Is-Soċjetà Filarmonika’ Santa Marija taz-Zebbug Għawdex twaqqfet nhar il-31 ta’ Mejju 1995 bl- għan ewlieni tagħha kien li tifforma il-banda tar raħal filwaqt li ssaħħaħ l-aspett mużikali, kulturali u artistiku fl-istess villaġġ. Matul is-snin, din l-organizzazzjoni stabbiliet ruħha u bdiet tipprovdi diversi servizzi mużikali madwar bosta villaġġi / bliet kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Minbarra l-aspett tal-mużika, sa mit-twaqqif taghha, s-Soċjetà Filarmonika Santa Marija organizzat u kkummissjonat numru ta’ inizjattivi, studji u proġetti relatati mal-istorja u l-iżvilupp tar-raħal taz-Zebbug, speċjalment f’oqsma partikolari relatati mal-mużika, aspett socjali u tradizzjonijiet, kultura u arti. Matul l-aħħar snin, eżattament fl-2013, din l organizzazzjoni wkoll inawgurat il-Kazin taghha, il-post jew ahjar d-dar li llum tilqa’ numru ta’ mużiċisti u voluntiera.

 

Dawn huma d-dati mportanti li sawru l-istorja tas-Soċjetà Filarmonika’ Santa Marija:

  • 30 ta’ Mejju 1995 – twaqqif tal-ewwel kumitat u l-Banda Santa Marija
  • 28 ta’ Jannar 1996 – Approvat l-ewwel Statut waqt Laqgha Generali
  • 20 t’Awwissu 1997 – inawgurazzjoni ufficjali tal-Banda Santa Marija
  • 20 t’Awwissu 2003  – tqeghid u tberik tal-ewwel gebla tal-kazin
  • 6 ta’ Marzu 2004 –  il-Banda Santa Marija tinghata l-istat ta’ Socjeta’ u jitwaqqfu l-ewwel Sezzjonjiet
  • 28 t’April 2008 – Il-Banda Santa Marija tinghata l-premju ‘Gieh iz-Zebbug’ mill-Kunsill Lokali taz-Zebbug
  • 19 ta’ Gunju 2009  –  is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija ufficjalment rregistrata bhala Organizzazzjoni Volontarja – VO/0238
  • 18 t’Awwissu 2013  –  inawgurazzjoni tal-Kazin tal-Banda Santa Marija
  • 14 ta’ Dicembru 2016  – inawgurazzjoni tal-palk u s-Sala Principali tal-Kazin
  • 10 t’Awwissu 2017  – inawgurazzjoni tal-Arkivju Muzikali u Kamra fejn jiltaqa’ l-Kumitat Ezekuttiv
  • 11 t’Awwissu 2017  – is-Soċjetà Filarmonika’ Santa Marija tikseb l-istatus ta’ Personalita’ Juridika
  • 13 t’Awwissu 2017 –  inawgurazzjoni tal-bieb prinċipali tal-Kazin
  • 10 ta’ Marzu 2018  – emendat u aġġornat l-istatut tas-Soċjetà Filarmonika’ Santa Marija waqt Laqgha Ġenerali
  • 27 ta’ Mejju 2018 –  inawgurazzjoni tal-Voluntary Hub u klassijiet tat-tagħlim