelini u ahna ridna kollox, it-tnejn f’ daqqa, kien haqqna!!! Ahna hadna l-flus u marru jieklu biss iz-zijiet tieghi Karmnu u Wigi Cini. Insomma imbaghad gew jghidulna x’ikla tawhom u jien gennint lill-ommi biex issajrilna xi haga simili, avolja bil-kenur konna nsajru aktar duhhan tal-hatab milli haga ohra izda l-ikel kien ikun tajjeb.
X’kienu l-inpenji muzikali fil-parrocca?
Meta spiccat il-gwerra fl-1946 dan Toni Mallia li semmejt waqqaf b’mod ufficcjali l-Orkestra u daqqejna kollha flimkien, jien bil-kurnu, fis-Sekonda Festa ta’ San Fortunatu, fil-Kwaranturi (l-ahhar 40 siegha tas-sena) u fil-Karnival. Izda ma konniex indoqqu fil-Gimgha l-Kbira bhal-lum ghax il-vari kienu tkissru u l-ftit li kien fadal ma kienux johorguhom. Imbaghad Bdejna ndoqqu ukoll waqt il-Prima Messa tas-sacerdoti godda Zebbugin u konna indoqqulhom l-Ecce Sacerdos, In Eternum u hekk. Konna niehdu pjacir tghidx kemm! Kien hemm okkazjoni izda li ma daqqejtx fiha meta qaddes l-Arcipriet Dun Alwig Vella. Kont fi triqti lura mill-Awstralja u konna wasalna f’ Silon Colombo u ddispjacieni tghidx kemm ghax ma stajtx inkun maghhom biex indoqq izda almenu ghad ghandi s-santa ta’ tifkira li kien ghamel.
Kun sincier issa� tiftakar xi okkazjoni ta’ niket?
Dan li ha nghidlek aktarx li ma rrakkontajtu lil hadd. Darba minnhom kien ser jinqala’ naqra tal-ghawg u hsibna li mhux ser ihalluna ndoqqu aktar. Kienet ghadha kemm ghaddiet il-Festa taghna u l-Isqof ta’ dak in-nhar baghat ghas-Surmast Toni Mallia u ried ikellmu l-Kurja. Mallia barra li kien mastrudaxxa mfittex kien ukoll is-sagristan u l-Maestro di Cappella tal-knisja u ghajnu ghokritu li kien riesaq l-inkwiet u ddispjacih tghidx kemm. Minnufih wera b’kollox lill-kappillan Dun Frangisk Mercieca li kien ghadu mhux Arcipriet u marru flimkien il-Kurja. L-Isqof qallu li kellu rapport u nformazzjoni minghand xi hadd li l-muzika tieghu ma kinitx kollha ekklezjali u allura ma setghetx tindaqq aktar fil-knisja. Izda gara li meta Toni Mallia wera l-muzika tieghu lill-konsulenti tal-Isqof, dawn pront indunaw li dak ir-rapport li kellu l-Isqof kien kompletament zbaljat u min ghamlu ried biss li ssir hsara kemm lill-Kappillan Mercieca li kien aktar migbud lejn il-partit ta’ l-Istilla kif ukoll lis-Surmast Toni Mallia li kien is-surmast tal-Orkestra taghna li kienet ghadha kemm twaqqfet. L-Isqof meta nduna x’kien gara kien iddispjacieh u lil Toni heggu biex ikompli jikkomponi xoghlijiet godda ghall-Parrocca taghna u jsahhah dak li ga kellu, li kienet muzika lirika. L-Antifona taghna hija wahda mill-ahjar li hawn f’ Ghawdex u anke f’Malta. Sirna nafu li min ghamel ir-rapport kien Maestro di Cappella iehor u gher ghalih. Gorg, dawn kienu affarijiet ta’ barra minn hawn izda graw lilna z-Zebbugin.
Qabel bdejt iddoqq maghna int kont diga bandist! ma min daqqejt l-ewwel darba?�
Maz-zmien kont bdejt indoqq ukoll mal-Banda Leone u hemmhekk tghallimt l-kurunetta u kien jahti s-Surmast Willie Attard li bis-sahha taz-ziju Karmnu ghamlilna l-Innu l-Kbir. Konna ghamilna program tal-Ewwel Erbgha ta’ Santa Marija fi Pjazza Sabina u dan Willie kien kellem lil certu Gorg ta’ Rohan mir-Rabat biex jaghtini kurunetta u f’ xahrejn hadtha. Biss qatt ma hadt ghalija meta kien jikkoregini waqt il-kuncerti. Fil-muzika ma tridx tkun dittur la waqt it-taghlim u wisq iktar waqt il-provi. Ghamilt madwar sena taht it-tmexxija tas-Surmast Joseph Sammut li ghadu haj u kien surmast tal-Banda tal-Hamrun ukoll minghalija. Kienu gew ghalija mbaghad tax-Xewkija u ghamilt ma nafx kemm servizzi mal-Banda Prekursur taht is-Surmast Indrija Borg. Dan l-ahhar meta l-Banda taghna kellha bhala Assistent Surmast lis-Sur Michel Refalo li kien ukoll is-Surmast tal-Banda tal-Qala, beda jehodni mieghu ukoll f’xi servizzi li kien ikollhom. Insomma ghalija d-daqq huwa zvog, specjalment fir-rahal u anke meta nghamlu xi servizz barra minnu.
Ejja nharsu issa lejn it-tfulija edukattiva, tiftakarhom dawk iz-zminijiet?
Bdejna billi konna mmorru l-Elementary u domt immur l-iskola �Ta’ Fuq’ fi Pjazza Qalb ta’ Gesu` sa meta kelli ghaxar snin, sas-Second, u meta wasalt biex nitla’ Third kelli nitlaq peress li kont imradt. Kont tajjeb hafna fil-qari izda fl-Arithmetic (somom) ma tantx, allura xbajt u hrigt. Fl-ahhar snin tal-iskola kelli lil shabi Karmnu Camilleri ta’ Sarogi, Ruzar ~ini, Karmnu Cassar ta’ Nezzer (illum mejjet) Julia Camilleri tal-Ghanqud (imsiefra) u Guzepp Vella.
U dwar ’Santa Marija� ta’ tfulitek?
Il-festa taghna kienet issir f’jumejn. Is-Sibt konna nduru daqsxejn mal-marc meta beda jsir ghax dan ma kienx mill-bidu lanqas jew noqoghdu fil-pjazza bil-qieghda fuq xi bank jew fuq it-tarag tas-Salib mhux bhal-lum taf�ma kien hawn xejn hlief zewgt ihwienet. Dan kien zmien ta’ paci u ferh izda flus fl-idejn mill-inqas, forsi kien ikolli ghaxar soldi, sold minghand in-nanna, sold minn ghand dak u sold m’ghand l-iehor, u zewg soldi minnhom kont nonfoqhom gelat. Min kien ikollu, konna nkaxkru maghna xi kaxxa jew siggu mid-dar biex fil-knisja noqoghdu bil-qieghda.
Bniedem cajtier, hawtiel u dejjem impenjattiv. Kompli tkellem dwar tfulitek f’aspetti ohra�
Fil-Karnival kien hemm kutri jghidulhom tal-Angli li kienu jifirxu s-sodod bihom u kulhadd kien jitgezwer u jiddeverti fihom bil-pika min ma jingharafx u jkun l-isbah minnhom. Darba wahda n-nannu tieghi Kalang u Kustanz kienu xtraw borma tal-enamel (biex ma nghidlekx haga ohra ghax ma kinitx ezatt borma) u ftiehmu li jsajru r-ravjul go fih fil-Pjazza u l-Pulizija mar ikellimhom. Issa dawn kienu lebsin ta’ maskarati u l-Pulizija ta’ makakk li kien, qalilhom li kien gharafhom u jaf min huma. Kustanz pront kixef lin-nannu u mbaghad nfexxu f’xulxin. Guzepp ~ini x-Xawli kien idawwarna mat-toroq taz-Zebbug bit-trakk tieghu u kien inizzilna wkoll fil-karnival tar-Rabat. Niftakar kien hawn Toni Axiak Petitt li kellu hanut hdejn tan-Niqqu, kien jitla’ fuq dan it-trakk u jitfa’ kwalita` ta’ helu msejjah perlini. Okkazjoni ohra kienet meta miet ir-Re Gorg u hassru l-festi tal-karnival. Ahna konna ppreparajna l-parti taghna li kienet waqt ikla tal-Gharab ghall-Pjazza t-Tokk fir-Rabat. Kien ghallimhielna certu Frangisk Farrugia l-Istuffat. Dan Frangisk kien dam hafna msiefer, jahdem fi Tripli u kien jiddiletta ruhu b’ dawk l-affarijiet�komici, tad-dahk. Kien ghallimna kif jieklu certu Gharab, ghamlilna pipa twila bil-bokkin u x’hin nieklu niehdu nifs minnha kull wiehed. Minghalija ~ikku Mallia ta’ Bertu kien pittrilna bandalora, bl-isem �Municipju Band’.
Il-kurunetta meta hsibt fiha l-ewwel darba�
Kont zghir meta bdejta u kienet qalbi, u baqghet sakemm bdejt indoqq maghkom u qlibt ghal Althorne. Mela isma din! Darba konna fil-karnival tar-Rabat u kien gie maghna Mikieli Cini l-Menikk, ghax dak kien iehor u bi zball ghaffeg b’ saqajh il-kurunetta tieghi. Din kont xtrajta hmistax-il lira minghand Nani li kienu hafna ghax ma kontx taghraf lira minn hames xelini ghax hames xelini ma kont taraha imkien. Inkwetajt tghidx kemm ghax izda Cikku Mallia ta’ Bertu hadha u rrangahieli u gabha qisha gdida u ghadha ghandi sal-lum.
Fiz-Zebbug kellna lis-Sur Frangisk Camilleri li kien tela’ fil-Parlament Malti. tiftakarha dik l-okkazjoni?
Dak in-nhar li saru l-elezzjonijiet fil-parlament kien tela’ certu Frangisk Camilleri, l-uniku wiehd sal-lum, bil-laqam �Ix-Xnakka’ u kien wieghdna (lilna li morna ndoqqulu biex nifirhulu) li se jghamlilna pranzu xi granet wara. Kien zmien li kien ghad hawn il-guh, u ahna dan il-pranzu konna xtaqnieh dak il-hin, ghax kollha kemm ahna bdejna nittewbu u billi dan kien furnar, meta ra hekk dlonk hadna d-dar tieghu u gabilna ghagin fil-forn u laham bil-patata u xrobna inbid u luminata tal-light house, dik biss kien hemm soft drink u komplejna bil-karawett. Kienet ikla babaw u kulhadd kiel u xeba`.
U dwar ’Santa Marija� ta’ tfulitek imma bhala muzicista?
Kien ikellna seba’ mitt sena sakemm tasal il-festa ta’ Santa Marija u fil-bidu tant kont inkun ferhan li ser indoqq li l-anqas kont niekol f’nofs in-nhar, kont noqghod indur minn kmieni diehel u hiereg minn gol-knisja. Bi preparazzjoni ghall-festa konna nibdew fil-bidu ta’ Gunju fid-dar tas-Sur Anton Mallia li kellu f’ dak l-isqaq fuq il-gebel. Kien igib muzicisti u kantanti mir-Rabat biex il-muzika tkun mimlija u kellna madwar tlettax il-bicca xi ndoqqu. Is-Sibt konna nibdew billi jintona l-Ave Maris Stella li kienet tithabbat ghat-tre. Huma u dehlin bir-Relikwija tal-Madonna kien ikun hemm abbati li jghamlilna sinjal biex nibdew l-Antifona u kulhadd kien ikun wara din il-purcissjoni. Wara s-sacerdoti kienu jibdew � Deus in Auditorium’ u dak kien ikun il-bidu tal-festa. Niftakar translazzjoni kbira li kienet saret minn Dun Celest li kien jigi minn l-Arcipriet li kellna Dun Alwig Vella, li hekk kif hareg fil-Pjazza kien hemm harqa bombi u maskli marbutin mal-hitan. Ma tieqaf qatt tirrakkonta� semmili fil-qosor hafna �Jum il-Festa’ f’dawk iz-zminijiet! Imbaghad il-Hadd filghodu f’jum il-festa kienu jibdew billi jdoqqu erba’ moti bi preperazzjoni ghall-quddiesa tad-disgha. Kienu jaghmlu l-�Kompeta’ u nibdew bl-Introjtu, il-Kirje, il-Glorja u l-Gradual. Lahaq dam jippriedka fuq siegha sewwa, sahansitra niftakar li darba minnhom f’nofs in-nhar kien ghadu sejjer fis-Santu u n-nies kienet aktar donna tiehu pjacir b’dawn il-paningierki twal. Ma kinitx uzanza li jcapcpu u minnflok kienu jinfexxu qishom jghajtu. Filghaxija kien isir l-Ghasar shih kantat u parti minnu kienet � Laudate Pueri, Tfal Ifirhu’. Din kienet titkanta minn zewgt itfal, wahda Vitorja Cini ta’ Regina u Guzeppa Calleja tax-Xitwi u nghalqu bid-daqq tal-Litanija. Hemmhekk trid tisma’ n-noti tal-kurunetta!!!
X’kien jigri wara li tintemm il-purcissjoni?
Wara l-purcissjoni kullhadd kien jingabar lura lejn id-dar. Imma fi triqti jien dejjem kont nieqaf ghal dik il-qatra sewda minghand Fortun Dimech. L-ghada tal-festa kont thoss vojt kbir fik, kont titnikket ghax tkun ’ghaddiet Santa Marija� ghax dak in-nhar biss kont tiehu daqsxejn pjacir. Is-sena kienet tidher twila ghaxar darbiet li hi u tant kont inhobb il-muzika li dan il-vojt li semmejtlek jien kont nimlieh billi kont nerga’ nibda mmur nistudja l-muzika minn dik il-gimgha stess.
Karm issa vera fil qosor trid tkun! X’ghandek xi tghid dwar il-Banda Santa Marija?
Qatt m’ emmint li l-Banda Santa Marija kienet ser tirnexxi u jien dan ghidtulek kemm-il darba ghax fl-antik kienu ga saru provi mis-Sagristan, mis-Surmast Bonnici, Kelinu Attard mix-Xaghra u niftakar ukoll lil Leli Cini tax-Xixa meta fis-sena 1988 ghamilna l-purcissjoni tal-Bambin tal-Milied mid-Dar tal-Patrijiet sal-Knisja u l-istess gara s-sena ta’ wara. Sa meta darba minnhom gejt int u mieghek kien hemm Charlie Cini iben dan Leli Cini u Mario Cassar ta’ Salvu tas-Sendiment u ghedtuli li ser jerga’ jsir sforz akbar biex titwaqqaf banda fiz-Zebbug. Jien, nistrieh fuq l-esperjenza li ga kellna, qtajtlek jiesek li ser taslu, izda komplejtu tghiduli li diga gie mwaqqaf Kumitat, ghamiltu statut u ghaziltu Surmast u kien tfassal wkoll program ta’ attivitajiet biex jingabru l-flus biex jinxtraw l-ewwel strumenti u jithallas is-Surmast. Insomma jekk tiftakar sew kontu stedintuni b’ sahha biex ninghaqad ma’ dan il-grupp zghir li ga kienu jdoqqu ma’ xi baned ohrajn Ghawdxin. Bdew l-ewwel kuncerti li kienu jkunu bejn sitta u tmienja fix-xahar u hadt grazzja maghkom u mal-progett taghkom. Imbaghad offrejt l-ghajnuna tieghi kollha biex inkun wiehed mill-ewwel bandisti tal-Banda Santa Marija meta din titwaqqaf ufficcjalment. Naf li kontu hadtu gost hafna b’ din l-ahbar u nghatajt Althorn u minn dak in-nhar bqajt indoqq maghkom sal-lum, u l-ahhar servizz s’issa kien fil-festa tad-Duluri ta’ din is-sena, minkejja li kien ilni bosta xhur ma niflahx u ma nohrogx mid-dar. Dak in-nhar kienet l-akbar festa ghalija li ergajt kont maghkom.
Kif kont thares lejn l-amministrazzjoni nniffisha?
Jien ghall-provi tal-kuncerti qatt ma fallejt, u avolja m’ inhiex fit-tmexxija ta’ din il-Banda, meta kont niltaqa’ ma’ genituri tal-bandisti godda, specjalment ta’ dawk zghazagh, kont inheggighom biex ifakkru lil uliedhom fil-granet tal-kuncerti u jibghatuhom ghalihom. Ghaliex fil-bidu l-mentalita` ta’ kuncerti u taghlim regolari kien beda jiehu post xi hin iehor ta’ rikrejazzjoni li meta thares lejh illum dan kien biss sempliciment hela ta’ hin jekk mhux ghazz, imma xi haga tajba hafna li tghamlu bhala kumitat huwa it-tqassim ta’ karta bil-granet u l-hinijiet tal-kuncerti, xi haga li lili kienet tghinni f’din il-bicca xoghol, effettiva hafna, reminder bl-Ingliz, reminder. Komplejt bil-lezzjonijiet b’mod regolari mas-Surmast taghna Joseph Grech, bniedem ta’ l-affari tieghu, bravu u dittur hafna f’xoghlu. Izda daqs tant iehor ahna xortina tajba li wara li kien wegga’ Michel Refalo, illum ghandna lil Omar Zerafa bhala Assistent Surmast ghax ara kemm huwa difficcli li ddoqq fil-Gimgha l-Kbira minhabba li ma jkollniex maghna l-grupp barrani tas-soltu, dan Zerafa dejjem harigna ta’ nies�hudu hsiebu.
Wiccek jixhed certu dieqa. Naf li dan l-ahhar kont ftit dizappuntat. Ghaliex?
Meta f’daqqa wahda, bhal sajjetta fil-bnazzi, kelli nidhol l-isptar biex issirli operazzjoni f’zaqqi, id-delegat tal-Banda taghna Michael Cini kien jahdem hemmhekk u kien jigi hdejja ta’ spiss. Meta kien jarani nkwetat minhabba li bzajt li mhux ser indoqq aktar, kien pront jaghmilli kuragg u jghidli li daqt nerga’ nibda ndoqq minkejja kollox. Meta kont qed nigi rikoverat kemm hemhekk u aktar tard fid-dar, kont nirsisti mieghek u ma’ dan Michael biex ma taqtghunix u jibqa’ jgibli l-lista tal-provi xorta wahda, kif fil-fatt baqa’ jaghmel ghaliex it-tabib kien jghidli li m’hinix marid gravi u m’ghandi xejn serju. Kont nghidlu li ga ghalaqt hamsa u sebghin (75) sena, biex nara x’ser jghidli izda kien iwegibni li d-daqq mal-banda ma jitkejjilx bl-eta`. Xahrejn wara dak l-intervent fl-isptar, f’Settembru kellna servizz f’Marsalforn u mort indoqq. Kulhadd baqa’ skantat jarani!!! Tinsa li kont ghamilt operazzjoni jew li qed tiehu l-medicina u ghadni ffissat f’din l-imbierka Banda ghax il-muzika ma tnehhijhiex minn go fik. L-ewwel memorja tieghi tibqa’ l-muzika (hawn qed jirreferi ghall-orkestra), imma llum il-Banda taghna hija ghaziza ghalija u l-ikbar ferita li ghandi mhix dik li saritli f’zaqqi izda li ghandi f’qalbi meta ma nistax nkun indoqq maghkom waqt is-servizzi.
X’tixtieq li johrog minn din id-diskursata ta’ bejnietna?
’Sens ta’ kburija! Meta jien bdejt nitghallem il-muzika ommi biex tghamilli kuragg kienet tghidli ’mur arak iddoqq fil-muzika (kif kienu jirreferu ghall-Orkestra tal-Parrocca)� Jien kont inwegibha li nixtieq hafna nkun kburi bhaz-zijiet Karmnu u Wigi Cini li tant kellhom ghal qalbhom dawn l-affarijiet. Liz-zghazagh tal-lum Zebbugin bhalna, nghidilhom biex mal-affarijiet l-ohrajn li jghamlu jitghallmu l-muzika, imorru ghall-kuncerti izda fuq kollox li dan jghamluh minn qalbhom�.
F’kull okkazjoni li kont niltaqa ma’ Karmnu kont ninduna li aktar minn dik tieghu, l-akbar tbatija kienet dik ta’ martu Marija u t-tliet uliedhom ~etta, Rita u Joe li ta’ kuljum kienu qed jippruvaw jikkonvincuh li kellu kollox minbarra dak li tant kien jibza jitkellem dwaru�il-marda tal-kancer. L-ahhar servizz ta’ Karmnu mal-Banda Santa Marija kien waqt il-korteo tad-Duluri nhar il-Gimgha 03 t’April 2009. Karmnu nghata darbtejn gharfien mis-Socjeta` Filarmonika Santa Marija: fis-sena 2001 Apprezzament lejn is-snin twal li ghamel fl-Orkestra tal-Parrocca u fis-sena 2004 gie ppremjat bhala ’l-Bandist tas-Sena�. Skond l-istatut artiklu 167 u 169�il-Banda Santa Marija akkumpanjat l-funeral tieghu nhar il-Erbgha 17 ta’ Gunju. B’apprezzament lejn din il-hidma tieghu b’risq ir-rahal taghna, il-familja ser tinghata l-unuri ta’ Gieh il-Banda Santa Marija, nhar il-Erbgha 19 t’Awwissu waqt il-kuncert ’Migra Muzikali�
George J. Cefai
Il-Hadd 29 ta’ Gunju 2009. George Cefai