
Ħarsitna daret fuq li jkollna post adegwat għat-tagħlim u volontarjat, fejn issa kemm l-istudenti tagħna għandhom klassi adegwata fejn jitgħallmu l-mużika u fl-istess ħin anke numru ta’ voluntiera issa għandhom faċilitajiet mgħammra b’dak li huwa meħtieg fil-ħidma tagħhom. Dan kien jinkludi Għamara ġdida, inkluż 4 bibien interni għal basement; siġġijiet, whiteboard, noticeboard u accessorji oħra; long-throw projector, CD player; unit biex jitpoġġew oġġetti marbuta mat-tagħlim, fosthom strumenti bħal synthesizer u l- uniformi tal-bandisti. Biswit, saret wkoll waiting area għall-aljievi biex jippreparaw ruħhom qabel ma jidħlu ghal-lezzjoni u li tinkludi xkaffar b’format ta’ librerija biex fihom ser jiġu miġbura numru kbir ta’ kotba tal-mibki Direttur Spiritwali Dun Karm Cini mgħotija minn Matilda Vella. Fl-istess post tlestiet wkoll Vetrina li fiha ser jinġabru b’mod sigur u f’ambjent addatat numru ta’ strumenti, kemm dawk antiki u dawk ġodda. Fl-aħħar u mhux lanqas, libbisna dan il-post b’sett ta’ purtieri ġodda, fosthom waħda għal Kapella tal-KażinU kif jgħidu, ħaġa taqla’ oħra. Filfatt, konsegwenza ta’ dan il-proġett u fuq parir tas-Sur Leli Cini, disinjatur tal-Każin, tfassal u tlesta taraġ ġdid, permanenti u aktar sigur li jagħti għad-daħla tal-klassijiet u/jew basement. Hawn nieħdu spunt u nirringrazzjaw lil diversi persuni tax-xogħol kbir li għamlu kemm jekk gratis jew bi skont kbir, fosthom lil Mario Vella għal xogħol fl-injam u rampa tal-basement; Toni Zammit [xogħol fil- ġebel], Sammy Camilleri [eletriku], Paul u Fredu Saliba [irħam/sollijiet], Cetta Saliba u Konsilja Cini [ħjata ta’ purtieri], Joe Saliba [Installazzjoni ta’ aċċessorji] u Jimmy Saliba [Projector u CD Player].
Kienet sfida mhux żgħira li fi ftit xhur irnexxielna nlestu dan il-proġett. Grazzi partikolari lil Leli Cini li kważi ta’ kull ġimgħa niżel minn Malta biex issir superviżjoni tax-xogħol u jagħti d-direzzjonijiet meħtieġa. Grazzi lil dawk kollha li għażlu jgħinuna fix-xogħol kollhu u grazzi lill-familji tagħhom tas-sagriffiċju! Hawn nirringrazzjaw liil-membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv li għenu fil-koordinament ta’ dan il-proġett. Konxji illi kieku ma jkunux dawn it-tip ta’ fondi, dawn il-proġetti jibqgħu biss ħolma!