Kien tifel li trabba bieb ma’ bieb mal-knisja ghad-dell ta’ l-Assunta u ma kienx ihares lejn il-Knisja bhala post tal-gebel izda d-Dar t’Alla tant li kien jaghmel kollox b’xejn ghaliha; tnikket bil-bosta meta waqt gabra ghan-nar tal-festa xi hadd qallu li l-offerta li qed jghatih kienet bizzejjed biex jixtriha birra u helisha ghal xaghra u sufa meta sploda c-entru Parrokkjali biex imbaghad gie nkarigat bil-bini mill-gdid tieghu; kien ha lit-tliet uliedu biex jghinuh jimla “l-imziewet” bil-gelatina u kien go nofs kaxxa nfernali meta hadet f’daqqa u dehret biss il-beritta ttir minn rasu. Min kien dan ir-ragel? Wara 9 snin mill-mewt tieghu, martu Guzeppa laqghet fid-dar taghha lil George Cefai, President tas-Socjeta&rsquo Filarmonika Santa Marija.
Guzeppa meta bdiet il-hajja taghkom flimkien?
“Kien is-Sibt fil-ghodu tas-16 ta’ Jannar tal-1960 meta tejjigna u x-xhieda tat-tieg kienu r-ragel t’ohti Marija: Guzeppi Buttigieg – il-Bellu ghan-naha tieghi, u ghan-naha ta’ Guzepp kien Mikieli Cini – il-Manikk. Kienet ghamlet xita bil-qliel u fid-dar t’ommi kien dahal hafna ilma u allura wara li tajna l-kunsens morna ghamilna l-festa tat-tieg fid-dar Nru 4 ta’ Triq Gh’Mhelhel biex domna hemmhekk sa madwar in-nofs siegha ta’ wara nofsinhar. Dak il-post kien vojt u ghal xi zmien kien serva bhala Skola tal-year 1 u 2 sa meta fl-1958 infethet l-iskola hawn fic-nus. Insomma dritt wara morna ninvistaw lill-Madonna ta’ Pinu u xhin gejna, kilna flimkien ghand ommi u qaghdna hemmhekk sa fil-ghaxija u wara Guzepp mar jorqod ghand ommu. Jien bqajt hemmhekk fid-dar taghna. Ghal familjari konna ghamilna ikla ohra fid-dar t’ommi l-ghada l-Hadd fejn Karmnu tac-Covi u huh Wigi flimkien ma’ Cikku ta’ Bertu damu sa kwazi l-hamsa ta’ filghaxija jdoqqu u xhin dalam kulhadd ingabar f’daru. L-istess gara dak in-nhar, Guzepp filghaxijia rega’ mar jorqod id-dar taghhom. Kienet kultura u uzanza ohra! Imbaghad it-Tnejn morna nghixu flimkien fid-dar li konna ha noqghodu fiha, faccata tad-dar ta’ missieru magenb il-forn ta’ Triq il-Madonna tac-Cicri. Din kienet id-dar t’ohtu Manena ghax ahna kien ghadna qed nibnu d-dar taghna hawnhekk fi Triq il-Ponta fejn ghadni noqghod sal-lum. Imbaghad f’Santa Marija gejna noqghodu hawn. Wara sena u 9 xhur mit-tieg tweldina l-ewwel tifel Toni, sena u hdax-il xahar wara kellna lil Victor u sena u 3 xhur wara kelli lil Mario. Tliet snin wara twieldet iz-zghira, Mary.
Meta ltqajt ma’ Guzepp, kien jahdem ma’ Cikku tal-Menzju, daqqa jqieghed u ohra jtella’ l-gebel. Kien imur ukoll fuq il-bahar ghall-istagun tal-lampuki mac Toni tal-Bdott. Izda l-folja nqallbet meta sploda c-Centru Parrokkjali. Kienu nkarigaw lilu biex jerga’ jibnieh u kien hemm hafna nies ohrajn jghinuh fosthom anke Cisju taghna. Dik il-habta kien hawn Guzepp ta’ Sufu li kien jigi kull nhar ta’ Sibt minn Malta u kien ihazzizzlu xi disinni ghall-bini tac-Centru. Voluntiera kien ikun hemm hafna u l-aktar li kienu jahdmu fic-Centru kien fil-gurnata tal-Hadd. Sa dak inhar kien jibni biss xi kamra ’l hemm u ’l hawn izda mbaghad beda x-xoghol ta’ bennej full time. Matul iz-zmien mieghu kellu diversi lavranti bhal: Wigi tac-Covi, Karmnu tal-Qans, Charlie tal-Boni, Vitor ta’ Pazza u Peppi tal-Belbulett. Baqa’ jibni bosta djar sakemm dahal watchman mal-Gvern fl-1979 u dam sa meta marad”
Xi tghidli dwar l-imhabba kbira li kellu lejn ir-rahal taz-Zebbug u l-Patruna tieghu Santa Marija?
“Dwar xoghol volontarju fil-knisja kien imur regolari u jaghmel minn kollox biex jghin. Kien jahdem kollox b’xejn lill-knisja, u ghamel xoghol taf! Darba minnhom marru jaghmlu xi xoghol fil-knisja tal-Gharb u Guzepp irrifjuta li jithallas dak in-nhar ukoll ghax hu ma kienx ihares lejn il-knisja bhala post tal-gebel li kien jibni izda bhala d-dar t’Alla. L-Arcipriet Dun Alwig Vella kien ihobbu hafna u kien ifittxu hafna biex jaqdih. Kien hemm ukoll Censu Saliba tal-Bdott u kienu dejjem jahdmu flimkien ghax kien jigi ghalih ghal kull facenda li kienet tinqala’. Kienu qishom il-habel u s-satal. L-ewwel kellu lin-Nemlu, izda mbaghad xhin dan mar lejn Malta intefa’ ma’ Censu u kienu jarmaw id-dawl tal-koppla u anke kwalunkwe xoghol iehor li kien jinqala’ ghalih. Niftakar meta bidlu l-bocca ta’ taht is-salib ta’ fuq tal-koppla, il-gastri ta’ fuq it-twieqi u kien ghenhom jarmaw fuq ic-cinta biex setghet issir parti mill-iskultura. Anke fic-cimiterju ghamel xoghol ma Censu… inaddfu xi qabar meta kien jimtela’ bl-ilma, ghen fil-bini tal-ewwel oqbra privati u hekk. Fi zmien il-granet tal-festa mbaghad kien jiehu hsieb it-tizjin tal-pjazza u tat-toroq tal-madwar billi jwahhal l-antarjoli, pilandri u l-armar kollu li kien hemm. Kien jinzel il-pjazza ma’ xi erbat itfal minn xis-1.00p.m. u jigi lura d-dar madwar il-11.00 ta’ bil-lejl. L-hena tieghu kienet ukoll li waqt id-Dimostrazzjoni tal-festa jkun wiehed minn dawk li jitilghu fuq il-pedestal ta’ Santa Marija biex ipogguha f’postha xhin tasal hemm fuq waqt id-daqq tal-innu. Dejjem kien ikun ma’ Censu u aktar tard ma’ Leli Cini tax-Xixa. Wara l-1980 minn dak in-nhar li saret il-kuruna tad-deheb fuq il-kwadru, kienu jghidulu biex jghasses il-knisja bil-lejl matul it-tlett ijiem tal-festa peress li f’dawk il-granet ipoggu il-kuruna tad-deheb ta’ veru. L-anqas kont narah ghax ix-xoghol tan-nar f’dawk il-granet ikun fil-qofol tieghu. Niftakar imbaghad meta twaqqaftu intom tal-Banda bdejtu tigbru ghall-istrumenti u kien ikun ferhan jigI jghidli: “Illum tajthom din ghall-Banda.” L-ewwel darba li tlajtu ddoqqu hawn fuq kienet fil-festa tad-Duluri fl-1998, kien marid fil-wheelchair u hareg hemm barra minn kmieni jistenniekom nezlin u ghalxejn ghedtlu li nixtieq ninzel il-funzjoni ghax baqa’ hemmhekk sa xhin ghaddejtu minn hemmhekk. Kien fid-Dimostrazzjoni ta’ Santa Marija, waqt li kienu qed itellghu lill-Madonna fuq il-pedestall, meta Guzepp dahal fl-agunija u miet sbieh is-Sibt, lejliet il-festa tal-1998. Dik kienet il-kwalita` ta’ l-imhabba li kellu lejn ir-rahal”
Naturalment ma tistax titkellem dwar zewgek minghajr ma ssemmi l-loghob tan-nar. Inti dak il-perjodu kif thares lejh?
“Iva delizzju iehor li kellu kien il-loghob tan-nar. Fil-bidu niftakru jahdem fil-lok tal-Bdotfis-Saghtrija. Kont dejjem narah tiela’ minn tal-Kanun ma’ Guzepp Cini n-Nemlu. Dawn kienu z-zewg kaptana tan-nar! Dik is-sena li tar ic-Centru, Guzepp kien gab xi nar minn Malta u tellghu fil-kamra tat-tarag tad-dar taghna u poggieh fil-pjan. Il-murtaletti kienu twal kwazi 6 filati. Il-Gimgha tad-Dimostrazzjoni f’nofs inhar (meta grat dik id-disgrazzja) hareg in-nar minn hawn u mar hadu c-Centru biex ikun lest u jingarr fil-ghaxija. Nofs siegha wara gara dak li gara u nharaq kollox. Missieru Vitor kien telaq jigri lejn ic-Centru u billi ma setax jidhol minhabba t-terrapien, iddendel mal-bieb biex jipprova jittawwal gewwa, peress li kien sema’ xi ghajjat u ovvjament haseb li kien Guzepp tieghu. Izda Guzepp kien lahaq telaq u kien ghadda jixrob tazza nbid ghand Kristina Galea “Menzita”. Fic-Centru kien ghad baqa’ Karmnu ta’ Gakki li b’xorti tajba baqa’ haj taht it-terrapien u b’xorti hazina kien miet il-guvni Mario Saliba ta’ Nina ta’ Bendu. Wara dik it-tragedja, missieru kien marad u jien sirt iktar bezaghna li forsi jista’ jwegga’. Kont inwissih biex jitlaq kollox u hu ghal ftit kien jabbandunah izda kien jerga’ jaqa’ ghalih. Ix-xoghol fin-nar kien jibdieh minn Gunju billi jqatta’ l-karti, kartun, it-takki u gieli kien jahdem in-nar hawnhekk ukoll fid-dar izda biex ihallat il-porvli, jimlew, jorbtu u l-kumplament tal-process tan-nar ma kontx inhallih u kien johrog kollox ’il barra. Kien idum sa nhar Santa Marija taghna u kien jiehu jumejn ohra wara biex inaddaf u jigbor kollox f’postu. Kienu jigu jahdmu mieghu Kelinu ta’ Gamri, Salvu ta’ Loreta, Karmnu tal-Qans, Guzepp ta’ Ganni ta’ Kuncetta, Pawlu Vella ta’ ikku tal-Boni u fuq kollox Fredu Saliba ta’ Pawlu ta’ Kejselli. Forsi kien hemm ohrajn izda dawk niftakar”
Meta bniedem ikun impenjat b’mod volontarju lejn dak li l-aktar jemmen fih bilfors li jinbtu tensjonijiet jew mumenti li jnikktuh. Tiftakar minnhom?
“Iva delizzju iehor li kellu kien il-loghob tan-nar. Fil-bidu niftakru jahdem fil-lok tal-Bdotfis-Saghtrija. Kont dejjem narah tiela’ minn tal-Kanun ma’ Guzepp Cini n-Nemlu. Dawn kienu z-zewg kaptana tan-nar! Dik is-sena li tar ic-Centru, Guzepp kien gab xi nar minn Malta u tellghu fil-kamra tat-tarag tad-dar taghna u poggieh fil-pjan. Il-murtaletti kienu twal kwazi 6 filati. Il-Gimgha tad-Dimostrazzjoni f’nofs inhar (meta grat dik id-disgrazzja) hareg in-nar minn hawn u mar hadu c-Centru biex ikun lest u jingarr fil-ghaxija. Nofs siegha wara gara dak li gara u nharaq kollox. Missieru Vitor kien telaq jigri lejn ic-Centru u billi ma setax jidhol minhabba t-terrapien, iddendel mal-bieb biex jipprova jittawwal gewwa, peress li kien sema’ xi ghajjat u ovvjament haseb li kien Guzepp tieghu. Izda Guzepp kien lahaq telaq u kien ghadda jixrob tazza nbid ghand Kristina Galea “Menzita”. Fic-Centru kien ghad baqa’ Karmnu ta’ Gakki li b’xorti tajba baqa’ haj taht it-terrapien u b’xorti hazina kien miet il-guvni Mario Saliba ta’ Nina ta’ Bendu. Wara dik it-tragedja, missieru kien marad u jien sirt iktar bezaghna li forsi jista’ jwegga’. Kont inwissih biex jitlaq kollox u hu ghal ftit kien jabbandunah izda kien jerga’ jaqa’ ghalih. Ix-xoghol fin-nar kien jibdieh minn Gunju billi jqatta’ l-karti, kartun, it-takki u gieli kien jahdem in-nar hawnhekk ukoll fid-dar izda biex ihallat il-porvli, jimlew, jorbtu u l-kumplament tal-process tan-nar ma kontx inhallih u kien johrog kollox ’il barra. Kien idum sa nhar Santa Marija taghna u kien jiehu jumejn ohra wara biex inaddaf u jigbor kollox f’postu. Kienu jigu jahdmu mieghu Kelinu ta’ Gamri, Salvu ta’ Loreta, Karmnu tal-Qans, Guzepp ta’ Ganni ta’ Kuncetta, Pawlu Vella ta’ ikku tal-Boni u fuq kollox Fredu Saliba ta’ Pawlu ta’ Kejselli. Forsi kien hemm ohrajn izda dawk niftakar”
Meta bniedem ikun impenjat b’mod volontarju lejn dak li l-aktar jemmen fih bilfors li jinbtu tensjonijiet jew mumenti li jnikktuh. Tiftakar minnhom?
“Kont ninkedd wisq narah jahdem fin-nar ghax kont nibza’ li jigrilu xi haga izda hu xorta kien imur. Dan li ser nghidlek jien ma kont rajt xejn minnu izda sena minnhom kien hawn Zajru ta’ Nezzer waqt btala mis-safar u gie jirrakkontali kif waqt li kien ma’ xi nies jistennew fuq is-sies t’Abram biex jaraw il-kaxxa nfernali ta’ nhar il-festa, din il-kaxxa hadet f’daqqa u fid-dahna kbira ta’ karti, gebel u hamrija raw il-beritta ta’ Guzepp ittir fl-ajru u hu ma deher imkien. Zajru qalli li dak il-hin in-nies qalu: “In-Nahasru lest,” izda xi minuti wara rawh hiereg mismut minn taht hajt. Darb’ ohra kienu qed jigbru xi haga ghan nar u kien hareg wiehed mit-tfal taghna mieghu biex jghinuh. Kien hemm xi hadd qallu: “Ha haqq flixkun luminata.” Kulhadd kien jaf li Guzepp ihobb il-qatra imma zgur li ma kienx qed jistenna li tasal Santa Marija biex bil-flus li jigbor ghan-nar ikollu ghall-birra. Lit-t-tfal qatt ma kont inhallih jehodhom mieghu ghalkemm darba hadhom biex jimlew xi “mziewet” bil-gelatina u gew id-dar rashom trid tinqasam b’ugiegh kbir. Ridt nehodhom l-isptar izda hu qalli li dawk dalwaqt kien ser jghaddilhom u ghalhekk hsilthom u raqdu u sa fil-ghodu kien ghaddielhom. Jien kont niehu ferm pjacir narah jahdem ghall-knisja, qatt ma ddejjaqt, qatt ma tajt kas li jahdem b’xejn izda kif ghedtlek kien iqatta’ t-tlett ijiem tal-festa gol-ghalqa minn fejn kien jispara n-nar u jitfacca fil-pjazza ghall-marc tal-ahhar biss. Dak kien igawdi mill-festa! L-ewwel sena li marad nizzilnieh fil-pjazza fil-granet tal-festa u ma riedx jitla’ lura d-dar tant kemm ha pjacir ghax minn eta zghira hafna qatt ma kien rega’ ra lill-Madonna hierga u gawda l-festa ghax minn fejn jisparaw in-nar ma tara xejn”
Kif ghadda s-sengha tal-gebel lil binkom Toni? Kif beda jibni Toni?
“Darba Guzepp kien qed jibni l-Gharb ta’ xi tifel minn tat-Twil u ha mieghu jghinuh lit-tliet subien taghna. Xhin gie d-dar Guzepp, staqsejtu kif marru u hu qalli: ” Dan (ghal Toni) jaf ipoggi l-kantuni aktar minni.” Minn dak inhar beda jafdah fix-xoghol. Minghalija li l-ewwel dar li bena Toni kienet ta’ Charlie tat-Tabib minn Wara t’Ghammar. Kien ghad ghandu xi 20 sena jekk kien ghalaqhom. Dwar il-kazin inhossni kburija u niehu pjacir inhares lejn dik il-binja kbira wieqfa hemmhekk. Gieli niltaqac mac nies u jghiduli li meta xi barranin izuru r-rahal, dawn kwazi kollha jistaqsu: “Dan min bnieh?” Darba xi hadd iehor smajtu jirrimarka fuq il-finezza tal-bini u Salvina Cini (il-mara ta’ hija Peppi) girien mal-kazin wegbithom li dak il-post bnieh kwazi kollu bniedem wahdu, Toni tan-Nahasru”
Xi jfissru ghalikom illum l-unuri ta’ “Gieh il-Banda Santa Marija”?
“L-unuri ghalina huma riflessjoni ta’ dak li kien jaghmel u ghalhekk xoghlu ser jibqa’ mfakkar biex haddiehor jimitah. Li tiftakar f’xi hadd huwa gest tajjeb hafna. Huwa veru li kien xoghol ta’ periklu specjalment in-nar, izda anke l-armar periklu u kieku m’hemmx nies bhalu, kienu ma jsir xejn fir-rahal u zgur li hadd ma jimmagina festa bla nar, veru? Allahares ma jkunx hawn min ikompli jistinka u jirsisti ghax tkun festa mejta. In-nar fih is-sabih tieghu wkoll, jaghti mhux biss l-akbar hoss u l-isbah kulur lill-festa izda fuq kollox il-hajja hija hafna isbah. Lil dawn in-nies nixtiqilhom mitt barka u nitlob ghalihom. Illum jigu wara l-bieb jigbru aktar spiss minn zmien Peppi u dejjem nghidilhom biex jistinkaw ghax dak li qed jaghmlu, qed jaghmluh ghar-rahal u ghall-knisja. Sew jekk huma tal-Banda, tan-nar, tal-ballun jew tal-armar, kollha progetti ghar-rahal dawn”.
Guzeppa messagg qasir biex nghalqu dawn il-ftit kummenti …
“Huwa fatt li ghalkemm it-tfal taghna ma hargux bhal missierhom Guzepp iffissati fl-armar tal-festa u jahdmu fin-nar dawn xorta kellhom ghal qalbhom il-progress tar-rahal ghax fi zmienhom kienu minn ta’ quddiem nett fil-futbol taz-Zebbug u ghamlu zmien twil jilaghbu maz-Zebbug Rovers. Issa f’dawn l-ahhar snin waqqaftu l-banda – barka fuq ir-rahal specjalment ghat-tfal u z-zghazagh. Guzepp ma kienx dahal fil-kumitat maghkom ghax kien dahal sewwa fiz-zmien. Mur gibu illum jara lil Rupert ta’ Toni taghna jibda jdoqq mal-banda din is-sena! u qed tghidli ukoll li l-uniformi ser ilibbishielu s-Surmast dakinhar li ser tiftakru f’Guzepp tieghi nhar it-8 ta’ Awissu… Kien pjacir tieghi li nilqghek go dari u minn qalbi rrid nghid grazzi lilkom bli qed taghmlu ghaz-Zebbug ghax dak hu r-rahal taghna. Hadd qatt ma ftakar fihom dawn in-nies! Ahdmu minn qalbkom u komplu kunu attivi ghax huma l-apprezzamenti taghkom lejn dawn hutna bhal Guzepp, li jaghmel minnkom Zebbugin li tabilhaqq thobbu lil patruna taghna Santa Marija u thobbu l-festa taghha”.
Ftit minuti qabel hrigna minghand Guzeppa, hi talbet mill-gdid lin-nepputija taghha Marilyn Axiak biex tnewlilna tazza luminata kiesha mill-fridge u waqt li komplejna naghzlu xi ritratti tieghu spiccat tghidli “Guzepp hekk habbHa li hadithu maghHa fil-festa taghHa nhar il-Gimgha 22 ta’ Awissu 1998”.
George Cefai
29 ta’ Gunju 2007